Bi tħejjia għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Evanġelizzazzjoni Ġdida, is-Segretarjat tas-Sinodu pprovdilna xi mistoqsijiet bil-għan li dawn jiġġeneraw diskussjoni f’kull livell tal-Knisja. Uħud minn dawn id-domandi jistgħu mhux biss jgħinnuna niddiskutu, imma forsi wkoll jistgħu jkunu ta’ ċanfira.
- Issa, is-suġġett “evanġelizzazzjoni ġdida” hu magħruf sew fil-Knejjes lokali tagħna. X’sar dwar l-evanġelizzazzjoni ġdida, xi tfassal dwarha? X’forma ħadet?
- Liema attività pastorali speċifika ibbenefikat mill-“evanġelizzazzjoni ġdida”? Ikkummenta dwar xi bidliet li saru fil-programmi pastorali jew xi tiġdid ieħor li seħħ? Min-naħa l-oħra, liema tfixkil jew tensjoni nħolqu f’dan ir-rigward?
U nistaqsi jien …
- Huwa minnu li fil-Knisja f’Malta, fil-parroċċi tagħna, fl-għaqdiet, fil-movimenti, kunsilli u kummissjonijiet, is-suġġett “Evanġelizzazzjoni ġdida” hu magħruf sewwa?
- Sar xi ħaġa f’dawn l-istrutturi tal-Knisja f’pajjiżna dwar din it-tema li l-Knisja universali qed tqisha tant importanti?
- Jekk bdejna, fhiex wasalna? Imma jekk għadna ma bdejniex, allura x’qed nistennew.
U inti xi tgħid?
- Agħti s-sehem tiegħek inti wkoll. Napprezzaw il-kummenti u suġgerimenti tiegħek,
- jew mod publiku fuq il-blog stess … ikklikkja hawn ⇨
- inkella privatament b’email fuq … ⇨lajci@maltadiocese.org.