L-Għaqda bejn il-Kattoliċi u l-Anglikani.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jgħid li jeħtieġ li l-Kattoliċi u l-Anglikani jkomplu-jaħdmu għall-għaqda.

Ruma – Filwaqt li jiftakru fl-għeruq tal-Kristjaneżimu li hu komuni bejniethom, il-Kattoliċi u l-Anglikani għandhom iġeddu l-impenn fit-talb biex jaħdmu għall-għaqda fost l-Insara.  Dan qalu l-Papa Benedittu XVI li flimkien mal-Arċisqof ta’ Canterbury Rowan Williams, mexxej spiritwali tal-Komnujoni Anglikana, fl-10 ta’ Marzu ċċelebraw il-vespri fil-knisja ta’ San Girgor fuq l-Għolja Celio, il-knisja li minnha, fis-sena 597, il-Papa Gregorju Manju kien bagħat lil Santu Wistin ta’ Canterbury flimkien ma’ erbgħin patri ieħor biex jevanġeliżżaw l-Ingilterra.

Is-servizz liturġiku kien parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-1000 sena mit-twaqqif tal-fergħa tal-ordni tal-Benedittini magħrufa bħala Camaldolesi. Il-patrijiet u s-sorijiet ta’ Camaldoli jgħixu u jaħdmu fil-knisja ta’ San Girgor fuq l-Għolja Celio u huma impenjati fi programm vast ta’ kuntatti ekumeniċi.

Waqt il-vespri saru żewġ omeliji waħda mill-Arċisqof Rowan Willliams u oħra mill-Papa Benedittu XVI li esprima t-tama li l-preżenza flimkien tal-Kattoliċi u l-Anglikani quddiem l-altar imqaddes li fuqu Girgor innifsu kien jiċċelebra s-sagrifiċċju tal-Ewkaristija, ma tibqgħax biss tifkira ta’ laqgħa fraterna imma ssir xprun għall-fidili kollha Kattoliċi u Anglikani, u tħeġġiġhom biex iġeddu l-impenn fit-talb kontinwu ħalli jgħixu l-milja tat-talba li Kristu ressaq quddiem il-Missier: Ut Unum Sint (Biex ikunu ħaġa waħda).

Benedittu XVI żied jgħid li l-fidi hija don ta’ Alla li jeħtieġ tingħatalha tweġiba.  Il-fidi titlob impenn biex nerġgħu nxiddu s-sentimenti ta’ Kristu: it-tenerezza, it-tjieba, l-umiltà, il-manswetudni, il-ġenerożità, il-maħfra u, fuq kollox, is-sintesi li tgħaqqad kollox – l-agape – l-imħabba li Alla tana permezz ta’ Kristu, l-imħabba li l-Ispirtu Qaddis sawwab fi qlubna.

Ħajr lil-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.  Ritratt meħud minn http://www.photovat.com

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading