54. Qdusija u rispett tal-ġisem fid-duttrina ta’ San Pawl

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 28/01/1981.

1. Jikteb San Pawl fl-I Ittra lit-Tessalonkin: “… din hija r-rieda ta’ Alla, il-qdusija tagħkom; li intom tastjenu mill-indiċenza, li kull wieħed minnkom ikun jaf iżomm il-propja ġismu bi qdusija u rispett, mhux oġġett ta’ passjonijiet ta’ pjaċir, bħall-pagani li ma jafux lil Alla” (1Ts 4,3-5). U wara xi vrus, ikompli: “Alla ma sejħilniex ghall-impurità, imma għall-qdusija. 

Għalhekk min jiddisprezza dawn in-normi ma jiddisprezzax bniedem, imma lil Alla nnifsu, li jirregalalna s-Santu Spirtu tiegħu”  (1Ts 4,7-8). Għal dawn is-sentenzi tal-Appostlu għamilna referenza matul il-laqgħa tagħna tal-14 ta’ Jannar li għadda. Bdanakollu llum nerġgħu naqbduhom għaliex huma mportanti b’mod partikulari għat-tema tal-meditazzjonijiet tagħna.

2. Il-purezza, li dwarha jitkellem Pawlu fl-I Ittra lit-Tessalonkin (cf. 1Ts 4,3-5.7-8), timmanifesta ruħha fil-fatt li l-bniedem “ikun jaf iżomm il-propja ġismu bi qdusija u rispett, mhux bħala oġġett ta’ passjonijiet ta’ pjaċir”. F’din il-formulazzjoni kull kelma għandha sinifikat partikulari u allura jistħoqqilha kumment adegwat.

L-ewwelnett, il-purezza hija “ħila”, jew aħjar, fil-lingwaġġ tradizzjonali tal-antropoloġija u tal-etika: attitudni. U f’dan is-sens, hija virtù. Jekk din il-ħija, jiġifieri virtù, twassal biex wieħed jastjeni “mill-pjaċir”, dan iseħħ għaliex il-bniedem li jippossediha jaf “iżomm il-propja ġismu bi qdusija u rispett u mhux bħala oġġett ta’ passjonijiet ta’ pjaċir”. Hawn qegħdin nitkellmu dwar ħila prattika, li tirrendi l-bniedem att biex jaġixxi b’mod determinat u fl-istess ħin biex ma jaġixxix bil-mod oppost. Il-purezza, biex tkun tali ħila jew attitudni, trid tkun ovvjament radikata fir-rieda, u fis-sies stess tar-rieda u tal-aġir koxjenti tal-bniedem. Tumas D’Aquino, fid-duttrina tiegħu dwar il-virtù, jara b’mod iktar dirett l-oġġett tal-purezza fil-fakultà tax-xewqa sensibbli, li huwa jsejjaħ “appetitus concupiscibilis”. Appuntu din il-fakultà trid tkun partikularment “iddominata”, ordnata u magħmula kapaċi b’mod konformi mal-virtù, sabiex il-“purezza” tkun tistà tkun attribwita lill-bniedem. Skont tali idea, il-purezza tikkonsisti qabel kollox fli żżomm l-impulsi tax-xewqa sensibbli, li għandha bħala oġġett dak li l-bniedem huwa korporali u sesswali. Il-purezza hija varjant tal-virtù tat-temperanza.

3. It-test tal-I Ittra lit-Tessalonkin (cf. 1Ts 4,3-5) juri li l-virtù tal-purezza, fl-idea ta’ Pawlu, tikkonsisti wkoll fid-dominju u fir-rebħ ta’ “passjonijiet ta’ pjaċir”, dan irid ifisser li għan-natura tiegħu tappartjeni b’mod neċessarju il-ħila li żżomm l-impulsi tax-xewqa sensibbli, jiġifieri l-virtù tat-temperanza. Fl-istess ħin, iżda, l-istess test pawlin idawwar l-attenzjoni tagħna lejn funzjoni oħra tal-virtù tal-purezza, lejn dimensjoni oħra tagħha – wieħed jistà jgħid – iktar pożittiva milli negattiva.

Hekk hu, ix-xogħol tal-purezza, li l-Awtur tal-ittra donnu li jenfasizza fuq kollox, hija mhux biss (u mhux wisq) l-astensjoni tal-“pjaċir”, imma fl-istess ħin, il-manteniment tal-propja ġisem u, b’mod indirett ukoll ta’ dak tal-oħrajn fil-“qdusija u r-rispett”.

Dawn iż-żewġ funzjonijiet, l-“astensjoni”  u il-“manteniment”, huma konnessi b’mod strett u dipendenti b’mod reċiproku. Infatti, minħabba li ma tistax “iżżomm il-ġisem bi qdusija u rispett”, jekk tonqos dik l-astensjoni “mill-pjaċir” u minn dak li għalih hija twassal, konsegwentement nistgħu nammettu li l-manteniment tal-ġisem (propju u, b’mod indirett, ta’ oħrajn) “bi qdusija u rispett” tagħti sinifikat u valur adegwat lil dik l-astensjoni. Din titlob minnha nfisha is-superament ta’ xi affarijiet li jinsabu fil-bniedem u li jitnisslu b’mod spontanju fih bħala inklinazzjoni, bħala attrattiva u wkoll bħala valur li jaġixxi fuq kollox fl-ambitu tas-sensi, imma spiss mhux mingħajr riperkussjonijiet fuq id-dimensjonijiet l-oħra tas-soġġettività umana, u b’mod partikulari fuq id-dimensjoni effettiva-emottiva.

4. Waqt li nikkunsidraw dan kollu, donnu li l-immaġni pawlina tal-virtù tal-purezza – immaġni li toħroġ mill-konfront tassew elokwenti tal-funzjoni tal-“astensjoni” (jiġifieri tat-temperanza) ma’ dik tal-“manteniment tal-ġisem bi qdusija u rispett” – hija ġusta, sħiħa u adegwata b’mod profond.  Għandna bżonn forsi din il-kompletezza mhux għal ħaġ’oħra jekk mhux għall-fatt li Pawlu jqis il-purezza mhux biss bħala ħila (jiġifieri attitudni) tal-fakultà soġġettiva tal-bniedem, imma, fl-istess ħin, bħala manifestazzjoni sħiħa tal-ħajja “skont l-Ispirtu”, li fiha l-ħila umana tiġi nternament fertilizzata u mogħnija minn dak li Pawlu, fl-Ittra lill-Galatin (Gal5,22), isejjaħ “frott tal-Ispirtu”. Ir- rispett, li jitnissel fil-bniedem lejn dak kollu li huwa korporju u sesswali, kemm fih kif ukoll f’kull bniedem ieħor, maskju u femmina, juri l-qawwa l-iktar essenzjali biex iżomm il-ġisem “bi qdusija”. Biex nifhmu d-duttrina pawlina dwar il-purezza, hemm bżonn nidħlu fil-fond fis-sinifikat tat-terminu “rispett”, ovvjament hawn mifhum bħala qawwa ta’ ordni spiritwali. Hija appuntu din il-qawwa interna li tagħti dimensjoni sħiħa lill-purezza bħala virtù, jiġifieri bħala ħila li taġixxi f’kull kamp li fih il-bniedem, fil-propju intimu tiegħu, jiskopri l-impulsi multipli ta’ “passjoni ta’ pjaċir”, u kultant, minħabba mottivi varji, iċedi għalihom.

5. Biex nifhmu aħjar il-ħsieb tal-Awtur tal-ewwel Ittra lit-Tessalonkin ikun aħjar li jkollna preżenti mill-ġdid, test ieħor, li nsibu fl-ewwel Ittra lill-Korintin. Pawlu jesponilhom id-duttrina ekklesjoloġika kbira tiegħu, skont liema il-Knisja hija Ġisem Kristu, huwa jaħtaf l-okkażjoni biex jifformula l-argomentazzjoni li ġejja dwar il-ġisem uman: “ … Alla qassam il-membri b’mod distint fil-ġisem, kif ried hu” (1Kor 12,18); u iktar ‘il quddiem: “Anzi dawk il-membri tal-ġisem li jidhru iktar dgħajfa huma iktar meħtieġa; u dawk il-partijiet tal-ġisem li nqisu inqas onorewvoli indawruhom b’rispett ikbar. U dawk indeċenti huma ttrattati b’iktar deċenza, waqt li dawk decenti m’għandhomx bżonn. Imma Alla kkompona l-ġisem, waqt li ta unur ikbar lil dak li kien nieqes, sabiex ma jkunx hemm firda fil-ġisem, imma anzi il-membri differenti  jieħdu ħsieb ta’ xulxin” (1Kor 12,22-25).

6. Għalkemm l-argument propju tat-test in kwestjoni huwa t-tejoloġija tal-Knisja bħala Ġisem ta’ Kristu, madankollu fir- rigward ta’ dan il-pass nistgħu ngħidu li Pawlu, permezz tal-analoġija ekklesjoloġika kbira tiegħu ( li ttenni ruħha f’ittri oħra, u li feħsiebna nerġgħu naqbdu meta jkun il-waqt), jikkontribwixxi, fl-istess ħin, biex japprofondixxi t-tejoloġija tal-ġisem. Waqt li fl-ewwel Ittra lit-Tessalonkin huwa jikteb dwar il-manteniment tal-ġisem “bi qdusija u rispett”, fil-pass issa kkwotat tal-ewwel Ittra lill-Korintin irid juri dan il-ġisem uman bħala appuntu dehen ta’ rispett; wieħed jistà wkoll jgħid li jrid jgħallem lid-destinaturi tal-ittra tiegħu il-konċezzjoni ġusta tal-ġisem uman.

Għalhekk din id-deskrizzjoni pawlina tal-ġisem uman fl-ewwel Ittra lill-Korintin donnha li hija marbuta b’mod strett mar-rakkomandazzjoni tal-ewwel Ittra lit-Tessalonkin: “Li kull wieħed ikun jaf jieħu ħsieb ġismu bi qdusija u rispett” (1Ts 4,4). Dan huwa l-fil, jistà jkun dak essenzjali, tad-duttrina pawlina dwar il-purezza.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading