Ċelebrazzjoni Ewkaristika tal-Fjakkola Benedittina

[slideshow]

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2012 filgħaxija saret ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fejn matulha l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. xegħel il-Fjakkola Benedittina għall-Paci.  Mal-Arċisqof ikkonċelebraw Monsinjur Pietro Vittorelli, Abbati tal-Monasteru ta’ Monte Cassino u Monsinjur Renato Boccardo, Arċisqof ta’ Spoleti, Norcia.  Il-Quddiesa kienet animata mill-Kor Benedittin ta’ Monte Cassino. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, barra l-KonKatidral, saret preżentazzjoni medjevali tal-korteo storiku Terra Sancti Benedecti.

Fl-14 ta’ Marzu, l-Fjakkola Benedittina tittieħed il-Vatikan biex tiġi mbierka mill-Papa Benedittu XVI, biex imbagħad fl-20 ta’ Marzu titqiegħed fuq il-qabar ta’ San Benedittu fil-Monasteru ta’ Monte Cassino.  Iċ-ċelebrazzjoni tal-Fjakkola Benedittina għall-Paċi saret l-ewwel darba fl-1964 meta l-Papa Pawlu VI kien iddikjara lil San Benedettu bħala Patrun tal-Ewropa.  Minn dakinhar baqgħet issir kull sena f’pajjiż differenti.

Ritratti: Photocity, Valletta