Wasal il-waqt li l-Knisja f’Malta jkollha d-Djakni Permanenti?

Print Friendly, PDF & Email

Minkejja li l-ministeru tad-djakonu fil-Knisja kien fost l-ewwel li kien stabilit, madonkollu fil-punent dan il-ministeru kien baqa’  biss bħala l-aħħar tarġa qabel ma wieħed ikun ordnat saċerdot.  Fis-sena 1964, permezz tal-Kostituzzjoni  Dommatika “Lumen  Gentium”, li titratta dwar il-Knisja, il-Konċilju Vatikan II irrestawra  d-djakonat bħala grad propju u permanenti tal-ġerarkija, iżda ħalla f’idejn  il-Konferenzi Episkopali territorjali li jiddeċiedu jekk id-djakni permanenti għanhomx  ikunu istitwiti fid-djoċesijiet tagħhom. (par. 29)

Fid-dokument, “Viżjoni ta’ Knisja Komunjoni”, ippublikat  fl-2003, is-Sinodu Djoċesan ta’ Malta fakkar illi d-djakonat permanenti kien ġie  restawrat mill-konċilju mhux minħabba nuqqas ta’ saċerdoti u reliġjużi, imma għaliex  huwa kariżma oħra fil-Knisja u għaliex dan ikompli jagħni l-pastorali  tal-Knisja speċjalment fl-oqsma tal-karità u l-assistenza.   Għalhekk is-Sinodu talab li jkun studjat  it-tifsir u s-siwi tad-djakonat permanenti u li tkun studjata wkoll bis-serjetà  l-possibilta li jiġi introdott dal-ministeru fil-komunità ekkleżjali Maltija.  (par. 25)

Huwa uffiċċju tad-djaknu, skond ma jingħata lilu  mill-awtorità kompetenti, li jamministra b’mod solenni l-magħmudija, izomm u  jqassam l-Ewkaristija, jassisti f’isem il-Knisja għaż-żwieġ u jbierku, jieħu  l-Vjatku lill-moribondi, jaqra l-Iskrittura lill-fidili, igħallem u jħeġġeġ  lill-poplu, jippresjedi għall-kult u għat-talb tal-fidili, jamministra  s-sagramentali, u jippresjedi għar-rit tal-funerali u d-dfin.  Barra minn hekk id-djakni għandhom ikunu mogħtija  għall-uffiċċju tal-karità u l-qagħdi.

Mid-dokument tal-konċilju għaddew 47 sena u minn dak  tas-sinodu djoċesan għaddew 8 snin, imma sallum il-Konferenza Episkopali Maltija  għadha ma ħassitx il-bżonn li terġa tistitwixxi dan il-ministeru bħala wieħed  permanenti.  Madankollu matul dawn l-aħħar  xhur saru diskussjonijiet dwar dan is-suġġett f’uħud mill-organi djoċesana  tal-Knisja f’pajjiżna.

Nemmnu li diskussjoni miftuħa tista’ tħalli ħafna frott u għalhekk nilqgħu l-kummenti u suġġerimenti  dwar dan is-suġġett li żgur se jkun jolqgħot lill-insara kollha fi ħdan  il-Knisja Kattolika f’pajjiżna.

Ara d-dokument tas-Santa Sede:-  “Basic Norms for the Formation of Permanent Deacons” u “Directory for the Ministry and Life of Permanent Deacons” … Ikklikkja … >

Ara wkoll:- “Id-Djakni Permanenti – Se nibdew il-proċess.”

97 thoughts on “Wasal il-waqt li l-Knisja f’Malta jkollha d-Djakni Permanenti?”

  1. Hija hasra li Il-knisja maltija tant marret lura fdawn l-ahhar 15-il sena. Jiena noqghod l-australia u l-ahhar li gejt malta 15 years ago. Bhalissa ergajt hawn u qed nara differenza kbira, attendance is dwindling, parrocci bnuqqas ta kleru, apatija f dak kollu li jsir. Nara li hemm biza mil-futur. Hemm htiega ta ftuh fil-hsieb ghax iz-zaghzagh illum jekk jaraw il-medjokrita, jitilqu. Aghtuhom cans liz-zaghzagh, ifthulhom il-bibien berah. Jien ghandi neputi l-australia permanent deacon, veru attiv u jghin lic-chaplain. Hawn Malta hawn htiega ta deacons bla dubju.

  2. I have heard if not mistaken that the authorities do not want permanent deacons in Malta.
    Unfortunately i was going to publish a book on the permanent deacon guidance… so the book will be scrapped!!!

    Philip AGIUS

  3. Very well said Pierre. Ghalhekk tinhass krizi fil-knisja maltija ghaliex aktar nemmnu fin nfusna milli fl-ispirtu s-santu. Kemm se ndumu naghlqulu l-bieb f wiccu lil Alla. Nara li mhemmx tama ghall-futur ghax kolox mibni fuq jahsbu u jridu certu bnedmin. Inutli li nitkellmu dwar evangelizzazzjoni gdida, mhemmx rieda biex din issehh.

  4. Il- Papa Gwanni Pawlu II, waqt is-sena tal- millennium il- gdid, fi Frar ta l- 2000, fil- Vatikan, indirizza lid-djakni permanenti u lill- familji taghhom fil- gurnata tal- gubilew bhala “ Active Apostles of the New Evangelisation”. Fil- fatt nitkellmu hafna dwar l- evangelizazzjoni il- gdida, imma donnu niddettaw ahna kif ser naslu ghal din l- evangelizzazjoni il- gdida u inhallu barra wiehed mir r-rigali importanti ferm ta’ l-Ispirtu s-Santu , bhalma Hu ir-rigal tad-djakonat Permanenti. Li kieku kellna nuzaw, dawn ir-rigali kif jixtieq L- Ispirtu t’Alla, l- evangelizazzjoni issehh u maghha isehhu hafna affarijiet ohra ta htiega.

  5. Kollox irid isir skond il-Konċilju Vatikan II – hekk kif espost b’mod elokwenti mill-Papa Benedittu XVI fit-8 snin li dam imexxi l-Knisja. Għadna lura f’Malta biex nimplimentaw dak li saħaq fuqu l-Papa Emeritus, speċjalment fil-qasam liturġiku.

  6. Kollox irid ikun, kemm li niffukaw fuq liturgija li ssahhah il-fidi kif ghedt tant tajjeb inti, imma wkoll li jkollna Knisja f`armonija ma-Knisja Universali, li timplimenta dak kollu li talab il-Koncilju. Dan ma jsirxbiex nikkupjaw imma ghax hemm htiega urgenti ta` ftuh fejn jidhlu ministeru u sejhat li l-Ispitru qed jaghmlilna u li dejjem nghataw il-genb.

  7. Messagg ta` kuragg lill-Arcisqof Pawlu Cremona li dejjem ifakkarna fl-apertura fil-hsieb u l-pastorali tal-Beatu Papa Gwanni XXIII (li lkoll nafu kemm Mons. Arcisqof huwa devot tieghu). J`Alla l-Papa Gwanni jintercedi ghall-Arcisqof Pawlu biex ma jaqtax qalbu quddiem it-tibdil li hemm bzonn fil-Knisja Maltija. Ghalkemm kien anzjan, il-Papa Gwanni fetah berah il-bibien tal-Knisja, dan il-ftuh ghandna bzonnu fil-Knisja Maltija bla ebda dubju. Kuragg Eccellenza, ahna mieghek!!! Kif nistghu ma naqblux mal-introduzzjoni tad-Djakonat Permanenti f`Malta, bla dubju hemm bzonn urgenti apparti li m`ghandix dubju li hemm zghzagh u irgiel tal-affari taghhom li huma msejha ghal din il-vokazzjoni specjali.

  8. Nitolbu lil Alla li l-Ispirtu tal-Papa Frangisku jasal f`pajjizna u fil-Knisja Maltija. Wiehed Teologu qal sewwa, li bhalissa il-Knisja Kattolika permezz tal-Papa Frangisku qieghda fit-Tieni fazi biex timplimenta tassew il-Koncilju Vatikan II. J`Alla ma jkollniex l-ispirtu tar-reziztenza imma l-Ispirtu ta` Frangisku, spirtu ta` ftuh, arja friska, bidla u tigdid. Prosit lill-Knisja Maltija ghall-inizjattiva tad-Djakni Permanenti.

  9. Jien sacerdot minn Malta inkardinat il-Canada. Ghalkemm mill-boghod, qed insegwi d-diskussjoni dwar id-djakni permanenti. Sincerament inwegga meta nara xi whud li kitbu hawn li mghandhomx l-ispirtu ta’ Kristu u tal-Knisja. Ma nistax nifhem kif certi kattolici ma jaccettawx dak kollu li trid il-Knisja universali. Nixtieq naghmel kuragg lil min huwa responsabbli biex ikollu il-kuragg li jimplimenta din is-sejha vera sabiha f’Malta. Ghandi fiducja li ser tkun grazzja ghal-Knisja f’Malta. Hawn dejjem kellna djakni permanenti, infahharhom hafna. Illum ma nimmaginax il-parrocca minghajrhom!

  10. Very well done for your project. We really need such a publication for our catholic maltese communities to better understand who the deacon is and what is hs role in the church.

  11. Sirs
    I have written a book it is a draft, on the role of the Permanent Deacon. If I can find a sponsor of the book please? contact me on email x2fh@onvol.net, Philip Agius PO Box 16 Msida Malta.

  12. Li jimporta huwa dak li tghallem il-Knisja Kattolika u mhux jekk jaqblux jew le xi membri tagħha, anke jekk dawn ikunu isqfijiiet. Dak li jgħidu jew jaqblu miegħu l-isqfijiet Ġermaniżi jew ta’ liema nazzjonalità jkunu, jiswa biss jekk ikunu magħqudin mal-Papa, jiġifieri ma’ dak li tgħallem il-Knisja Kattolika.

    Skond it-tagħlim definittiv tal-Knisja Kattolika l-irġiel biss jistgħu ikunu Djakni Permanenti,

  13. Nammetti li niehu pjacir u nammira li l-kattolici maltin jinteressaw ruhhom u jqieghu l-fehma taghhomfuq dan is-suggett fuq dan il-website interessanti. Nammira wkoll lill-Knisja Maltija li qieghdet dan is-suggett quddiem il-poplu biex tara x`ikunu l-kummenti taghhom. veru prosit ghax kif kienu jghidu r-rumani, il-vuci tal-poplu hija l-vuci t`Alla! Hawn veru messaggi pozittivi favur d-dhul tad-djakni permanenti f`Malta. Nara li whud illi kitbu ghandhom ideja cara ta` certi problemi pastorali li ghandha il-knisja Maltija u nahseb li laqtu il-musmar fuq rasu. Meta taghmel analizi ckejkna tal-knisja maltija prezentament, ma nistax ma naqbilx mad-djakni permanenti fil-knisja lokali. Hawn htiega taghhom b`mod partikulari fl-iskejjel u fl-isptarijiet. Dan apparti xoghol iehor fil-parrocci fejn hemm nuqqas ta` sacerdoti.

  14. Xi Isqfijiet Germanizi qablu li jkun hemm nisa ordnati djakni permanenti! Kif ahna `Malta dejjem wara mitt sena wara kulhadd!!! Ahna ghadna niddiskutu d-djakni permanenti li ilhom li gew introdotti aktar minn 30 sena u f`pajjizi ohra qed jiddiskutu n-nisa djakni. Hemm bzonn li dejjem inkunu aggornati u mhux naqghu lura f`kollox.

  15. Veru prosit tal-kummenti tieghek, jidher li ghandek ideja cara tas-sitwazzjoni tal-knisja u tal-fidi f`Malta. Jiena bhalek nahseb lil-evangelizzazzjoni l-gdida u urgenti li ghandna bzonn f`pajjizna trid issir u ma tistax tithalla ghal ghada. Nahseb li veru li d-djakni permanenti f`Malta hemm bzonn illi jintefghu fuq appostolat u evangelizzazzjoni barra l-hitan tal-knisja.

  16. Jiena naprezza l-fatt li l-kwistjoni tad-djakni permanenti f`pajjizna tpoggiet ghad-diskussjoni tal-poplu ta` Alla fuq dil il-website. Veru proset! Dan sinjal car ta` ftuh fl-idejat u inkurragimment ghall-futur. Nahseb li temi bhal dawn li jitrattaw il-knisja b`mod generali ghandhom jitqieghdu quddiem kulhadd ghad-diskussjoni. Anke l-kummenti pozittivi li qed jitpoggew hawn juru li tassew il-kattolici maltin miftuhin fil-hsieb taghhom, jaccettaw u jridu il-bidla u l-innovazzjoni. Keep it up! Naturalment jiena ma dawk li jaqblu li jiddahhal id-Djakonat Permanenti fil-knisja lokali.

  17. Jiena nahseb li l-prijorita` trid tkun li d-djakni permanenti jkunu prezenti l-aktar fl-iskejjel, fabbriki u sptarijiet ezattament kif elenka Dun Lawrenz. Nahseb laqat il-musmar fuq rasu kif nghidu!!! Bihom trid issir l-evangelizzazzjoni l-gdida. Nahseb li l-qadi tal-artal ikun ministeru sekondarju. Biss, jiena nibza meta nibdw insemmu firdiet u ninfaxxaw rasna qabel naqsmuha. Hemm bzonn li lkoll nifhmu li l-ministeri fil-Knisja kollha importanti u mehtiega. Hemm bzonn urgenti li nhallu l-Ispirtu s-Santu jahdem bina u permezz taghna biex hekk imbghad inwassluH lill-ohrajn.

  18. l-ewwel haga li irridu nahsbu meta nitkellmu fuq d-djakni permanenti hi jekk dawn id-djakni humiex sa jahdmu barra il-hitan tal-knisja bhala tempju jigifieri fis-socjeta maltija, f´diversi oqsma fejn is-sacerdoti ma qeghdinx jaslu bhal mass media, zghazagh, skejjel u Universita, id-dinja tax-xoghol bhal fabriki etc. Jekk d-djakni permanenti jillimitaw ruhhom biss ghax-xoghol biss ffil-knisja tempju, zgur li sa jkun hemm hafna konflitti mas-sacerdoti bhal ma gara fl-Amerka, il-Brazil etc.
    Dun Lawrenz Gauci

  19. San Gorg Preca ghandu hafna x`jghallimna dwar din il-kwistjoni. X`vizjoni kellu dan il-bniedem qaddis. Huwa tkellem dwar id-djakni permanenti aktar minn 100 sena ilu!!

  20. Xi hadd semma li d-djakni permanenti jithallsu mill-knisja bhal qassisin. Ma nahsibx li din hija veritiera! Jiena iccekkjajt x`inhi il-prassi f`dan ir-rigward. Il-bicca il-kbira tad-djocesijiet ihallssu paga minima lis-sacerdoti. Id-djakni permanenti jithallsu biss elemozina ghas-servizzi liturgici li jwettqu. San Pawl ukoll kiteb li min jahdem fl-artal irid jithallas mill-artal. Mela mhux minnu li l-Knisja trid tiffinanzja l-familji tad-djakni permanenti. Nifhem li l-knisja maltija jista jkollha problemi ta` finanzi, pero dan m`ghandux ghalfejn jolqot lis-sistema tad-djakni permanenti. Kuragg, kuragg u kuragg.

  21. L-ikbar investiment li tista` taghmel il-knisja maltija attwalment hija li jkollha sistema ta` djakni permanenti, u nghid ghaliex!!! Mhux investiment li jkollok irgiel mizzewga u guvintur tal-affari taghhom li jkunu ordnati djakni permanenti? Dawn ma jkunux gejjin minn ambiti jew passat ekklezjastiku. Dawn ikunu jahdmu u whud ikollhom il-familja taghhom. Mela l-evangelizzazzjoni li jistghu jwettqu dawn fil-familji rispettivi taghhom, fuq il-post tax-xoghol u il-bqija, ma jista` jwettaqha l-ebda Kappillan! U dan bil-fatti, naf x`qed nghid! Imsiefra kont u naf kif kienet tahdem is-sistema pastorali ghax kont imdahhla fiha jiena stess. Il-vojt taghhom jinhass fil-knisja maltija u hemm bzonn li jigu introdotti. L-evangelizzazzjoni il-gdida fil-familji, fit-toroq, fl-isptarijiet u fil-postijiet tax-xoghol trid issir u mhux minn gos-sagristija. Jiena mmur il-quddiesa kuljum, dejjeml-istess ghoxrin anzjani!!! Min qed iffittixhom il-hafna zghazagh imtajrin li ghandna. Minn fuq il-pulptu u minn gos-sagristiji nilhqu biss li dawk il-ftit li diga huma fil-knisja, l-ohrajn min ser jilhaqhom???

  22. Kemm jinhass il-bzonn li il-knisja maltija jkollha profeti bhal ma kien il-mibki Kardinal Martini. Inkurragganti hafna il-mesaggi li qeghdin jiktbu il-qarrejja ta` ddin is-sit; nara li l-Kattolici maltin infethu fil-hsieb taghhom um`ghadhomx jibzghu mill-biza u t-tibdil. Vox popoli, Vox Dei.

  23. Jiena xikultant niehu l-impressjoni li t-tibdiliet li talab il-Koncilju Vatikan Tnejn, fil-knisja lokali ftit gew implimentati. Ma nahsibx li bizzejjed li ghamilna il-Quddiesa bil-malti u li mara tista` taqra l-Epistola.jiena niftakarna qabel il-Koncilju, lanqas kellna idea ta` x`inhi il-Quddiesa, nghidu ir-Ruzarju il-hin kollu u jekk ma tridx, konna nitqarbnu wara il-Quddiesa. Improvement sar hafna biss jiena jidhirli li hemm bzonn niskopru dak kollu li talab il-Koncilju u mhux sar biss xi tibdil kozmetiku, biex nghidu li biddilna u nserrhu rasna! Din kritika kostruttiva, ghax inhobb il-Knisja. Hemm bzonn li taqghalna il-maskra tal-biza u tal-medjokrita`. Jien m`ghandi xejn lejn il-Konservattivi fil-Knisja, biss hemm bzonn li verament il-knisja maltija tkun f`qalb wahda mal-knisja universali.Il-kummenti li qrajt hawn huma vera inkurragganti u tara li l-kattolici maltin mohhom miftuh u aggornati. Nispera li naraw id-djakni permanenti fil-knisja lokali, min ghandu tassew lenti fuq il-futur u jhalli lil Alla jahdem, jaf x`jien nghid!!!

  24. Perfettament naqbel ma dawk kollha (li huma il-bicca l-kbira) li kitbu hawn favur l-introduzzjoni tad-Djakonat permanenti fil-Knisja Maltija. Jiena nemmen li l-Knisja ghanda bzonn urgenti li tiskopri ministeri u karizmi li ddahlu lura wara il-Koncilju Vatikan II. Diga ghadda hafna zmien mill-Koncilju, ma nahsibx li ghad baqa lok biex noqghodu nispekulaw u nittbezzghu quddiem din is-sejha li qed jaghmlilna Alla! M`ghandux ikun hemm lok ghal biza, jekk Alla jridha, Alla jaghti l-ghajnuna tieghu u zgur li jsejjah whud ghal din il-vokazzjoni.

  25. Persuna kitbet li il-Knisja Maltija ghandha iddahhal id-Djakonat Permanenti ghax Djocesijite ohra fid-dinja hekk ghamlu. Xi hadd attakkah lil dan li kiteb hekk u qal li dan kien l-istess li gara fil-kwistjoni tad-divorzju xi xhur ilu! Bir-rispett kollu, ma nistax nifhem x`tip ta` argumentar huwa dan. Ma nahsibx li meta tintroduci xi haga tajba hija l-isetss bhal meta iddahhal xi haga hazina!!! Hekk jew mhux hekk??? Bhala Kattoliku ma naqbilx mad-divorzju u pubblikament nghid li vvotajt kontrih, anke jekk il-bicca il-kbira tal-pajjizi fid-dinja introducewh ferm qabilna. Imma li nixtieq li jiddahhal id-Djakonat Permanentli f`Malta, l-ewwelnett hija xi haga tajba, li tridha il-Knisja Universali u IVA hemm bzonn nimitaw dak illi ghamlu Djocesijiet ohra fid-dinja!

  26. Ta` min jaghmel iktar promozzjoni fud id-djakni permanenti f`Malta. Jiena smajt din l-ahbar fuq il-mezzi tax-xandir pero` nahseb li hemm il-bzonn li naqraw aktar u nisimghu aktar dwar dan. Peress illi hija innovazzjoni, il-poplu ta` Alla jehtieglu jkun informat ahjar. Prosit ghal dan is-sit li tassew huwa infromattiv.

  27. Kont qigheda naghmel xi ricerka fuq l-internet dwar id-djakonat permanenti u qrajt li ghal hafna sekli il-Knisja fil-Punent kienet qatghet it-tradizzjoni li taghmel djakni permanenti, id-djakonat kien sempliciment l-ahhar pass qabel is-sacerdozju. Biss kien hemm xi djocesijiet illi hallewh! Ta` min isemm li San Frangisk ta` Assisi kien djaknu permanenti. Interessanti il-fatt li dan l-artiklu jghid li kien il-Koncilju ta` Trentu li rega prova jdahhal id-djakonat permanenti pero` minhabba ragunijiet imprevisti, id-diskussjoni ma komplietx. Kellu jkun wara il-Koncilju Vatikan II li l-Papa Pawlu VI rega` rrestawra d-djakonat permanent fil-Knisja tal-Punent. Naturalment fil-Knisja Kattolika Orjentali, id-djakonat permanenti inzamm sa minn zmien l-appostli.

  28. Ghall-grazzja ta` Alla, il-Knisja Maltija ghandha diversi profeti taz-zminijietna li jgharfu jaqraw is-sinjali taz-zminijiet. L-Arcisqof taghna huwa wiehed minnhom. Hemm ohrajn fosthom father Rene Camilleri li ghandu wkoll vizjoni cara ta` Knisja li tinfthiemem ghal bniedem tal-lum u li tapplika ghal zminijietna. Hafna drabi jigri li li mhux kulhadd jifhomhom lill-profeti. Dan gara fl-Antik testment, gara l-istess lil Kristu u kompla jigri fl-istorja tal-Knisja. Il-Profeti Alla jibghathom biex jgharrfuna s-sinjali taz-zminijiet! Hazin ghalina jekk ma nghatux widen ghalihom. Bhalissa qed jissemma hafna il-Kardinal Martini ta` Milan, hafna ma fehmuhx, ohrajn jekk ma tridx qalu li huwa eretiku!!!
    Jalla il-Knisja Maltija taghraf is-sinjali taz-zminijiet! Kuragg lill-Arcisqof Pawlu taghna li tant inhobbuh u qieghed f`qalbna. Il-bidla nehtiguwha u dak li talabna il-Koncilju hemm bzonn inwettqquh minnufih.

  29. Kien hemm min qal li m`hawnx htiega ta` djakni permanenti!!! Ma nafx min qal hekk fejn qed jghix meta nafu li tant kappillani ghandhom tant xoghol li qed jispiccaw ezawriti u ghajjenin. Povri kappillani! Ma taghtihomx tort ghax kulhadd bniedem. Jiena naqbel ma persuna li kitbet hawn taht li l-knisja maltija tixbah perfettament lil dik ta` zmien l-Atti tal-Appostli. Kif jista jkun li s-sacerdoti jaghmlu dak ix-xoghol li huwa mitlub mid-djakni??? Dan biex ma nsemmux l-ghadd gmielu ta` sacerdoti li mietu f`dan l-ahhar zmien. Iktar hemm bzonn issa li x-xoghol jitqassam ahjar.Xi kultant nara li hawn min jibza mill-bidla u dan mhux sinjal ta` fidi vera f`Alla. Ohrajn jipretendu li jafu aktar mill-Knisja x`inhuwa mehtieg, ma nahsibt li l-Knisja Kattolika ma kinetx taf x`inhi taghmel meta rrestawrat id-djakonat permanenti fil-Koncilju Vatikan II! Ma ddejjaqnix li kulhadd ikollu l-opinjoni tieghu, biss fl-ahhar mill-ahhar irridu nhossu mal-knisja u naccettaw dak li jrid l-Isqof tal-post li l-ahhar kelma trid tkun tieghu. Hemm bzonn li nitharrgu fil-kors “sentire cum ecclesia”

  30. With all the news this week about the retirement of Bishop Fabian Bruskewitz of Lincoln, Nebraska, one detail that went largely unmentioned was his diocese’s lack of permanent deacons.

    The diocese has a significant number of priests, of which the bishop is justly proud.

    But deacons are another matter.

    According to the diocesan website, there are 150 priests serving 134 parishes and 96,000 Catholics. There are 44 seminarians and 141 religious sisters.

    The number of permanent deacons? 3.

    It was widely known that Bishop Bruskewitz did not want the diaconate in Lincoln, because he felt it would inhibit vocations to the priesthood. (I’m not sure there are statistics to support that; other dioceses around the country with many priestly vocations also have a healthy number of vocations to the diaconate.)

    Meantime, to this day, the diocesan vocations page in Lincoln does not list the diaconate as a possible vocation, and it does not list an office of the permanent diaconate, either.

    Perhaps under the new bishop, things will change.

    Let us pray.

  31. Jiena nahseb li l-knisja f`Malta tixbah hafna lil dik ta` zmien l-Atti tal-Appostli! Hafna xoghol mitfugh fuq is-sacerdoti inkluz dak tad-djakonija, b`detriment li jitilfu mix-xandir tal-kelma ta` Alla biex jaqdu fl-imwejjed. Ghandna bzonn li il-karizma tad-Djakonija tidher aktar ghax s`issa qisha ma tezistix. Dan pass il quddiem li vera nehtiguh ghax apparti li s-sacerdoti qed jonqsu sew, hemm bzonn li il-kappillani u s-sacerdoti jkollhom ghajnuna pastorali u kif ghedt, ix-xoghol tal-qadi jinghata lilhom halli s-sacerdoti jintefghu aktar fuq il-pastorali tax-xandir li il-poplu taghna tant jehtieg.

  32. Dan is-sit elettroniku ta` min jippromovih ftit aktar, hafna ma jafux li jezisti. Jiena stess lanqas kont naf bih, habiba tieghi qaltli bih. Fih artikli interessanti u aggornat ferm. Prosit u keep it up. Interessanti li kitbu il-qarrejja dwar id-djakni permanenti u nara li l-insara maltin jafu u huma informati sew dwar affarijiet tal-knisja. Illum kulhadd ghandu access ghal internet u kulhadd isiefer u ghalhekk ma tantx baqa min ghadu maghluq fl-ideat. Jiena niftakar il-quddiesa bil-latin u meta bdiet issir bil-malti, hafna ma qablux ma din il-bidla. Nahseb li llum hafna mghadhomx jifhumha bhal dak iz-zmien. Iz-zminijiet inbidlu u rridu nagurnaw maghhom.

  33. Naqbel ferm dwar l-introduzzjoni tad-Djaknonat Permanenti f`pajjizna. Hemm bzonn tigdid radikali fil-Knisja ghax l-aggornament jinhass bzonnu b`mod urgenti hafna.

  34. Il-Knisja f`Malta u Ghawdex ghandha bzonn ta` riformaturi kbar bhal ma kienu San Frangisk ta` Assisi u San Duminku fi zmienhom. Lil dawn tal-ahhar mhux incapcpulhom ghandna bzonn imma nimitaw il-hegga li kellhom biex inaddfu il-Knisja ta` zmienhom u jggedduha!!! Dak li ghandna bzonn u mhux nibzghu mit-tindif, il-bidla u l-kuragg li niggeddu kif talab tant tajjeb il-Koncilju Vatikan II hamsin sena ilu!!!

  35. Hemm hija sabiha u ta` min jghozzha il-Knisja inklussiva. Jien kull darba li mmur Ruma u nidhol il-Vatikan; dak li l-aktar jaffaxxinani u jurini is-sbuhija tal-Knisja. Tibda tara tant nies, religjuzi kollha b`biti differenti, isqfijiet u l-bqija. Kollha kattolici, imma kollha b`ministeri differenti u karizmi diversi. Din l-inklussivita` fil-knisja dejjem kienet taffaxxinani u nahseb li b`din tad-djakni permanenti f`Malta inkunu qeghdin nersqu lejn din l-inklussivita` li hija xi fit jew wisq nieqsa hawn Malta. ghandu jkun hemm wisa` ghal kulhadd fil-Knisja, kulhadd b`xoghlu u bil-hidma tieghu, frattant ghan wiehed ghandu jkollu kulhadd, dik li jhabbar lil Kristu u l-Vangelu tieghu. Biss kulhadd bil-karizma u il-ministeru tieghu!!!

  36. Importanti li l-knisja jkollha djakni permanenti ghax dan investiment u juri progress fil-hsieb tal-Koncilju Vatikan II. Ghandna bzonnhom biex anke ix-xoghol pastorali jinqasam ahjar, dak li suppost iwettqu id-djakni qed iwettquh is-sacerdoti bċdetriment li ma jlahhquhux ma xogholhom. Hekk kollox jinqasam ahjar milli hu s issa.

  37. Jiena persuna li nhobb hafna il-vokazzjonijiet ta` kull xorta. Ma rridx niftahar, imma bil-ghajnuna ta` Alla salvajt bosta vokazzjonijiet. Kien hemm xi zghazagh li nafhom sewwa, li qaluli li jhossuhom migbudin ghal vokazzjoni tad-Djakonat permanenti. B`din l-ahbar hemm tama ghalihom issa! Jiena nzomm bis-shih li il-Knisja trid tkun miftuha ghall-bosta sejhat u ministeri li Alla jonfoh fiha. Nahseb li dan kien l-ispirtu tal-Vatikan II li s`issa almenu donnu ghadu mhux qed jinhass f`Malta u Ghawdex. Hemm bzonn il-ftuh fl-idejat ghax wisq nibza li jista jkollna mewta naturali jekk kemm il-darba noqghodu nippruvaw insalvaw it-tradizzjonijiet li ironikament qeghdin johonquna, waqt li ninsew dak illi vera ghandha bzonn il-Knisja. Hemm bzonn it-tigdid mill-aktar fis possibli. Jien ferhana b`dina l-ahbar u nittama f`Alla li tigi mwettqa, wara kollox hemm bzonn il-karizma tad-djakni fil-knisja lokali u jservi wkoll bhala investiment ghall-futur. Hadt pjacir naqra il-kummenti li kitbu hawn, jidher li l-poplu taghna mohhu nfetah u certa tibdiliet iridhom. Tiehu pjacir li ghad hawn min jinteressa ruhu mill-knisja. Ghandna bzonn nitolbu hafna u nhallu lil Alla jahdem permezz taghna. Din mhix opra taghna, imma ta` Alla.

  38. I am happy to hear of such a great news. I live in USA but at the moment I`m in Malta for a summer vacation. When I emigrated to the US, in our parish we had two permanent deacons, I presume they were both married. This was back in 1979! One of them died, he was known for his excellent homilies.
    I am so sure that the establishment of the Permanent Diaconate in Malta will bring much blessings to the local church. The Maltese church has to invest more in order to gain future fruits. I think this is a sign of improvement which the church really need, directing herself to what God wishes from her in harmony with what Vatican II asked for.
    God bless you all.

  39. Jien ghandi ghal qalbi il-vokazzjonijiet. Din ahbar sabiha ghall-knisja. Jien jidhirli li ghandna bzonn il-karizma u l-ministeri tad-djakni permanenti! Ma nahsibx li kwistjoni ta` bzonn u mhuz bzonn biss. Meta Alla jonfoh fuqna il-karizmi tieghu, irridu ninfethu ghalih biex nibqghu vivaci u hajjin. Kurragg.

  40. To read the signs of times is a charism of God. I hope that we invest in reading the signs of times, otherwise we will die a natural death. This is a good news for the local chuch, we only need prayer and courage.

  41. Meta kont il-Kanada, il-parrocca taghna kienet immexxija mil-Frangiskani. Kien hemm Fra ordnat djaknu permanenti. Jien ma kontx naf li anke ir-religjuzi jistghu isiru Djakni Permanenti.

  42. Naqbel li jkun hawn djakni permanenti u nixtieq nibqa nfurmat dwar zviluppi li jkun hemm. Din vokazzjoni mportanti li nies bhali jikkunsidraw li tista tkun idejali ghal hajja taghhom. Grazzi

  43. Le, mara ma tistax tkun ordnata djaknu.

    It-taghlim tal-Knisja Kattolika, f’rabta max-xewqa ta’ Gesu’ u f’konformita` mat-Tradizzjoni tal-Knisja, huwa car dwar dan is-suggett. Il-Papa Gwanni Pawlu II fl-1994 fid-Dokument “Ordinatio Sacerdotalis” tenna li l-ministeru ordnat huwa rizervat biss ghall-irgiel. Dokument tal-Kummissjoni Teologika Internazzjonali fl-2003 fisser li d-djakonessi mhumiex parti mit-tradizzjoni tal-Knisja Kattolika tal-Punent.

    Dwar it-tielet mistoqsija: Fir-Rit Latin, djaknu li jkun se jsir sacerdot ma jistax jizzewweg. Fil-kaz ta’ ragel li jixtieq jersaq ghad-djakonat permanenti, iva, dan jista’ jkun mizzewweg. Pero`, jekk guvni jkun ordnat djaknu permanenti, dan ma jistax jizzewweg wara l-ordinazzjoni.

  44. Tista’ mara tkun djaknu please? U jekk le ghaliex le?
    U preferibilment djaknu ma jkunx mizzewweg?

  45. Jigifieri l-Papa qed jaghmel hazin jekk jixtieq li l-quddiesa ssir b’dekor? Ghadna ma tghallimnix mill-izbalji ta’ zbalji liturgici li saru – u qed isiru – hawn Malta wkoll? Biex ma nidholx fid-dettall, insemmi ezempju wiehed li sar fl-Istati Uniti. Is-sacerdot kien liebes kostum, il-letturi ta’ shahar u l-abbatini ta’ xjaten!! Dan biex skond dan is-sacerdot il- quddiesa ticcelebra l-festa ta’ Halloween!!! Taqblu ma’ dan?

    PS Jekk is-Segretarjat ikun irid xi informazzjoni ulterjuri, jindika hawnhekk fejn nikkuntattja.

    Grazzi

  46. Ma nifhimx il-kuncett wara deskrizzjonijiet tal-quddiesa – Ez Tridentina, jew aggettivi ohra. Il-quddiesa hija wahda, hija t-tifkira fi zmienna tal-Misteru tal-Ghid. Nahseb li l-quddiesa hekk deskritta Tridentina, kienet tajba ghal zmien il-Koncilju ta’ Trentu. Dan sar bejn l-1545 u l-1563 – zmien meta kienu gew il-Kavallieri f’Malta. Illum jidhirli li kull celebrazzjoni liturgika trid tkun addattata maz-zmien li jkun.

    Mela minflok inharsu ‘l quddiem se nibqghu nharsu lura? Fl-ahhar mill-ahhar ma ninsewx li l-quddiesa hija wahda, kemm dik li kienet issir fi zmien Trentu u kemm dik li qed issir illum. L-istil ta’ paramenti sagri li jintlibsu, il-lingwa uzata, u l-fatt li l-qassis iharisx lejn il-kongregazzjoni jew jaghtiha daru huma biss dettalji li ma jibdlu bl-ebda mod in-natura intrinsika tac-celebrazzjoni ewkaristika.

  47. Jigifieri l-Papa qed jaghmel hazin jekk jixtieq li l-quddiesa ssir b’dekor? Ghadna ma tghallimnix mill-izbalji ta’ zbalji liturgici li saru – u qed isiru – hawn Malta wkoll? Biex ma nidholx fid-dettall, insemmi ezempju wiehed li sar fl-Istati Uniti. Is-sacerdot kien liebes kostum, il-letturi ta’ shahar u l-abbatini ta’ xjaten!! Dan biex skond dan is-sacerdot il- quddiesa ticcelebra l-festa ta’ Halloween!!! Taqblu ma’ dan?

    PS Jekk is-Segretarjat ikun irid xi informazzjoni ulterjuri, jindika hawnhekk fejn nikkuntattja.

    Grazzi

  48. Huwa mportanti li jkun hawn djakni permanenti f’Malta. Iżda huwa mportanti wkoll li ma ninsewx dawk il-Kattoliċi li għandhom għal qalbhom il-Liturġija Tridentina. F’ħafna pajjiżi qed ikun hemm għadd kbir ta’ Quddies b’dan ir-Rit li jkunu miżgħuda biż-żgħażagħ.

    Ħasra li f’Malta dejjem nibqgħu lura, f’dan il-kas qed ninjoraw dak li jixtieq il-QT Papa Benedittu XVI innifsu.

  49. David,

    Għadd ta’ riformi li beda San Ġorġ Preca kienu simili għal dak li kien qed jagħmel San Piju X fl-istess żmien.

    Teresa B.

  50. Bl-Ingliz nghidu “to read the signs of the times”…nahseb li bhala Knisja (fid-Djocesi taghna), issa huwa dan iz-zmien li qed jaghtina sinjal car dwar id-Djakni Permanenti. Din m’hix xi haga vvintata minnha. Nemmen li ghandna (Il-Knisja) tiehu dan il-pass li huwa skont il-Gerarkija taghha stess. Nemmen li la Alla jridu hadd ma ghandu joggezzjona. Min ma jaqbilx jew ghandu riservi ghandu jiccekja jekk qieghedx jehodha kontra dak li jrid Alla. Tajjeb li nitkellmu izda tajjeb li nghaddu ghall-fatti; iz-zmien ghaddej u l-preparazzjoni tad-Djakni Permanenti hi wkoll mehtiega.

  51. Ghal min huwa abbonat fil-Messenger of Saint Anthony, fl-ahhar harga ta Frara 2012, dehret intervista ma Nick Johnson li huwa djaknu permanenti. Veru interessanti. Ta min jaqrah l-artiklu.

  52. Nahseb li l-Knisja Maltija ghandi tibda tinvezti fid-djakni permanenti, ghax is-sacerdoti eghdin dejjem jonqsu u anke ghaliex kif qalu qabli; ghandna aspett nieqes fil-gerarkija tal-Knisja Maltija. Il-futur tal-vokazzjonijiet nahseb li se jkun difficli hafna. Hemm bzonn li jigu skoperti dawn id-doni u l-ministeri li talab il-koncilju vatikan tnejn. Nahseb li t-tibdiliet li ghamilna mill-koncilju ‘l hawn kienu minimi, mhux bizzejjed li ghamilna il-quddiesa bil-Malti. Naqbel li dak li ried il-koncilju ghandna naghmuh ahna wkoll, wara kollox ahna parti mill-Knisja universali. Milli jidher, kull fejn iddahhal id-djakonat permanenti, il-Knisja kisbet grazzji kbar. Jien ninteressa ruhi hafna f`dawn l-affarijiet. Ta’ qabli qalu li l-Knisja b`dawn l-affarijiet timxi ‘il quddiem, u mhux billi ninhlew niddiskutu il-festi. Nahseb li nhela hafna zmien nargumentaw dwar il-festi u l-privileggi!!!

  53. Jien nahseb li hemm bzonn urgenti li dak li talab il-Koncilju hamsin sena ilu, jigi implimentat f`Malta u Ghawdex. Ma ghandniex ghalfejn nibzghu, ahna parti mill-Knisja Universali. Nafu li l-isqfijiet taghna ma jibzghux mill-bidla, anzi dakli talbu fl-ahhar cirkulari. Jiena nemmen li dawn l-affarijite ibiddlu l-Knisja u mhux l-argumenti fuq il-qniepen u l-isparar. Irridu nhallu l-Ispirtu ta` Alla jonfoh fejn irid Hu, altrimenti nibza’ li se mmutu mewta naturali. Kuragg!!!

  54. Jidher li hawn interess kbir fid-djakni permanenti. Jiena nahseb li din ser tkun ta grazzja kbira ghall-Knisja f`pajjizna. Tiehu pjacir li hawn zghazagh li jhossuhom migbudin lejn din il-vokazjoni. Nahseb li gid kbir tal-ispirtu ser thalli. Jien kont naf xi membri ta’ Schoenstatt Movement, kellhom djaknu permanenti Joae Pozzobon, kont smajt li bdewlu il-kawza tal-qdusija.

  55. Jien naqbel li f’Malta jkollna Djakni permanenti u ma nafx kif ma kellniex! Jidhirli li fil-bibbja jissemmew sew irgiel u anke nisa. Malta ghandha bzonnhom id-Djakni. Inhallu l-Ispirtu Santu jahdem u mhux il-biza. L-Ispirtu Santu jsawwab l-Ispirtu tieghu fuq kulhadd u jimliena bil-kuragg. Ejja Spirtu Santu u geddidna.

  56. Hbieb, jezistu zewg dokumenti importanti dwar id-djakonat permanenti. Dawn harrighom il- vatikan fl- 1998 u huma importanti hafna, biex iservu ta gwida ghad-djocesijiet kollha. Qeghdin migbura flimkien bhala dokument wiehed.

    L-isem huwa: “Basic Norms for the Formation of Permanent Deacons, u “Directory for the Ministry and Life of the Permanent Deacons”

    Ta min jghid li dawn id-dokumenti huma tajbin hafna u bihom wiehed jifhem iktar x’inhu mistenni mid-djaknu permanenti.

    Nota mill-Editur:- Id-dokumenti li jirreferi għalihom il-korrispondent “Pierre” fil-kumment tiegħu tista’ ssib link għalihom fi tmiem l-artiklu ta’ hawn fuq.”

  57. Sa issa għad ma hemmx dettalji dwar it-twaqqif tad-djakonat permanenti fil-Knisja f’Malta u nistgħu ngħidu li għadna f’fażi konsultattiva. Għalhekk kull diskussjoni bħal din li għaddejja f’dan il-forum hija importanti ħafna għaliex ninsab ċert li Monsinjur Arċisqof, li tiegħu hija r-responsabiltà tad-deċiżjoni finali, jikkonsidra u jifli kull kumment li jinkiteb u li jingħad. Malli jkun hemm aktar tagħrif inkunu fost tal-ewwel li nippublikawhom fuq il-Laikos (www.laikos.org)

  58. JIEN HAGA WAHDA SE NISTAQSI IL-KORS TAD DJAKNU PERMANENTI KEMM JIEHU TUL? JIEN NIXTIEQ HAFNA LI NSIRR DJAKNU. IMMA SA ISSA GHADU HADD MA QALLI META SE JIBDEW U KIF SE JKUN IL- KORS.

    GRAZZI

  59. Xi hadd qalli jekk jidhol id-djakonat permanenti, jonqsu il-vokazzjonijiet ghas-sacerdozju. Din assurdita’. Jekk wiehed imsejjah ghas-sacerdozju, ghas-sacerdozju jmur. Jekk wiehed ihossu imsejjah biex jidhol Dumnikan, ma nahsibx li ser jidhol Frangiskan! Veru li kulhadd ghandu dritt tal-opinjoni, biss nammettu li fejn jidhlu affarijiet tal-Knisja, hafna ma jkunux jafu kif imorru l-affarijiet. Jien nimmagina li hawn min ihossu imsejjah ghad-djakonat, nies bhal dawn ma setghux jirrealizzaw il-vokazzjoni taghhom, almenu s`issa. Ghalhekk nemmen li hemm bzonn il-bidla u dan billi ninfethu.

  60. It is very nice to hear about the introduction of the Permanent Diaconate in Malta. I hope that we will begin to see them in the nearby future. Sadly enoigh, in 2003 a similar announcement was made but nothing materialised. Ihope this time the Holy Spirit will be left to work. That`s what we really need, the Holy Spirit who breathes were is needed.Otherwise we will die.

  61. Id-djakni permanenti bil-hajja ezemplari taghhom ghandhom ikunu ta’ strument ghall-mizzewgin kollha ladarba id-djaknu ikkoncernat ikun mizzewweg. Persuna li tghaddi minn xi esperjenzi hi tista’ tifhem iktar lil min jhgaddi minn esperjenzi simili, filkaz tad-djaknu mizzewweg tahdem l- istess, fejn id-djaknu iservi ta’ strument ghall- mizzewgin. Din l- ideja insibuha f’ittra ta San Pawl lil Timotju biex id-djaknu ikun jaf imexxi lil familtu sew l-ewwel. Din ghandha tkun mezz ta’ prova ghalih u fl-istess hin tghinu jifhem lil ohrajn sew.(1 Tim 3: 8 – 13). Kurragg.

  62. Iva, guvni jista’ jkun ordnat djaknu permaenti. Izda peress li ma jkunx mizzewweg, huwa jiehu wkoll il-vot tac-celebat u allura ma jkunx jista’ jizzewweg wara li jkun ornat djaknu.

  63. Id-djaknu jifforma parti mill-gerarkija tal-Knisja u ghalhekk jizbalja min jghid li huwa lajk. Id-djaknu mhux lajk, dan japplika wkoll ghad-djakni mizzewga. Certa media ma jkunux infurmati tajjeb u meta tisma xi ahbar dwar il-Knisja, nofs l-informazzjoi li tinghata tkun zbaljata! Ta` qabli kitbet jekk jistax guvni jsir djaknu? U zgur, biss wara li jordna ma jistax jizzewweg ghax jintrabat bic-celibat. L-Italja naf hafna hekk, hemm ukoll Brothers ta` Ordnijiet religjuzi li jsiru djakni u jibqghu hekk.

  64. Jien ghandi mistoqsija.Id-djakonat permanenti ghal mizzewgin biss? Jista zghazugh-guvni jsir djaknu permanenti? Ghax jissemmew dejjem li huma mizzewgin u hadd ma jsemmi li jistghu jkunu guvintur!

  65. Ahbar sabiha li tisma li Malta u Ghawdex se jibda jkollna djakni permanenti. Jien ghext 35 sena il-Canada u niftakar meta bdew jiffunzjonaw. Kwazi il-parrocci kollha li konna nzuru ghal quddies, kollha kellhom wiehed. Kont qrajt artiklu dwar djaknu permanenti mill-Canada, li kien mizzewweg u kellu 2 subien.It-tnejn li huma saru qassisin. L-artiklu kien qal li mill-familju tad-djakni jinbtu hafna vokazzjonijiet ta` kull tip. It-tfal jiehdu ezempju kbir jaraw lil missierhom jiffunzjona fuq l-artal. U jithajru minnu naturalment. Prosit kbira lill-Isqfijiet u nisperaw li ma ndumux ma naraw djakni permanenti Maltin u Ghawxin!!!
    God bless everyone.

  66. Fil-hajja ta` Dun Gorg Preca naqraw li Dun Gorg ried li s-socji tal-Museum jkunu Djakni Permanenti. Veru kien bniedem ta’ vizjoni cara. Jien ma nafx kif gietu dik l-ispirazzjoni meta dan gara hamsin sena qabel l-ahhar koncilju, fi zmien Piju X.

    Dun Gorg Preca – itlob ghalina.

  67. Inhobb hafna l-istorja tal-Knisja f`Malta. Jista’ xi hadd kompetenti jghidli jekk fl-istorja ta` Malta qatt kien hawn djakni permanenti! Mill-messaggi li qed ihallu, kien hemm min kiteb li fil-bidu tal-Knisja kien hemm djakni permanenti, allura ladarba il-Knisja Maltija hija appostolika, ma nimmaginax li ma kienx hawn. Prosit tal-blog, veru interessanti. Mili jidher din l-ahbar qajmet interess pozittiv ferm f`pajjizzna.

  68. Hadt pjacir meta xi jiem ilu deheret ahbar fuq ix-xandir ta` l-Istat TVM dwar l-introduzzjoni tad-djakonat fil-forma permanenti. Ahbar sabiha ferm fl-okkazzjoni tal-50 anniversarju tal-Koncilju Vatikan Tnejn!Nghid prosit lill-Isqfijiet eghziez taghna li ma jibzghux, ma ghandix dubju li Alla qed jinqeda bihom biex ibiddlu fejn hemm bzonn. L-ahhar pastorali li tawna kienet tindika bic-car din id-direzzjoni. Dawn l-affarijiet ghandhom jippreokkupawna u mhux ninhlew niddiskutu il-murtali u l-armar.

    Ejja Spitu s-Santu!!!

  69. Jien Ghawdxi, emigrant fl-Istates ghal hafna snin. Fil-parish taghna ghandna djaknu. Jimmeraviljani bil-prietki tieghi. Il-Kappillan fuq xoghlu u d-djaknu b`xoghlu. Jikkolaboraw tajjeb flimkien. Id-djaknu juri aktar bic-car il-missjoni tal-Knisja mal-morda u il-foqra. Jfakkarni f`San Lawrenz.
    Kuragg Knisja f`Malta. L-Ispirtu ta` Alla ma jhallikx zgur, anzi aktar ma tider difficli aktar tkun gejja minn Alla.

  70. Liturgista maghruf qalli li ahna ghandna aspett nieqes fil-gerarkija tal-Knisja. Qatt ma immaginajtha din il-haga, veru interessanti. Hafna ma jafux li d-djakonat mhux semplici pass qabel is-sacerdozju. San Frangisk kien djaknu permanenti. Fil-Knejjes Orjentali id-Djakonat dejjem inzamm bhala ordni sagri permanenti. Nixtieq inkun naf x`kienet l-affari li fil-Knisja Latina ma nzammx ghal sekli shah? Grazzi.

  71. Wasal iz-zmien li jiddahhal f`Malta u Ghawdex id-Djakonat Permanenti! Ejja Spirtu Mqaddes sabiex ma naqtghux qalbna.

  72. Illum-il gurnata irridu nkunu attenti ghal dak li jitlob l-Ispirtu s-Santu, aktar minn qatt qabel. Qabel il-Koncilju Vatikan II, wiehed seta jibqa’ kjeriku sekulari u jizzewweg. Illum dan ma jistax isir. Biss xi haga simili jaghmluha d-djakni permanenti, li jkunu mizzewgin. Wiehed jista jibqa’ guvni qabel jordna, meta jordna imbghad ma jkunx jista’ jizzewweg. Fil-Knisja taghna hemm bzonn ta’ esperjenzi godda ghax sfortunatament il-Knisja Maltija ta’ qabel il-koncilju kienet aktar miftuha! Wara l-koncilju, it-tibdil li sar donnu aktar ghalaq is-sistema ekklezjaztika. Nahseb li Malta u Ghawdex huma il-ftit djocesijiet li ghad m`hawnx djakni permanenti. Jien ghandi 66 sena, sifirt hafna. Kullimkien rajthom, l-esperjnza tidher li hija wahda sabiha. Kelli habib Amerikan, djaknu permanenti. Illum mejjet!

  73. Id-djaknonat permanenti,mhux kwistjoni ghax ma tantx baqa vokazzjonijiet u sacerdoti, imma huwa sejha/ministeri fih innifsu.Jien naf b`zaghzugh tajjeb li dejjem hassu inklinat lejn id-djakonat permanenti, pero` peress li s`issa ghad m`hawnx kien qata qalbu u halla kollox. Hemm bzonn li l-Knisja Maltija u Ghawdxija taggorna ruhha. Kien hemm min qal li l-Isqof ta` Ghawdex se jdahhalhom ma jdumx, nispera li jiddahlu kemm Ghawdex u anke Malta. Non abbiate paura- il-Mulej maghna zgur. Jien nemmen li tkun esperjenza gdida u rinvigoranti ghall-Knisja lokali.

  74. M`ghandniex indahhlu d-Djakonat permanenti minhabba nuqqas ta` sacerdoti, jekk naghmlu dan inkunu tlaqna minn punt zbaljat. Dan huwa ministeru li m`ghandux jittiehed sempliciment bhala l-ahhar pass qabel is-sacerdozju!!! Jien naf zghazagh tajbin hafna li jhossuhom imsejhin ghad-Djakonat, pero` sfortunatament ma jsibux appogg biex jirrealizzaw is-sejha taghhom. Ma nahsibx li ghad baqa zmien biex zghazagh bhal dawn naghtuhom il-genb meta niftakru li tant huwa difficlu biex wiehed jikkorrispondi mas-sejhat ta` Alla. Hamsin sena huma wisq, hudu hsieb dawn iz-zaghazagh ghax ghad infittxuhom u ma nsibuhomx!

  75. It-twaqqif tad-Djakonat Permanenti f`Malta, gid kbir jaghmlilha lill-Knisja. Hemm bzonn li nhallu lill-Ispirtu s-Santu jonfoh fejn irid Hu. Nahseb li wasal iz-zmien li dan isir meta tiftakar li ghaddew hamsin sena mill-Koncilju. Jekk nibqghu lura mill-introduzzjoni ta` karizmi u ministeri, sejrin nistagnaw. Il-hidma tal-bnedmin tajba, imma jekk din tbarri lill-hidma tal-Ispirtu s-Santu, nkunu qed nghazqu fl-ilma. nahseb li ghalhekk il-Knisja f`Malta u Ghawdex qisha qed titkisser u tinxef, ghax l-Ispirtu nieqed hafna.

  76. Nahseb li wasal iz-zmien biex anke f’Malta jkollna d-djakni permanenti.

  77. L-istituzzjoni tad-djakni permanenti hi importanti hafna u tista’ tghin lil-Knisja Maltija fix-xoghol taghha fid-dinja. Biss dawn ghandhom jigu jppreparati tajjeb ghas -servizz tal-Karita, Liturgija u l-Kelma ta Alla fid-dinja u s-socjeta’ , jigifieri fejn s-sacerdot ikun lanqas prezenti bix-xoghol pastorali tieghu, ez,fil-media, fl-Universita, fost z-zghazagh u d-dinja tax-xoghol (Xoghol pastorali “ad extra”). Ez. Jekk d-djaknu futur ikun hadem bhala teacher, ghandu jkun preparat biex jiehu il-kelma ta Alla fl-iskejjel.

    Ma nemminx li ghandna ninstitwixxu d-djakonat permanenti biex fil-parrocci joqoghdu jikkompetu mas-sacerdoti jew kappillani min sa jiccellebra dik il-maghmudija, dak iz-zwieg u xoghol intern biss fil-knisja.

    10-9-11

    Dun Lawrenz Gauci- Rettur tal-Knisja Kristu Rxoxt . Tarxien

  78. Nifhem dak li kiteb is-Sur Tonna u napprezza hafna l-importanza li huwa ta kemm lil sehem is-sacerdoti fil-Knisja kif ukoll lil sehem il-lajċi. Nemmen li meta kiteb li l-lajċi huma l-id il-leminija tas-saċerdot, huwa ried jirreferi għall-ħidma li huma lkoll jridu jagħmlu flimkien u id f’id.

    Dan ngħidu għaliex kif jinsisti ħafna anke l-Papa preżenti, ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn il-lajċi bħala sempliċi dawk li jgħinu lis-saċerdoti f’missjoni li hija biss tas-saċerdoti; daqslikieku ngħinuhom għax ma hemmx saċerdoti biżżejjed u dawn ma jistgħux ilaħħqu waħedhom.

    Sa mill-ewwel żminijiet tal-Kristjaneżmu, San Pawl xebbaħ il-Knisja mal-ġisem ta’ Kristu. Il-missjoni hija Tiegħu u mhux tagħna. Il-missjoni mhix tas-sacerdot imma ta’ Kristu u allura kemm saċerdoti kemm lajċi qed jaħdmu flimkien, f’ħidma li hi Tiegħu mhux tagħhom. Meta nagħti s-sehem tiegħi fil-parroċċa ma nkunx qed ngħin lill-Kappillan, iżda nkun qed nwieġeb għal sejħa li ssir lil kull nisrani fil-Magħmudija.

    Dwar id-djakonat permanenti naħseb ta’ min ngħidu li dan huwa ministeru klerikali u għalhekk dawn id-djakni mhumiex lajċi li b’xi mod ġew mogħtija kariga ġdida. Wieħed ma jsirx djaknu permanenti għax huwa kapaċi, dedikat u għax jixraqlu, imma għaliex huwa msejjaħ minn Alla f’dak il-ministeru. Anke dawn il-ministri m’humiex hemm biex jgħinnu lis-saċerdot imma biex iwettqu missjoni li hija propja tagħhom.

  79. Prosit u grazzi lil tant lajċi mpenjati li jħobbu lill-Knisja. Fuq kollox il-Knisja hija aħna lkoll l-imgħammdin. Jiena konvint li sar ħafna ġid f’dawn l-aħħar snin. Il-poplu huwa moqdi aħjar speċjalment fejn jidħol is-servizz tat-tqarbin kemm fil-knejjes u aktar fid-djar ta’ morda u anzjani fid-djar tagħhom. Żgur li post is-saċerdot jiġi u jibqa l-ewwel post. Il-lajċi huma l-id il-leminja tas-saċerdot. Konvint li kieku m’hawnx is-servizz ta’ tant lajċi lil jaħdmu bil-qalb, ħafna morda u anzjani jinsabu neqsin milli jirċievu l-Ewkaristija. In-numru tas-saċerdoti naqas u l-fatturi huma diversi, fosthom il-familji tal-lum huma anqas numerusi, u hemm ukoll fatturi oħra bħal perezempju hawn wisq xi tellef fid-dinja tal-lum. Jista jkun li Alla jsejjaħli u ma’ nisimgħux. Ngħidu grazzi lil Alla għax minkejja dan kollu fadal zagħzagħ li jikkoperaw u jaċċettaw is-sejħa li l-Mulej ikun qed jagħmlilhom, Iva naħseb li wasal iż-żmien li naraw djakni permanenti. Nemmen li hawn lajċi kapaċi, id-dedikati u li jixirqilhom dan il-ministeru. Żgur li jridu nies ta’ eżempju fil-ħajja tagħhom. Iridu jkun nies ta’ formazzjoni li kapaċi jgħinu anki fejn jidħol parir fil-ħajja spiritwali. Nemmen li dan il-ministeru jkompli jgħin lis-saċerdoti u lil knisja. Il-paċi magħkom

  80. Ghamilt zmien nghix Londra, fejn id-djakonat permanenti huwa prattikat hafna. Li nista nghid huwa li l-ministeru huwa bzonnjuz hafna ghax inaqqas hafna mil-pizijiet amministrattivi tas-sacerdot, filwaqt li fih innifsu qed jesprimi d-dedikazzjoni lejn l-ghalqa ta’ Kristu b’ modi differenti. Niftakru li kienu l-appostli stess li waqqfu dan il-ministeru, u waqqfuh mhux bhala sostituzzjoni tal-qassisin, imma bhala alternattiva fejn huwa possibli. Meta tkellimt rigward dan ma djaknu sostna ukoll li qassis ma jista qatt jghati parir ahjar fuq zwigijiet u kif tkabbar it-tfal minn djaknu, li qed jghamilha hu stess, u li ircieva listess stharrig ta’ qassis. Rigward il-biza li nitilfu l-vokazzjonijiet mis-sacerdozju, nahseb sejrin zbaljati. Huwa Kristu li jsejjah! U Kristu jsejjah bl-isem u r-rwol. Id-djaknu qatt ma ghandu jitqies bhala replacement! Jien u nidixerri l-vokazzjoni tieghi ghaddili minn rasi d-djakonat gewwa Londra, pero qassis gharef qalli: qatt thalli d-djakonat jidher bhala a better of both worlds – ikollok il-karriera u familja + ministru tal-Knisja. Qalli qatt thares lejh bhala short cut jew bhala mod facli biex ma tghatix hajtek kollha lil Kristu, ghax inkella ha tfalli. Huwa vera. Ghal persuna li qed tidixerri tghati hajjita ghas-sacerdozju, tista tinstema tapella hafna d-djakonat permanenti, pero kif ghidt qabel, xorta wahda tinhass li mhux it-triq tieghek. Dan nista nixhdu personalment. Kif wiehed jibda jinduna li z-zwieg mhux it-triq li msejjah ghaliha, hekk ukoll gara lili fid-dixxerniment lejn id-djakonat permanenti. Nirringrazja l-Alla li laqqghani ma’ dan id-djaknu li semmejt u anke ma dal-qassis ghax it-tnejn ghinuni hafna nifhem id-djakonat permanenti b’ mod personali.

  81. Fil-Knisja tal-bidu kien hemm “djakonessi”, dawn ukoll imsemmijin fil-Bibbja. Pero’, dak li qed nitkellmu fuqu f’dan il-blog huwa hafna aktar importanti ghax ghandu x’jaqsam mal-gerarkija tal-Knisja, li kif diga’ ghidt, hija “zoppa” ghax ma tirriflettix unita’ totali ta’ dak li niprofessaw, Id-Djakonat Permanenti huwa necessarju. Ghad ghandna hafna biza’ u din m’hux qed thallina nghamlu esperjenza tal-Knisja fil-milja taghha.

  82. Aktar milli djakni, idea tieghi, li forsi hija frott l-injoranza tieghi, hi li nixtieq nara persuni kkonsagrati jezercitaw f’dawn il-ministeri, perezempju nisa simili ghall-Vergni kkonsagrati u rgiel kkonsagrati, li jiehdu hsieb xoghol amministrattiv tal-parrocca, tqarbin tal-morda, qadi lill-persuni li jkollhom bzonn ghajnuna socjali, forsi wkoll xoghol ta’ refurbishment fil-knisja bhalma huma risorsi ta’ evangelizzazzjoni li huma aktar in line mat-teknologija avvanzata tas-socjeta’. Id-djakni kienu jservu biex jaghmlu x-xoghol halli jghinu lill-Appostli jiddedikaw rwiehhom esklussivament ghat-talb u ghax-xandir tal-Kelma. Il-qassisin diocesani, jidhirli li l-Knisja toffrilhom xi tip ta’ manteniment.
    Inhoss li ladarba l-Knisja ma ssibx oggezzjoni li tkompli titlob ghall-vokazzjonijiet minkejja li qed tbati finanzjarjament biex tmantni s-sacerdoti taghha, ghandha theggeg u toffri wkoll ghajnuna lil dawn it-tip ta’ vokazzjonijiet ghaliex nahseb li l-Knisja ma tistax tibqa’ tipprova tlehhaq mal-avvanzi u t-tibdil tas-socjeta bil-ftit sieghat li joffru xi lajci voluntiera. U nahseb li jekk ikollha dawn it-tip ta’ persuni, il-Knisja tkun aktar produttiva sew fl-outcome ta’ servizz u jista’ jkun ukoll minn marketing.
    Kif ahna bhalissa, nahseb il-Knisja se tibqa’ dejjem taqa’ fid-difensiva ghax mhi qatt ippreparata bizzejjed biex tkun pro-attiva. Manager tajjeb, irid jaghraf is-sinjali taz-zminijiet u jitghallem “ixomm” it-tibdil fis-suq qabel dan isehh biex jilqaghlu minn qabel. Ghala l-Knisja m’ghandhiex tkun hekk?

  83. Jien u naqra d-dokument dwar id-Djakni Permanenti ma stajtx ma naghtix kaz l-ewwel frazi tad-dokument:

    “The permanent Diaconate, restored by the Second Vatican Council, in complete continuity with ancient Tradition and the specific decision of the Council of Trent, has flourished in these last decades in many parts of the Church — with promising results, especially for the urgent missionary work of new evangelization”

    L-ewwel osservazzjoni tieghi huwa li ma hemmx dubju dwar l-effett pozittiv li dan il-ministeru ghandu fuq il-hajja kollha tal-Knisja.

    Xtaqt ukoll naqsam din is-sentenza turi wkoll li ghalkemm ma nstema’ xejn fuq dan il-ministeru ghal hafna zmien, na jnaqqaslux l-importanza tieghu bhala ministeru fih innifsu.

    “The almost total disappearance of the permanent diaconate from the Church of the West for more than a millennium has certainly made it more difficult to understand the profound reality of this ministry.”

  84. Id-Djakonat Permanenti mhux kwistjoni ta’ nuqqas ta’ sacerdoti izda huwa ministeru fih innifsu. Dan ifisser illi l-Knisja tad-Djocesi ta’ Malta ghandha aspett nieqes fil-gerarkija taghha. Dan jistqarruh ukoll xi liturgisti Maltin.
    Galadarba dan il-ministeru huwa parti officjali tal-Knisja ma nistghax nifhem kif ghad ma ghandniex f’Malta.
    Fiz-zmien li llum qed nghixu fih, nara aktar bzonn ta’ Djakni Permanenti ghaliex permezz tieghu l-Knisja fil-Gerarkija taghha tidher kompleta bil-ministeri kollha.
    Ma ghandniex xi nghidu, li hemm bzonn preparazzjoni Bibblika u Liturgika. Barra minn hekk, mhux din hi sejha partikolari u ma tapplikax ghal kulhadd. Inzid ukoll li huwa mportanti l-vot tal-ubbidjenza lejn l-arcisqof.
    Ghalkemm dan il-ministeru huwa marbut ma xi “hlas”, ma naqbilx li dan ghandu jkun fattur li jiddetermina dan il-ministeru mportanti.

  85. Naqbel li ssir diskussjoni. Imma ma nahsibx li hija haga daqshekk urgenti. In-numru ta’ sacerdoti/religjuzi ghadu tajjeb u li hemm bzonn isir hu li dawn jitfghu l-hin taghhom kollu f’xoghol pastorali biss u ma jinhlewx f’affarijiet materjali li jistghu jghinu fihom il-lajci. Nibza biss li dak li ghaddejna minnu f’dawn l-ahhar gimghat jista’ jwassal ghan-nuqqas akbar ta’ vokazzjonijiet u imbaghad il-bzonn tad-djakni permanenti isir realta’!!

  86. Wara l-pubblikazzjoni tal-Kostituzzjoni Dommatika “Lumen Gentium” fl- 1964, il-Vatikan kien ippublika żewġ dokumenti dwar id-Djakonat Permanenti fit-22 ta’ Frar 1998. Dawn id-dokumenti: “The Basic Norms for the Formation of Permanent Deacons” u “The Directory for the Ministry and Life of Permanent Deacons,” kienu approvati mill-Papa Ġwanni Pawlu II.
    Dawn jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Vatikan:

    http://www.vatican.va/roman_curia/congregations/ccatheduc/documents/rc_con_ccatheduc_doc_31031998_directorium-diaconi_en.html

  87. Ukoll ghandu jigi rrestawrat minhabba nuqqas ta’ sacerdoti. U dan ghal zewg ragunijiet – i) ghax is-sacerdoti li ghandna mhux qed ilahhqu mall-htigijiet spiritwali u socjali tal-poplu ii) is-sacerdoti li ghandna llum huma fil-bicca l-kbira ta eta’ anzjana u mhumiex jifhmu s-sitwazzjoni u r-realta’ ta pajjizna. Ma tkunx haga hazina jekk id-djaknu Malti ikun imfassal ghall-htigijiet specifici ta pajjizna minflok ma nimitaw ir-rwol tad-djaknu kif kien.

  88. Jien iktar milli nibża’, iktar immur għall-‘esperiment’ (il-kelma ma tantx togħobni). Il-Beatu Ġwanni Pawlu Ii kien itenni f’diversi okkażjonijiet, “Non abbiate paura.” Jekk nemmnu li Alla jmexxi kollox, u li kapaċi jdawwar kollox għall-ġid (ara Rom 8,28), il-fidi tagħna twassalna biex nafdawh, anke bl-istituzzjonita’ djakni permanent. Naturalment, din hija opinjoni, u d-diskussjoni u l-istudju xorta għandu jsir.

  89. Wahda mill-akbar diffikultajiet li nqalghet waqt id-dskussjoni kienet li jekk jigi stabbilit mill-gdid dan il-ministeru jkompli jonqos in-numru ta’ vokazzjonijiet ghas-sacerdozju. Pero’ nistghu nghidu li se jigri hekk dment li dan “l-esperiment” ghadu ma bediex? Nixtieq li xi studjuz tal-istorja tal-Knisja fil-gzejjer Maltin jitkixxef jekk xi darba kienx hawn djakni permanenti f’Malta.

  90. Naqbel li dan huwa suggett li ghandu jkun hemm diskussjoni dwaru. Fl-artiklu hemm xi dettalji dwar fhiex ikun jikkonsisti l-ministeru taghhom. Imma tajjeb jkollna aktar dettalji dwar dan il-ministeru biex b’hekk id-diskussjoni tkun wahda serja.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading