The Big Silence

Print Friendly, PDF & Email

Il-Valur tas-Silenzju

Stħajjel li flimkien ma xi persuni oħra, inti tkun mistieden tgħaddi xi jiem fis-skiet ta’ monasteru fil-kampanja?  Forsi mal-ewwel daqqa t’għajn ma tidhirx idea ħażina hux?

Imma issa stħajjel ukoll li matul dawn il-jiem, intom ma tkunux tistgħu titkellmu la bejnietkom u lanqas ma oħrajn.  Ma jkollkom la radju u lanqas televiżjoni.  Ma taqrawx ġurnali. La tistgħu tużaw l-internet u lanqas il-computer.  Li matul dawn il-jiem, lanqas tkunu tistgħu ċċemplu lil ħbiebkom jew lil tad-dar.

Dan huwa eżatt dak li jiġri meta l-Abbati Benedittin Christopher Jamison joħroġ mill-monasteru jfittex ħames persuni komuni mis-soċjetà bl-iskop li jurihom u jgħallihom il-valur tas-silenzju.

Għalissa, l-istedina tiegħi għalik mhix li tagħmel bħalhom, imma li permezz ta’ dokumentarju mħejji mill-BBC, inti taqsam magħhom ftit mill-mumenti ta’ din l-esperjenza tassew profonda.

Il-dokumentarju twil madwar tliet siegħat, iżda maqsum fi tnax-il parti ta’ madwar kwarta kull waħda.  Għalhekk ikun tajjeb li ma tarahx kollu f’salt, imma biċċa, biċċa.

Minkejja t-taħbit u l–impenji tiegħek, nistiednek biex tfittex ftit ħin kuljum ħalli tara dan il-filmat u wara li tkun rajt kull parti tagħmel ftit ħin ta’ riflessjoni dwar il-valur veru tas-silenzju – mhux bħala ħarba mir-realtajiet tal-ħajja, imma bħal valur nisrani fejn il-bniedem l-ewwel jiskopri tassew lilu nnifsu biex f’dak il-ħin jiskopri wkoll lil Alla.

Napprezza ferm jekk wara, inti wkoll taqsam magħna xi ħsibijiet tiegħek dwar dan.

Kitba interessanti minn Thomas Merton dwar il-valur tas-silenzju tista’ ssibha hawn … > http://www.laikos.org/Thomas_Merton_Creative_Silence.pdf

Biex tara il-filmat, “The Big Silence” ikklikkja hawn …>

19 thoughts on “The Big Silence”

  1. Dan il-filmat urieni il-bzonn li naccetta l-karattri tal-ohrajn u nhobbhom kif ihobb Alla, jigifieri nkun lesta li ma niggudikax, nahfer, nerga nafda u nistenna bil-pacenzja, meta jonqsuni u jwegghuni.

  2. KEMM NIXTIEQ NAMEL DAK LIRTIR FIS SILENZJU. NITLOB LILL ALLA HALLI IMEXXINI ĦU

  3. Mhux kollha u l-hin kollu qalu, “Kemm hu tajjeb li qeghdin hawn.” Kien hemm mumenti li qalu, “X’qeghdin naghmlu hawn.”

  4. Jidher li huwa process interessanti. Nisthallihom jghidu hbal ma qa Pietru fuq il-muntanja Tabor: “Kemm hu sew li ahna hawn”. Dawn huma mumenti importanti li nisktu biex nisimghu lil l-imghallem taghna. \Irridu nkunu ahna li nfittxu dawn il-mumenti f’hajjitna. Awguri u kuragg.
    Carmen Farrugia

  5. Is-silenzju hu importanti sabiex jiena niltaqa ma’ Alla li jinsab ġo fija. Fis-silenzju nista’ nisma lil Alla u nħallieħ iħobbni u jkellimni. Fis-silenzju nkabbar ir-relazzjoni tieghi ma’ Alla.

  6. Anita, hawn il-URL tal-fuljett tas-Centering Prayer bil-Malti:
    http://www.easterspirit.com/FuljettMalti.pdf
    jew inkella din:
    http://www.contemplativeoutreach.org/private/52326/field-file/cp-maltese.pdf

    Bl-Ingliż, tista’ tuża’ din:
    http://www.easterspirit.com/cp-english.pdf
    jew inkella din:
    http://www.contemplativeoutreach.org/private/32977/field-file/cp-english.pdf

    Xtaqt niċċara xi ħaġa. Tajjeb li nkunu nafu li fit-tradizzjoni Nisranija (ara per eżempju fil-Katekismu tal-Knisja Kattolika) it-tlett forom ta’ talb ewlenin huma Oratio, Meditatio, u Kontemplatio. Sikwit jissemmew bil-latin, għax bil-malti u bl-ingliz (immedita, ikkontempla, meditation, contemplation) jintużaw b’mod ambigwu u jitħawwdu.

    Oratio huwa talb bil-kliem. Meditatio huwa talb bil-ħsieb, jew bl-emozzjonijiet, jew bl-immaġinazzjoni bħal bi stampi fil-moħħ. Contemplatio huwa talb li m’huwiex ibbażat fuq ħsieb, emozzjoni, jew immaġinazzjoni; huwa bla kontenut. Contemplatio jinvolvi li wieħed jistrieħ fil-Preżenza ġewwinija t’Alla, fis-skiet ġewwieni, jiġifieri fejn il-moħħ ikun sieket. Għalhekk, contemplatio huwa meditazzjoni (jew kontemplazzjoni) bla kontenut. Forom ta’ prattika kontemplattiva, bħas-Centering Prayer, huma dawk li jwasslu għall-contemplatio. Iħejjuna sabiex nistgħu nirċievu, meta jrid Hu, il-Preżenza tieghu b’mod aktar u aktar profond. Din il-Preżenza donnha dejjem qed tistenniena minn ġewwa.

    Permezz tas-Centering prayer wieħed jibda jinduna bil-geġwiġija ta’ ħsibijiet, inkwiet, ġibdiet, u emozzjonijiet li l-ħin kollu jisirqulna l-ħemda. Generalment ikunu marbutin mal-“jien” tas-soltu, u għalhekk iservu biex isaħħu dik il-ħajja li Ġesù qal irridu nitilfuha (inċeduha) sabiex ikollna il-Ħajja tassew. (Nota: Jekk kellek mard mentali serju, bħal skiżofrenija, jeħtieġlek l-ewwel tkellem lit-tabib.) Bil-mod il-mod il-geġwiġija tikkalma, u tinbet ħajja ta’ natura differenti.

    Dejjem nitbissem meta niftakar f’Madre Tereża, li meta ġurnalist staqsiha, “xi tkun qed tgħidlu lil Alla, f’dak it-talb kollu li tagħmel? ” Qaltlu “Jien ma nkun qed ngħid xejn – nisma’ nkun!” Il-ġurnalist ma riedx jitlef l-istorja li kien qed jibni f’moħħu – anzi, xamm waħda akbar ġejja. Staqsiha, “Imma Madre Tereża, xi jkun qed jgħidlek Alla matul dak iż-żmien kollu li tkun qed tisimgħu?” Ħarset waħda lejh, u wieġbet, “Hu ma jkun qed jgħid xejn – jisma’ jkun, Huwa wkoll!”

    Trid tiskopri aktar? Aqra l-fuljett. Ikteb imagine@maltanet.net għal xi dokumenti bil-Malti, jew mur fuq is-sit http://www.EasterSpirit.com u fittex is-Centering Prayer videos; hemm video-clips ta’ Fr Thomas Keating, trappist, dwar is-Centering Prayer. Għax ma tattendix il-grupp tas-Centering Prayer f’Ħal Tarxien jew f’Ħal Balzan (ara il-kumment Kontemplazzjoni Għalik f’dan il-Forum, bid-data March, 8 2012). Nilqgħuk bi dħulija u b’imħabba.

  7. JIENA KONT MORT TALK GO NYC U KIEN SACERDOT LI GHAMLILNA TALK FUQ CENTERING PRAYER U LKIEN TGHANA XI FLYER, PERO ISSA QEDA MALTA U NIXTIEQ JEKK JOGHGBOBKHOM TIBGHATULI FLYER BIEX NERGA NAMEL IC CENTERING PRAYER.NAQBEL HAFNA MAS SILENZJU GHAL HEALING TAGHNA INFUSNHA.
    GRAZZI HAFNA

  8. Hadd pjacir nara dawn l episodji ,u verament fis silenzju tista tiltaqa mal Mulej. Veru li xi kultant tkun xi ftit difficli li ssib il hin ghas silenzju ,pero bhal kull haga ohra trid taghmel ftit tas sagrificcju, u wara thossok aktar fil paci .

  9. Huwa importanti li insibu ftit mill-gurnata ghas silenzju, biex nirriflettu tajjeb fuqna, fhiex inqasna lil xi hadd b xi kelma zejda li stajna wegajna lil xi hadd, jew xi stajt naghmel iktar ghall-gid tal-proxxmu tieghi. Fis silenzju nindunaw kemm hi sabiha il-hajja biex ingawdu iktar lil ta’ madwarna u fl-ahhar u mhux l-inqas niftakru li Gesu’ qieghed hemm ghalina, ihares lilna u lill-familji taghna,minkejja li ahna ghaddejjin hajja verament mghaggla.

    Kemm hawn minnu inqas ixurtjat minna filwaqt li ahna ingergru ghal kollox, kemm hawn fid-dinja min jixtieq ikollu hajja bhal taghna. Tajjeb li kuljum insiebu imqar ftit minuti ta’ silenzju biex nimedittaw iktar…..u naraw il-hajja iktar minn lenti differenti

  10. Tony Macelli :
    Għandna 3 gruppi ta’ silenzju kontemplattv nisrani (kattoliku). Kull gimgħa Nagħmlu 20 minuta silenzju tal-moħħ, Lectio Divina qasira, u nitkellmu fuq dak li għandu x’jaqsam mal-mixja fis-silenzju lejn Alla u dwar il-prattika personali ta’ kuljum. Dettalji hawn:
    ———————————–
    Kontemplazzjoni Għalik.
    Hemm gruppi li jiltaqgħu darba fil-ġimgħa sabiex jaqsmu flimkien is-silenzju tal-prattika kontemplattiva “Centering Prayer” jew “Talba tal-Kunsens”. Din il-prattika twassal għall-contemplatio, u hija forma ta’ mistrieħ f’Alla, lilhinn mill-kliem, ħsibijiet, jew stampi fil-moħħ. Hija mezz tajjeb sabiex tibda jew tmur aktar fil-fond fl-aspett kontemplattiv ta’ ħajtek, lejn relazzjoni aktar intima ma’ Alla. Side-effects komuni: ħemda gewwinija, fejqan, mistrieħ, hena, sliem!
    Jieħdu sehem lajċi u sorijiet. Għalkemm ma nagħmlux priedki jew studju tal-Bibbja, il-laqgħa tibda b’meditazzjoni siekta ta’ ftit minuti dwar silta ta’ xi erba’ versi mill-iskrittura bħala Lectio Divina. Il-gruppi huma dħulin, u weħedha tiżviluppa sħubija spiritwali. Ikun hemm diskussjoni kalma, fil-fond, wara.
    Ejja int ukoll! Inkiteb fl-email discussion group marbuta ma’ dawn il-gruppi, biex tiddiskuti, tistaqsi, tirċievi Centering Bulletin u materjal ieħor, eċċ. Nilqgħuk b’imħabba bħala Kristu.
    Group A: Kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00 pm. Kappella fid-Dar tas-Sorijiet tal-Karità, Balzan, Villa Annunzjata, Triq Birbal, Balzan (xi 2 blokki ‘l fuq mill-Papillon tea-shop, u viċin is-Sorijiet Missjunarji Franġiskani). Is-sorijiet jridu jagħlqu l-bieb fis-7.00 pm.
    Grupp B: Kull nhar ta’ Erbgħa fis-6.00 pm. Centru Antida, 51 Tarxien Rd, Tarxien (imiss mal-iskola sekondarja tat-tfajliet Immaculate Conception tas-Sorijiet tal-Karità) Tel 2180 8981.
    Ibgħat SMS lil Tony 7932 6725 jew imagine@maltanet.net . Tista’ ċċempel jekk hemm bżonn.
    M’hemmx ħlas jew donazzjoni. Il-prattika bħas-Centering Prayer kienet sa’ mill-bidu tar-religjon nisranija. Simplifikazzjoni tal-Cloud of Unknowing, li influwenza lill San Gwann tas-Salib, Thomas Merton eċċ. Immexxi ‘l quddiem dażmien mit-Trappist Fr Thomas Keating (kap ta’ monasteru Ċisterċensi, monaku Kattoliku, ara stampa hawn fuq). Għal fuljett sempliċi dwar il-metodu bl-Ingliż jew bil-Malti ara http://www.ContemplativeOutreach.ORG, jew http://www.EasterSpirit.com .
    Grupp B huwa tal-Provinċja ta’ Malta tas-Sorijiet tal-Karità u tas-St Jeanne Antide Foundation, aġenzija awtonoma tal-Provinċja fejn lajċi u Sorijiet tal-Karità flimkien jagħmlu social work, counselling, community work eċċ f’Ċentru Antida. Grupp A juża’ l-post tas-Sorijiet.
    Centering Malta 2010 v2 REV Kopja tal-folja biex tqassam: http://www.EasterSpirit.com
    ———————————

  11. Nifhem ħafna dak li qed tgħidli u naqbel miegħek. Iżda mill-banda l-oħra, għalkemm ikun tajjeb, sabiħ u rakkomandabbli li fejn possibli ikun hemm xbieha ta’ kurċifiss, madankollu nemmen li n-nisrani jista’ jkun xbieha ħajja ta’ Alla fil-post tax-xogħol tiegħu aktar milli jista’ jkun il-kurcifiss. Iżda biex jiena nkun xbieha ta’ Alla fil-post fejn ngħix u naħdem, irrid l-ewwel inkun perswaz jiena stess mill-preżenza ta’ Alla fija.

  12. Nirringrazzjakom li qed tibgħatuli tant u tant esperjenzi ferm utili sabiex il-ħajja tax-xogħol tkun aħjar. Dawn jiena niflihom u nixtarrhom sewwa meta nkun id-dar u nipprova napplikhom u ngħixhom f’ħajti. Iżda dan it-tagħlim mhux aċċessibli fl-ambjent ta’ uffiċċju l-anqas waqt il-ħin ħieles tal-brejk.
    Lili Alla pprovdieli uffiċċju waħdi u stajt nagħmel kurċifiss, iżda dan ma jehżistix fl-ambjenti komuni, lanqas fl-entratura. Alla bħal donnu twarrab mill-ambjent tax-xogħol fejn qiegħed jien. Għalkemm jirnexxili nxerred dan il-gid lil xi ħbieb tiegħi iżda b’dispjaċir ngħidlek li l-ispiritwalita tax-xogħol m’għadix rikonoxxuta f’dan l-ambjent tax-xogħol għax ‘mhix relevanti’. !
    Nħeġgeġ li l-Knisja torganizzati seminars, korsijiet, kuntatti, fuljetti, emails, power points, irtiri, diskussjonijiet dwar “l-Ispiritwalita fl-ambjent tax-xogħol” i.e. Spirituality at the Workplace”
    Naħseb taqbel miegħi li ħafna mitt-taħwid u qerq li għaddejjin minnhom huma dovuti għall dan in-nuqqas: Warrabna lil Alla u nuzawh biss fejn jaqblilna.

  13. Don Tonino Bello, Isqof Taljan minn Molfetta kien devot kbir tal-Madonna u fost il-kotba li kiteb dwarha, wiehed minnhom jgib it-titlu ta’ “MARIA, DONNA DEI NOSTRI TEMPI” (Maria, Mara tas-Zmienna). Dan il-ktieb fih Kapitlu intitolat: Maria, Kattedral tas-Skiet. Fih jiddeskrivi kif Marija ghexet hajja unika, garret hafna sigrieti f’qalba – imma b’dana kollu ghexet hajja bhal mara kwalunkwe ta’ zmienha. Pero, kien is-silenzju li ta’ dik il-qawwa straordinarja li tiflah temmen dak li qalilha l-Anglu, dak li qalilha il-profeta Simeon fit-Tempju. Wriet il-qawwa tal-fidi tagha meta fit-tieg ta’ Kana qalet lil qaddejja: “Ghamlu dak li jghidilkom hu.” Baqghet temmen sa l-ahhar, anke fil-mixja ma’ Gesu fit-triq tas-salib.
    Don Tonino jqabbel is-silenzju ta’ Marija mal-hsejjes u distrazzjonijiet tad-dinja li qed nghixu fiha li proprju qed itellfuna milli nisimghu il-vuci ta’ Alla tmexxina f’hajjitna. Is-silenzju huwa don prezzjuz li illum jinsab imwarrab.

  14. Nixtieq inżid ma’ dawk ta’ qabli kemm veru hu sabih il-ħin tas-silenzju. Jien u żewġi meta immorru nqattgħu ftit ġranet għal kwiet fil-gżira ta’ Għawdex għand is-sorijiet Agostinjani ma nieħdux magħna laptops, ma narawx TV. Ngħaddu il-ġurnata nimxu fil-kampanja u nitolbu. Dawn il-mumenti ituna enerġija biex nerġgħu lura fil-ħajja mgħaġġla tagħna u nkomplu naħdmu fl-għalqa tal-Mulej iktar bil-qalb. Nixtieq inkun naf aktar fuq din il-ħajja kontemplattiva.

  15. Hu evidenti hafna li fis-socjeta` taghna tlifna l-valur tas-silenzju. Spiss anke fil-knisja l-istess. Qabel tibda l-quddies jew inparlaw bejnietna, inkella xi hadd jghid u jredden il-kurunelli minn fuq il-loadspeaker. Waqt il-quddiesa rridu nimlew kull hin u ma nhallu lanqas mument qasir ta’ skiet. Wara l-quddiesa jew ikunu dehlin ghal ta’ warajha u allura nergghu bl-istess rutina ta’ qabel, inkella igri ‘l barra ghax irridu naghlqu l-knisja. Issa qed tidhol il-mod li waqt l-Espozizzjoni Ewkaristika, jekk ma jkunx hemm xi talb ghaddej, allura ndahhlu l-background music.

    Fil-verita’, is-silenzju sar ibezzaghna, ghaliex jurina lilna nfusna kif ahna.

  16. Għandna 3 gruppi ta’ silenzju kontemplattv nisrani (kattoliku). Kull gimgħa Nagħmlu 20 minuta silenzju tal-moħħ, Lectio Divina qasira, u nitkellmu fuq dak li għandu x’jaqsam mal-mixja fis-silenzju lejn Alla u dwar il-prattika personali ta’ kuljum. Dettalji hawn:
    ———————————–
    Kontemplazzjoni Għalik.
    Hemm gruppi li jiltaqgħu darba fil-ġimgħa sabiex jaqsmu flimkien is-silenzju tal-prattika kontemplattiva “Centering Prayer” jew “Talba tal-Kunsens”. Din il-prattika twassal għall-contemplatio, u hija forma ta’ mistrieħ f’Alla, lilhinn mill-kliem, ħsibijiet, jew stampi fil-moħħ. Hija mezz tajjeb sabiex tibda jew tmur aktar fil-fond fl-aspett kontemplattiv ta’ ħajtek, lejn relazzjoni aktar intima ma’ Alla. Side-effects komuni: ħemda gewwinija, fejqan, mistrieħ, hena, sliem!
    Jieħdu sehem lajċi u sorijiet. Għalkemm ma nagħmlux priedki jew studju tal-Bibbja, il-laqgħa tibda b’meditazzjoni siekta ta’ ftit minuti dwar silta ta’ xi erba’ versi mill-iskrittura bħala Lectio Divina. Il-gruppi huma dħulin, u weħedha tiżviluppa sħubija spiritwali. Ikun hemm diskussjoni kalma, fil-fond, wara.
    Ejja int ukoll! Inkiteb fl-email discussion group marbuta ma’ dawn il-gruppi, biex tiddiskuti, tistaqsi, tirċievi Centering Bulletin u materjal ieħor, eċċ. Nilqgħuk b’imħabba bħala Kristu.

    Group A: Kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00 pm. Kappella fid-Dar tas-Sorijiet tal-Karità, Balzan, Villa Annunzjata, Triq Birbal, Balzan (xi 2 blokki ‘l fuq mill-Papillon tea-shop, u viċin is-Sorijiet Missjunarji Franġiskani). Is-sorijiet jridu jagħlqu l-bieb fis-7.00 pm.

    Grupp B: Kull nhar ta’ Erbgħa fis-6.00 pm. Centru Antida, 51 Tarxien Rd, Tarxien (imiss mal-iskola sekondarja tat-tfajliet Immaculate Conception tas-Sorijiet tal-Karità) Tel 2180 8981.

    Ibgħat SMS lil Tony 7932 6725 jew imagine@maltanet.net . Tista’ ċċempel jekk hemm bżonn.

    M’hemmx ħlas jew donazzjoni. Il-prattika bħas-Centering Prayer kienet sa’ mill-bidu tar-religjon nisranija. Simplifikazzjoni tal-Cloud of Unknowing, li influwenza lill San Gwann tas-Salib, Thomas Merton eċċ. Immexxi ‘l quddiem dażmien mit-Trappist Fr Thomas Keating (kap ta’ monasteru Ċisterċensi, monaku Kattoliku, ara stampa hawn fuq). Għal fuljett sempliċi dwar il-metodu bl-Ingliż jew bil-Malti ara http://www.ContemplativeOutreach.ORG, jew http://www.EasterSpirit.com .
    Grupp B huwa tal-Provinċja ta’ Malta tas-Sorijiet tal-Karità u tas-St Jeanne Antide Foundation, aġenzija awtonoma tal-Provinċja fejn lajċi u Sorijiet tal-Karità flimkien jagħmlu social work, counselling, community work eċċ f’Ċentru Antida. Grupp A juża’ l-post tas-Sorijiet.

    Centering Malta 2010 v2 REV Kopja tal-folja biex tqassam: http://www.EasterSpirit.com
    ———————————

Leave a Reply to AnitaCancel reply

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading