Id-Djakni Permanenti – Se nibdew il-proċess.

Print Friendly, PDF & Email

L-Arċisqof Pawlu Cremona dwar id-Djakni Permanenti

“Minn din is-sena se nibdew proċess. Hemm grupp li għandhom ċertu esperjenza, u dawn jibdew jagħmlu din ir-riflessjoni, jagħtuni rapport huma, imbagħad fuq hekk nara ftit minn dak ir-rapport dak li naħseb li hu tajjeb u dak li naħseb li mhux tajjeb.”

Din id-dikjarazzjoni dwar it-twaqqif tad-Djakonat Permanenti f’Malta, għamilha Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona waqt intervista li kellu fuq l-istazzjon RTK.

 1.    X’inhuma djakni permanenti u hemm bżonnhom f’pajjiżna?

Qed nitkellmu fuq djakni, jiġifieri qed nitkellmu fuq parti mis-sagramenti tal-ordni sagri. Sagramenti tal-ordni sagri hemm tlieta. Ħa nibdew minn fuq, għandek  l-Isqof, fejn għandek il-pjenezza, għandek is-saċerdot, imbgħad għandek id-djakni permanenti. Id-djakni għandhom ċerti poteri li tagħtihom il-Knisja, jistgħu jżewġu, jistgħu jagħmlu funeral, iqarbnu, jagħmlu l-omeliji, hemm ħafna affarijiet.

F’Malta s’issa, aħna mdorrijin li jkollna d-djakni li jagħmlu sena qabel ma jsiru presbiteri, jiġifieri diġa’ hemm djakni. Imma minn wara l-Konċilju Vatican it-Tieni, kien hemm din l-idea ta’ djakni permanenti. Djakni permanenti jiġifieri jkollok persuni anke miżżewġin, li dawn isiru u jibqgħu djakni. Il-parti kbira tagħhom ikunu miżżewġin. Li dawn ikunu ħajjithom kollha iservu bħala djakni, jiġifieri jgħinu l-ewwel lill-Isqof, imbagħad lis-saċerdoti, u l-ministeri tagħhom.

2.    Il-proċess …

Il-proċess hu, l-ewwelnett, li aħna rridu nagħmlu pjan, iġifieri issa se nagħmel grupp żgħir, se naraw ftit mill-esperjenzi li kellhom pajjiżi oħrajn, naraw ftit x’nistgħu naddottaw għas-sitwazzjoni partikolari tagħna f’Malta. Għax mill-kuntatti li kelli m’oħrajn, rajt li hemm xi wħud jgħinu fil-parroċċi, ġieli anke jmexxu parroċċia huma meta ma jkunx hemm saċerdoti biżżejjed. Għandek xi wħud, pereżempju, għandhom sptar, u jgħidulhom ikunu full-time, fl-isptar jieħdu ħsieb l-eżiġenzji pastorali.

3.    Mela ma jistgħux iqarru?

Le, le dan hu tas-saċerdoti biss. La qrar, u lanqas iqaddsu. Per eżempju l-Brazil kont nara x’kien jiġri, kien hemm patri kellu sittax il-kappella differenti f’sittax il-villaġġ. Kiem jilħaqhom kull erbat-iħdud, il-ħdud l-oħra, mhux jibqgħu b’xejn. Il-ħdud l-oħra kien iħallihom ewkaristija biżejjed, u  d-djaknu, mhux iqarben biss, jagħmlulhom l-omelija … qed jagħmlu dak li jsir fil-quddiesa mingħajr ma jagħmlu l-konsagrazzjoni tal-ewkaristija. Jiġifieri ara kemm hi prezzjuzal-ħidma tagħhom.

4.     Funeral u hekk jistgħu jassistu?

Jistgħu jassitu wkoll, mela le, u jistgħu jżewġu. Djakni jistgħu wkoll jagħmlu s-sagrament taż-żwieġ. Jiġifieri għandhom ħafna poteri, mhux it-totalita’ imma għandhom ħafna poteri. Allura l-ewwel nagħmlu dan il-grupp biex forsi nidħlu iktar fil-fond Malta, liema kwalitajiet ta’ appostolat naħsbu li jistgħu jsiru minn dawn id-djakni?

5.    Jiġifieri mhux kollha tagħtuhom?

Le, nista nagħtihom l-poteri kollha. Imma l-ewwel naraw f’Malta, fejn l-iktar  li  għandna bżonnhom? Fil-parroċċi, fl-isptarijiet, għax kull post huwa differenti.

It-tieni, tara ftit il-formazzjoni tagħhom. Għax dawn irridu jagħmlu snin ta’ teoloġija. Jiġifieri għandek xi tlett snin … kors universitarju wkoll. Tas-seminaristi huwa itwal. Imma jagħmlu kors għalihom li jkun tliet snin.

Trid tidħol fid-djalogu man-nisa tagħhom dawn. Għax in-nisa tagħhom se jkunu involuti wkoll. Allura jridu jkollhom il-permess tan-nisa tagħhom, tal-familja tagħhom, biex jagħmlu dan is-servizz u jrid ikun hemm screening ukoll, għax din hija vokazzjoni. Dan mhux qed nitkellmu aħna fuq bniedem li qed jgħin fis-sagristjia. Mhux qed nitkellmu fuq bniedem li jqarben biss. Hi sejħa. Din hiija sejħa għall-djakonat daqs kemm hija sejħa għas-saċerdozju.   ….

Minn din is-sena se nibdew proċess; hemm grupp ta’ persuni li kollha jew huma saċerdoti jew jekk mhux saċerdoti imma naf li għandhom ċertu esperjenza, u dawn jibdew jagħmlu din ir-riflessjoni, jagħtuni rapport huma, imbagħad fuq hekk nara ftit minn dak ir-rapport dak li naħseb li hu tajjeb u dak li naħseb li mhux tajjeb u nerġa ovvjament ikolli l-persuni l-oħrajn li jiena nkun nista’ nitkellem magħhom, imbagħad nara ftit, bil-mod il-mod kif nibdew din il-mixja ta’ djakni permanenti.

Ara wkoll id-diskussjoni li hemm f’dan il-Forum dwar l-istess tema … >

http://laikosblog.org/2011/06/11/wasal-il-waqt-li-l-knisja-f’malta-jkollha-djakni-permanenti/

Riżorsi fil-Laikos dwar Djakonat Permanenti …> http://www.laikos.org/djakonat_permanenti.htm

Ħajr lill-Uffiċcju tal-Komunikazzjoni fil-Kurja tal-Arċisqof.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar 2012.

76 thoughts on “Id-Djakni Permanenti – Se nibdew il-proċess.”

  1. Kien tħabbar mill-Kurja li wara konsultazzjonijiet ġie deċiż li mhawnx bżonn ta’ Djakni Permanenti f’Malta għalissa. Jidhirli li kienet issemmiet fi stqarrija imma m’inhiex ċerta.

  2. Fejn wasslu d-diskussjonijiet? Ilna ma nisimghu xi ahbar dwar id-djakonat permanenti.

  3. Jiena nahseb li l- iktar li ghandna bzonn huwa fidi f’ Alla. Naf nies f’ komunitajiet ta nsara ta riti differenti, fejn issib rgiel bil- familji, li inataw ghal qadi tal- poplu t’Alla u huma full-timers, fejn Alla qatt ma hallihom neqsin minn xi haga, ghax il- providenza t’Alla hija kbira u infinita. Il- komunitajiet taghna ghandhom jifhmuh dan. Ghandhu jkollna l- istess Spirtu li kellhom l- insara fil- bidu tal- Knisja, li huwa Spirtu ta ghotja, Spirtu ta generosita, Spirtu t’ ghaqda Spirtu ta mhabba, etc. il- Paci maghkom u l- Milied it-tajjeb lil kullhadd.

  4. Jien dejjem interessajt ruhi f din l-affari tad-djakni permanenti. Ilna nisimghu hafna, issa donnu rega raqad kollox. Kien hemm persuna\qassis tal-kurja li qalli li donnu hemm biza li l-knisja maltija jkollha thallas u tahseb ghall-ghajxien tad-djakni u tal-familji taghhom. Imma ghaliex kollox idur mal-flus? Jiena nifhem li l-knisja jista jkollha problemi finanzjarji, imma nahseb li trid issir diskussjoni cara fuq il-kwistjoni tal-flus. Jidhirli li l-kanoni jghid li dawk biss li huma full time ghandhom jithallsu u jithallsu biss tas-servizzi liturgici bhal qassisin. Generalment dawn ikunu mizzewwgin u jkollhom ix-xoghol personali, il-hidma taghhom fil-knisja tkun limitata minhabba l-familja.
    Jiena tal-ideja li f malta l-ewwel jiddahhlu djakni permanenti guvintur u rgiel romol, u bhala rekwizit irid ikollhom xoghol u pagament stabbli, li ma jkunx responsabilita tal-knisja illi tipprovdid u jsir bhal affidavit iffirmat li bih dak li jkun jwieghed li fil-futur ma jippretendix xi pagament nil-knisja. Bosta djocesijiet jahdmu b din is-sistema, jiena naraha taghmel hafna sens u naraha tapplika ferm ghas-sitwazzjoni taghna.

  5. Ghandna bzonn l-ispirtu tal-Papa Frangisku, ma nibzghux mit-tigdid. Altrimenti wisq nibza li l-knisja maltija ser taqa hafna lura, liema process ga qed jinhass. Veru hemm htiega ta djakni permanenti, mhux biss ghax naqqsu il-vokazzjonijiet imma wkoll ghax hija sejha. Hasra li sa issa, zghazagh u irgiel tal-affari taghhom illi ghandhon din is-sejha, ma jistghux isibu posthom fil-Knisja lokali! Ma nahsibx li dan huwa l-ispirtu ta Vatikan II.

  6. Ilna hafna ma nisimghu dwar id-djakni permanenti. Fejn wasslu d-diskussjonijiet? Kelma ta` kuragg, inkomplu nitolbu biex ikollna l-kuragg li niggeddu tabilhaqq.

  7. Vera prosit tal-inizjattiva, dejjem hemm bzonn li nwarrbu l-medjokrita` u ndahhlu dak li Alla talabna permezz tal-Koncilju Vatikan 2.

  8. Kemm ghandna htiega li niskopru dak li talab il koncilju vatikan ii, ghandna bzonhom id-djakni permanenti bla dubju, jiena favur kompletament.

  9. Meta nara li l-familja maltija tinsab f`xifer ta` rdum, nistaqsi lili nnifsi; X`qeghdin naghmlu bhala knisja biex dawn il-familji jkollhom il-prezenza kontinwa ta` xi hadd mill-knisja maghhom. Nifhem li impossibli li l-kappillani jkunu kontinwament mal-familji, ghandhom xoghol iehor li jrid isir. Hawn mhux il-post li noqghodu nqajjmu l-kwistjoni taqbel jew ma taqbilx mad-djakni permanenti IMMA jekk hemmx il-htiega taghhom!!! Jiena nahseb li hemm HTIEGA URGENTISSIMA taghhom ghax jekk biss biss jintefghu fuq xoghol pastorali mal-familjimfarrkin li hawn, ikun diga sar hafna xoghol. Jiena naqbel perfettament ma xi hadd li qal li d-djakni permanenti l-ewwel xoghol prijorita taghhom irid ikun ix-xoghol pastorali barra mill-knisja, cioe familji, fabbriki, skejjel u sptarijiet. F`dawn il-lokalitajiet ghandna problema ta` hafna nies mbeghdin mill-knisja!!! Jekk ma ssirx din l-evangelizzazzjoni ma` dawn in-nies ser ikollna knejjes vojta fil-futur. Imma kif hadd ma jinduna li l-fidi tant marret lura f`pajjizna u xi kultant ma nahsbux fil-futur? Fejn hija l-vizjoni taghna ghall-futur??? Malta ghaddejja minn tibdiliet mghaggla ferm u l-knisja qisha ma ntebhitx jew ma tridx taccetta dan il-fatt. Jiena tafx x`nghid, il-futur qieghed maghna, ahna fejn qeghdin???

  10. Il-Koncilju Vatika II sigriet wiehed fih! Jew li timplimentah kollu u tara l-effetti tal-Ispirtu s-Santu u t-tigdid li dan igib mieghu, jew inkella taghzel xi ftit minnu u thalli dak li ma joghgbokx u dan jirrizulta f`dizgwid u tahwid. Nispera li l-Knisja Maltija ma taghzilx l-ahhar ozzjoni!!! Djocesijiet ohra li ghamlu dan l-izball nafu lkoll xi gralhom. Kemm se ndumu ntawwlu l-pass biex nimplimentaw id-djakni permanenti??? Ilni nisimghu dwarhom kwazi ghaxar snin. Nitheggu bl-Ispirtu ta` Alla halli jaghtina l-kuragg u t-tama.

  11. Jien nhoss li l-knisja ghandha bzonn tkun aktar qribna z-zghazagh, bil-fatti ta veru u mhux biss bil-kliem. Hemm bzonn ftuh fl-idejat b tali mod li l-knisja tiggedded tassew u tatina zpazju ta veru. Jien naf zghazagh li jhossuhom ghandhom vokazzjoni imma xi kultant mhux kulhadd jifhimhom. Ma nistghagibx imbghad li nara knisja anzjani u hafna zghzagh jitbieghdu minnha!!! Ghandi ghal qalbi dak li kteb san Pawl dwar id-diversi ministeri fil-knisja, ghaliex dak li kteb Pawlu taghna, ma napplikawx ta veru fil-knisja maltija???

  12. Jien nixtieq nara l-implimentazzjoni tad-djakni permanenti f`pajjizna!!! Jien niddejjaq nara nisa bis-SSmu Sagrament fil-handbag sejrin iqarbnu. Dawn x`affarijiet huma??? Mhux ahjar lijkollna irgiel u guvintur tal-affari taghhom li jqarbnu huma, ghax hekk ikunu ministri ordnati ghas-servizz tal-altar???

  13. Ilni ftit ma nisma dwar id-Djakni Permanenti f`Malta! Ftit xhur ilu kien hawn boom ta ahbarijiet fuq ix-xandir u il-gazzetti u issa m`ghadu jissemma xejn. Veru li l-isqof Awziljarju tkellem dwar dan is-suggett fuq il-programm Dissett? grazzi ghal dan is-sit u keep it up dejjem.

  14. Nixtieq nghid biss li dan il-bzonn tad-djakni permanenti fil-knisja maltija ilu jinhass. Il-karizma taghhom ghadha mhix skoperta fil-knisja maltija u nahseb li dan huwa telf! Ta` min jintroducihom, issa li ghadda 50 sena mill-Koncilju, nahseb li l-Arcisqof jista` jiehu ideja generali minn djocesijiet ohra fid-dinja u jara l-esperjenza sabiha li dawn ghandhom.

  15. Jiena nahseb illi hawn bzonnhom id-djakni permanenti. Bhal ma qalu xi whud, ix-xoghol pastorali jista` jitqassam ahjar meta jkollok id-djakni. Dan ghaliex is-sacerdoti qed jixjiehu u dan l-ahhar rajna ammont ta` mwiet fost is-sacerdoti. Hekk bhalissa x-xoghol qed jintefa kollu fuq is-sacerdoti, anke dik il-hidma li suppost jghamlu d-djakni. Kulhadd bid-doni u il-ministeri li l-Mulej afdalu f`idu.

  16. Tislijiet u xewqat sbieh lill-Arcisqof Pawlu biex ma jaqatx qalbu u jaghmel kuragg li ahna dejjem mieghu b`talbna. Il-Knisja maltija tehtieghom id-djakni permanenti ghax barra li ghadna ma skoprejniex il-karizma taghhom, hemm id-djakonija li kif qalu ta` qabli, hija il-missjoni tad-djakni illi jwettquha. Ghal dan il-ghan l-appostli waqqfu l-Ordni tad-Djaknonat u jidhirli li lokalment ghandna sitwazzjoni simili ghal dik ta` zmien l-appostli.

  17. Jiena qieghda ninteressa ruhi f`din l-affari tad-djakni permanenti. Smajt xi programmi fuq ir-radio u it-TV. Interessanti ferm, sincerament nammetti li makontx naf li d-djakni jistghu jiq=bqghu permanenti u jkunu mizzewgin. Hasra li l-karizma taghhom ma konnhiex nafu bija, ghal hafna d-djakonat huwa pl-ahhar pass qabel is-sacerdozju! Qrajt hafna fuq l-internet u il-website tal-Vatikan. Ta` min idahhalhom f`Malta ghax barra li hemm htiega ghalihom, il-knisja tkun qeghda tiskopri vokazzjoni gdida.

  18. Naghmel kuragg lill-Arcisqof mahbub taghna biex jaghmel kuragg u ma jaqtax qalbi quddiem certi diffikultajiet li jhabbat wiccu maghhom. L-Arcisqof Pawlu ghandu vizjoni cara ta` Knisja post-konciljari pero` nimmagina li xi kultant isib oppozizzjoni qawwija minn min ma jridx bidla. Kuragg Eccellenza, taqtax qalbek halli Alla l-Imbierek jaghtik il-kuragg u l-qawwa li timplimenta dak li qed jitlob Alla minnek. Dejjem f`talbna u f`qalbna.

  19. L-ahjar mod kif niccelebraw is-Sena tal-Fidi huwa billi nimplimentaw dak li talabna il-Koncilju Vatikan II. M`hemmx mod ahjar u aktar effikaci milli naghmlu dan, mill-bqija l-attivitajiet jghaddu u ma jibqa` xejn minnhom!

  20. Nifthu berah il-bibien taghna ghall Kristu u ghas-sejhat illi jaghmlilna; dan huwa l-ahjar mod kif nghixu din is-Sena tal-Fidi. Kuragg. Jalla dak li talab il-Koncilju nwettquh kollu!

  21. L-Ispirtu s-Santu qed jonfoh fuqna, nifthulu il-bibien berah halli jidhol bl-ispirazzjonijiet tieghu!!! Naqbel perfettament ma hafna li kitbu hawn li din hija vokazzjoni fiha nnifisha u mhux sempliciment tiddahhal minhabba il-bzonn.

  22. Tislijiet lill-Arcisqof ghaziz taghna u filwaqt li nixtieqlu s-sahha u il-kuragg, inwieghdu talbi biex ma jaqtax qalbu u jmexxina l` quddiem fuq l-ezempju tal-Papa Giovanni XXIII li tant ihobb!

  23. Jien ma` ghandi xejn kontra il-Quddiesa Tridentina u nahseb li ghandu jkun hemm spazju anke ghalihom fil-Knisja. Biss, li dawn jippruvaw jimponu ruhhom u jipretendu li l-knisja tmur lura ghal qabel il-Koncilju Vatikan II, hekk ma naqbilx xejn!!! Ma nistax nifhem kif id-djakni permanenti ghandhom x`jaqsmu mal-Quddiesa Tridentina! Hemm bzonn li ma nhalltux affarijiet flimkien. Kien hemm min qal li ma jaqbilx li l-Knisja ghandha djakni permanenti. Dawn qatt ma qraw l-Atti tal-Appostli u l-istorja tal-Knisja. Hafna jitkellmu u ma jafux x`inhuma jghidu u jipretendu li jafu aktar mill-Papa! Ghandna bzonn insara aktar maturi u li jafu twemminhom sew u ma jipretendux li huma xi teologi jew liturgisti.

  24. Qed niehu interess generali f`din l-affari tad-Djakni Permanenti li barra li jidher li hija mehtiega serjament f`pajjizna, permezz taghha tidher aktar id-djaknija fi hdan il-knisja li suppost iwettqu id-djakni u li s`issa qed iwettquha s-sacerdoti, b`detriment li kif gara fl-Atti tal-Appostli, hallew il-Kelma ta` Alla biex jaqdu fl-imwejjed.

  25. Ahbar verament sabiha u inkuragganti ghall-Knisja Maltija. Nitolbu biex issehh!!! Hemm bzonn li il-Knisja tissebbah u tidher aktar zaghzugha, nimxu fejn l-Ispirtu s-Santu jridna. Kuragg u tama ghandna bzonn biex dejjem niggeddu kif jitlob iz-zmien.

  26. This is an amazing news, I have been hearing about it for quite a time now. I saw the announcement on the TVM news and also a program on NET TV. Very well done for this progress and initiative. The Holy Spirit will give his graces for this work, we only need courage and faith. Please pray for this intention.

  27. Our Church needs the courage of the Holy Spirit to move forward and not stagnate in past things which today are obsolete. That`s the spirit of Vatican 2 which is really needed in the Maltese church. I am so happy for such an announcement. God bless us all.

  28. Naghmel kuragg meta nisma b`dawn l-affarijiet pastorali ghax xi drabi narana li mohhna fuq il-bandalori u l-murtali biss. Kemm ser indumu sejrin hekk, hadd mhu jinduna li il-knisja qed titkisser. Jien inqis ruhi bhala kattoliku prattikanti, biss is-sitwazzjoni arida tinhass fil-knisja li xi kultant anke jien nahbat nitlef il-fidi. Kemm ser indumu ninhlew fuq affarijiet li messna ilna li dfinnihom? Kemm ser indumu li dak li ghandu jkun il-prijorita, inhalluh fil-genb? Kuragg u tama ghandna bzonn, il-bqija il-knisja ghandha bzonn thalli lil Alla jmexxiha fejn irid hu u mhux toqghod tirrezistih. Altrettanto, kif qalu ta` qabli, ser immutu mewta naturali. Il-kummenti li haw jaghmluli kuragg, nara li ghad hawn min ghandu tama u kuragg u jrid il-vera tigdid fil-knisja. Din tad-djakni ilha tinhass il-htiegha u hemm bzonn li tiddahhal, ghandna bzonnhom tassew.

  29. Hemm bzonn li mmorru lura lejn is-sorsi, cioe l-Iskrittura u l-ewwel sekli tal-knisja. Dan pass il-quddiem li tassew nehtiguh!

  30. Kemm hemm bzonn it-tama li niggeddu bis-serjeta. Dan investiment ghall-Knisja ghax gej minn Alla. Il-Knisja hemm bzonn li tidher fiz-zoghzija ghax inkella ma tibqax tidher attrajenti ghall-bniedem tal-lum. Kuragg!!! Il-Mulej maghna u jaghtina il-ghajnuna li ghandna bzonn. Id-djakni permanenti ghandna bzonnhom u ghandna bzonn il-karizma ta` karita taghhom.

  31. Ahbar sabiha u li taghmilli kuragg. Hemm bzonn li il-knisja tkompli tinfetah ghad-doni tal-Ispirtu.

  32. Jekk taqra sew dak li ktibt għidt li hemm post għal kulħadd, xi ħaġa li donnok int trid teskludi. Jien nemmen li kull rit għandu postu fil-Knisja. U djakni permanenti jistgħu jagħtu sehemhom kemm fir-Rit Tridentin kif ukoll f’dak attwali bil-Malti. X’inhi l-problema?

    L-ewwel insara wkoll kienu jiltaqgħu fil-katakombi… allura nħottu l-knejjes u mmoru fil-katakombi? Is-sliem lilek

  33. Ma nifhimx kif id-djakonat permanenti ghandu x’jaqsam mal-quddiesa tridentina u l-uzu tal-latin fil-liturgija. Mela veru li d-djakni irriduhom biex ikollna min jilbes it-tunicelli? Min ghalija, meta l-insara tal-bidu hatru l-ewwel 7 djakni, dawn ghamluhom biex iservu fl-imwejjed u jaqdu r-romol.

  34. Jien devot ħafna tal-Papiet ta’ wara l-Konċilju Vatikan II u nemmen li d-dħul tad-Djakni Permanenti huwa mportanti. Fl-istess ħin, nemmen li dawk li jħobbu l-Quddiesa bil-Latin għandhom l-ispazju fil-Knisja f’Malta. Wara kollox kemm il-Papiet Ġwanni XXIII u Pawlu VI kif ukoll ta’ warajhom saħqu fuq l-importanza ta’ din il-lingwa. Il-Knisja trid tku inklussiva, inkella se jinħolqu aktar firdiet.

  35. Milli jidher, din l-ahbar tad-djakni permanenti qajmet dibattitu shih. Jien ma kontx naf b`dan is-sit, dhalt infittex fuq google fuq l-affari ghax dan l-ahhar qrajt u smajt bl-ahbar fuq xi programmi tat-TV u r-radju. Jien nahseb li tkun ideja tajba u sabiha u li hemm bzonnha li jkollna f`Malta id-djakni permanenti! Ghandna bzonn li naggornaw ruhna maz-zminijiet. Bhal dejjem, meta f`Malta jkollna xi dibattittu, jqumu il-prudo-teologi u preodo-liturgisti. Fil-kummenti bdew jissemmew il-Quddiesa Tridentina u l-ilbies liturgiku. Ma nistax nifhem dan x`ghandu xjaqsam mal-introduzzjoni tad-djakni permanenti! Hemm bzonn li ninzlu fil-fond tal-ispirtu u l-misteru tal-knisja u mhux noqghodu ninhlew fuq affarijiet sekonadarju!!!

    Ejja Spirtu s-Santu halli ggeddidna u tqawwina bl-Ispirtu tieghek. Kuragg Isqfijiet ta` Malta.

  36. Nitolbu hafna biex ikollna din il-grazzja tad-Djakni Permanenti f`Malta. Hemm bzonn li mmorru lura lejn is-sorsi kiuf wara kollox talab il-Koncilju Vatikan II. Ma nistghux nibzghu mill-bidla, wara kollox huwa l-Ispirtu s-Santu li qed jonfoh fuqna din il-karizma gdida. B`dawn l-affarijiet niggeddu u nsebbhu il-Knisja u mhux xi kultant noqghodu ninhlew fuq affarijiet materjali li lill-Knisja jaghmlulha aktar hsara milli gid.

  37. Hemm bzonn li mmorru lura lejn is-sorsi! Cioe irridu naraw u nqaraw l-Iskrittura. L-istituzzjoni tad-djakni tmur lura ghal zmien l-Appostli, difatti tissemma b`mod car fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli. Nahseb li is-sitwazzjoni tal-knisja maltija hija simili ghal dik tal-Atti. Irrid nghid li l-presbiteri barra li huma mhabbtin bix-xoghol taghhom tal-predikazzjoni, iridu wkoll iservu. Kien ghal dan il-ghan li l-Appostli waqqfu d-djakonat u ghalhekk ukoll nahseb li f`Malta ta` min jintroduci din il-karizma, precizament biex ix-xoghol jitqassam ahjar u biex tidher aktar id-djakonija fil-knisja.

  38. Jiena dejjem emmint li biex il-knisja tidher sabiha, zaghzugha u hajja, trid tkun imzejna bil-bosta doni, karizmi u ministeri li l-Ispirtu s-Santu jnebbahha bihom. Nahseb dan li ghandna bzonn nifhmu fil-knisja lokali, il-htiega urgentissima li nhallu l-Ispirtu s-santu jonfoh fejun irid hu u mhux noqghodu naghlqulu il-bibien ghax nibzghu mill-polemika jew mill-innovazzjoni. Jekk ha niqbghu ankrati mal-biza ser nispiccew bhalma spiccew il-knejjes li jissemmew fl-Apokalissi. Din ahbar sabiha ferm ghalija ghax din is-sena qed jahbat il-50 sena tal-ahhar Koncilju u l-50 sena mill-mewt ta` Dun Gorg Preca. Veru koincidenza sabiha, milli jidher ghandu hafna x`jurina u x`jghallimna l-Ispirtu S-Santu! Ghal Alla, il-kumbinazzjonijiet ma jezistux.

  39. Jiena nemmen li l-Poplu ta` Alla f`Malta huwa miftuh ghat-tibdiliet u innovazzjonijiet li talab il-Koncilju. Illum zgur li kulhadd dara dak li talab il-Koncilju Vatikan it-Tieni u zgur li din tad-Djakni Permanenti tigi accettata u mifhuma f`qasir zmien. Il-poplu llum mohhu miftuh u jaf li z-zminjiet inbiddlu. Illum hafna nies siefru u m`ghadhomx b`ideat maghluqin. hemm bzonn urgenti li il-knisja maltija taggorna ruhha ghax xi kultant naraha qed tistagna xi ftit. Dak li talab il-Koncilju hemm bzonn li jigi mplimentat ghax issa ghaddew hafna snin. Irridu nahsbu ghall-futur ghax jidher li se jkun imcajpar ferm. Kuragg, dan jurina li l-Isqfijiet ma jibzghux mill-bidla, anzi!!! L-Ispirtu s-Santu qieghed jonfoh fuqna dawn id-doni u l-karizmi godda.

  40. Hadt hafna pjacir naqra il-kummenti li hafna minnkom hallew fuq dan is-sit. Nammetti li kien hemm ukoll kummenti li weggawni hafna! Minn dak kollu li qrajt, nixtieq naqsam maghkom ftit punti.

    1. Nahseb li hemm bzonn li lkoll nitghallmu nitolbu aktar. Tifhmuniex hazin, mhux qed nghid li m’ghandniex nfissru l-opinjoni taghna u hekk ghandu jkun, pero kultant jkun hemm il-periklu li ninhlew fuq hafna kliem u argumenti u ninsew li certu affarijiet jigu minn “fuq”. Gheziez hbieb (anke jekk hafna minnkom ma nafkomx), inhoss li ghandi nistieden lil kulhadd biex f’dan iz-zmien ta’ diskussjoni, u li matulu l-kummissjonijiet imwaqqfin minn Mons. Arcisqof qeghdin jahdmu u jiddiskutu biex ihejju r-rapporti taghhom, huwa mehtieg li lkoll flimkien bhala poplu t’Alla f’dawn il-gzejjer, nitolbu biex il-Mulej idawwal lil dawn in-nies u fuq kollox lir-Raghaj taghna, biex ihallu lil-Mulej ikellem lil-qlub taghhom u jurihom it-triq. L-istorja tal-bniedem dejjem uriet li fl-ahhar mill-ahhar dejjem sar dak li ried il-Mulej, bhala ezempju nistghu niftakru fil-Koncilju Vatikan II li minnu hareg hafna gid ghall knisja. Huwa tajjeb ukoll li lkoll nfittxu li nitghallmu u ninfurmaw sew lilna nfusna fuq dan is-suggett. Inkitbu hafn kummenti validi u li nemmen li ghandhom jigu diskussi biex fl-ahhar mill-ahhar johrog l-ahjar rizultat ghad djocesi taghna. Darba kont qed nitkellem ma Sacerdot habib tieghi u dan urini l-biza tieghu li bhala djocesi ghadna m’ahniex lesti biex naccettaw realta gdida’ bhal din. Ghalhekk nishaq hafna fuq it-talb u li nfittxu li nitghallmu dejjem aktar. Nemmen bis-shih li l-post tad-Djaknu Permanenti fi hdan il-knisja huwa post importanti ferm u li jrid jigi maghruf u valorizzat dejjem aktar. Hija “vokazzjoni” fiha nnifisha u li m’ghandha bl-ebda mod tinftiehem li hija tat-tieni divizjoni! Jekk m’ghaddejtx mill-bieb, nghaddi mit-tieqa. Assolutament li mhux hekk u qatt m’ghandu jkun hekk.

    2. Meta jasal il-waqt, ikun Monsinjur Arcisqof li fid-dawl ta’ dak li jigi pprezentat lilu, jasal biex jiehu decizjoni. Nitolbu lil-Alla l-imbierek li jimlieh bl-Ispirtu Qaddis tieghu biex jaghraf jiehu d-decizjoni skond il-qalb ta’ Alla. Jekk id-decizjoni tkun favur, allura nemmen li wiehed ghandu jahdem fuq zewg binarji (ovvjament mhux se jkun hmar bhali li se jipprova jghallem imma din hi l-opinjoni tieghi). Fuq naha jigu maghzula, mharrga u ffurmati n-nies (ovvjament wara process twil, gharef u delikat) u minn naha l-ohra nemmen bis-shih li trid issir kampanja qawwija mhux biss fuq bazi ta’ parrocci imma anke fuq bazi djocesana biex il-poplu nisrani f’pajjizna (ghallinqas dawk li ghadhom jinteressaw ruhhom f’dak li qed jigri) jigu nfurmati tajjeb. Nemmen li hemm bzonn l-ghajnuna tal-Vatikan biex jitwasslu esperjenzi tajba lin-nies.
    Wara dan kollu li ghedt, nerga nishaq li fuq kollox jigri dak li jrid Alla!

    3. Waqt din id-diskussjoni giet imzeffna fin-nofs il-Quddiesa Tridentina. Qabel ma nghid kif nahsibha, xtaqt nsemmi li jien gej minn formazzjoni li fiha kont parti ghal numru ta’ snin tat-Tigdid Karimzatiku Kattoliku f’Malta u attendejt ghal numru ta’ laqghat u irtiri ta’ grupp partikolari ta’ karizmatici li jahdmu hafna maz-zaghzagh. Dan biex nuri li miniex wiehed b’mohh “maghluq”, ghax il-hasra hi li kultant min jinstema jitkellem favur il-Quddiesa Tridentina, mal-ewwel jigi deskritt bhala wiehed li hu mohhu maghluq. Din il-haga lili twegghani. Anke f’din il-pagna qrajt espressjonijiet li ma jaghmlulniex gieh bhala Kattolici Maltin. Hi tassew hasra li m’ahniex lesti li nittolleraw opinjonijiet differenti minn ta’ xulxin. L-Ewkaristija tibqa l-istess fl-essenzjalita taghha u ghalhekk ma niddejjaqx nghid li nsibni komdu nattendi sew ghal Quddiesa kif nafuha bir-rit tal-lum u anke Quddiesa bir-rit tridentin.
    Nemmen li f’Malta ghandna noqghodu ferm attenti biex dejjem tinghata l-ghola qima lil-Misteri li jigu ccelebrati waqt is-Sagrificcju tal-Quddiesa.
    Mhux se nidhol f’ezempji, pero huwa fatt li f’certu laqghat u celebrazzjoni tal-Quddies, mhux qed ikun hemm id-dekor u r-rispett mehtieg lejn l-Ewkaristija. Vera li certu affarijiet isiru bl-aqwa intenzjonijiet, pero xorta jibqa l-fatt li certu ghemil mhux qed jghin biex l-Ewkaristija tkun verament mument ta’ gabra, talb u qima lil-Alla. Min ghandu l-awtorita’ f’pajjizna nemmen li jehtieg li jkun aktar vigilanti fuq dak li qed jigri anke waqt certu quddies fil-parrocci taghna u specjalment waqt ic-celebrazzjoni taz-zwigijiet. Emmnuni meta nghidilkom li kien hemm drabi fejn vera hassejtni mwegga b’certu affarijiet li rajt u smajt waqt xi tigijiet!

    4. Il-punt ewlieni u li naghlaq bih u semplici hafna. Jehtieg li nitolbu aktar, nisimghu hafna, nitghallmu izjed u nirrispettaw dejjem lil-min ghandu opinjoni differenti minn taghna. Nawgura li dan il-process jghin biex id-djocesi taghna tkompli miexja l’quddiem skond it-taghlim ta’ Kristu u l-magisteru “veru” tal-knisja.

    Tislijiet u paci lilkom ilkoll

  41. Pawlu semma il-firdiet. Jaqra dan ir-rizultati li hafna Konferenzi Episkopali ppublikaw dwar ir-relazzjoni tad-djakni mas-sacerdoti. Jiena rajthom u qatt ma rajt sinjali ta` dan li qed isemmi Pawlu. Ma nivvintawx verzjonijiet ta` fatti mghawwga jew li mhuma fatti xejn. Il-firdiet jezistu kullimkien, fil-knisja , fis-socjeta u fil-familja. Dan mghandux ikun imma jezisti. Mill-bniedem jigi li ma johloqx tensjoni u firdiet u mhux ghax wiehed patri u l-iehor djaknu. Kuragg.

  42. Ma nistax nifhem il-mod ta` argumentar ta` Pawlu Brincat! (XXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXXX). Proprju ghax hawn tant htiega pastorali li ghandna jkollna djakni permanenti. Dan biex ma nsemmix in-nuqqas ta` sacerdoti li qeda tinhass diga! Veru li l-problemi pastorali mhux ser jissolvew kollha bid-djakni permanenti, pero` nkunu qed nimxu lejn id-direzzjoni li wara kollox mhix invenzjoni tal-knisja maltija imma rakkomandazzjoni tal-Koncilju Vatikan II. Jiena nifhem li meta tiddahhal xi haga gdida, mhux kulhadd jifimha pero` hemm bzonn li ma noqghodux nipretendu li ahna teologi u li nifhmu aktar mill-Papa. Nahseb u naf li l-Isqfijiet taghna jafu x`inhuma l-htigijiet tal-knisja maltija. (XXXXX – Xi kliem thallew barra)

  43. Il- Hsad hu kbir imma il- haddiema huma ftit. Dan huwa kliem Gesu’. U dan il- kliem japplika ghall kulll zmien anke meta f’ pajjizna stess kellna numru tajjeb hafna ta sacerdoti, ghax fir realta mux in- numru u il- kwantita ta kemm ikollok haddiema imma il- kwalita wkoll.

    Ghaliex qed nghid kwalita? Mela m’hijiex kwalita meta inti jkollok haddiema specjalizzati per ezempju. Possibli qatt ma ndunajt li hawn hafna bzonnijiet ta hidmiet ta karita u evangelizazzjoni u li dawn il- bzonnijiet m’ ahniex inlehhqu maghhom? Qeghdin nghidu li jekk nuzaw id-djakonat inhallu atmosfera posittiva u tajba fil- qalb in- nisrani u f’qalb min qed jabbanduna il- knisja. (Hija verita li hafna qeghdin jithawdu u jhallu il- fidi Nisranija Kattolikabiex jisimghu il- qerq u l- ingann tax-xitan li jgeghlom jichdu l- ewkaristija bhala prezenza reali ta sidna Gesu’ Kristu)

    Jien dejjem rajt li id-djakonat jinhass hafna meta jkollok ir-religjuzi qeghdin jonqsu fejn dawn kienu jaghmlu hafna xoghlijiet u hafna hidma rikka mal- poplu t’Alla, per ezempju wahda biss minnhom hija fl- isptarijiet. Qeghdin jonqsu ir-religjuzi? U ma nafux li qeghdin jonqsu u hija ta weggha kbira ghalina. Allura jekk it- tabib qieghed joffrilek medicina ohra ma tiprovaghhiex la ghandhek bzonnha.!!!

    Iva, San Injazzju jekk issib it – taghlim tieghu irrefera li knisja minghajr isqof , sacerdoti u djakni hija ‘unthinkable’. m’ghandnhiex inwizznu id-djakonat m’affarijiet ohra. la darba id-djakonat huwa xi haga gdida fid-djocesi taghna nifhem li jkun hemm naqra biza. Anke meta tintroduci it- teknologija fid-dinja tax-xoghol jista jkun hemm il- biza’. imma allura m’ghandhiex issir? Nahseb li ghandna bzonn nintelqu f’idejn Alla iktar din zgur li ghandna bzonn.

    Il- Papa Gwanni Pawlu II u l- Papa Benedittu XVI ilkoll ifahhru il- hiedma siwja tad-djakni u hija cara li l- Ispirtu S-Santu jridhom. Ghandhek hafna isqfijiet li huma favur taghha ghax qeghdin jesperjenzaw il- hiedma rikka li qed thalli.

    Id-djaknu inhares lejh bhala dak li qed jiprepara it triq tal- Mulej Bhall San Gwann il- Battista. Kien jghid ser jigi wiehed aqwa minni.Dak il- wiehed aqwa minni ghandhom jkunu is-sacerdoti u l- isqfijiet taghna ghax huma ghandhom il- kumplament tal- poteri/sagramenti bhall- qrar etc. Mela id-djaknu fil- hidma tieghu jipprepara in- nies ghall indiema wkoll.

    Paci lil Kulhadd

  44. Id-decizjoni li semma l-Arcisqof Monsinjur Pawlu Cremona tkun tghodd biss ghad-Djocesi ta’ Malta. Ghalkemm l-Isqfijiet jitghu jiftehmu, jekk jaraw il-kaz, li dan il-pass, meta isir, jaghmluh flimkien. Imma dan mhux necessarju li jsir hekk.

  45. Possibli li d-Djakni Permanenti huma l-aktar suggett importanti li jista’ jigi diskuss fil-Knisja f’Malta? Ghadni ma fhimtx sewwa x’inhi l-agenda wara dan il-hsieb? Taqra certi kummenti tahseb li l-problemi religjuzi kollha tal-poplu taghna se jissolvew kif ikollna d-djakni permanenti? X’inhuwa x-xoghol li se jwettqu dawn li ma jistghax jitwettaq mis-sacerdoti u mill-lajci?

    Gejtanu ikkwota lil San Injazju ta’ Antjokja (ma sibtx ir-referenza minn fejn) u qal li ma hemmx Knisja bla isqof, presbiteri u djakni. Allura dan ifisser li ghal l-ahhar mijiet ta’ snin, ahna ma konniex Knisja ghax ma kellniex djakni? U allura Knisja bla lajci hija Knisja? L-isqof, il-presbiteri u d-djakni wahedhom huma Knisja?

    Kitbu li ahna ahna fost il-ftit pajjizi fil-Knisja Kattolika li m’ghandhomx djakni. M’ahniex nintebhu li dan huwa l-istess argument li sena ilu intuza favur id-divorzu? Huwa l-istess argument li bhalissa qed jintuza favur l-iffrizat tal-embrijuni u huwa l-istess argument li diga’ bdejna nuzaw favur l-abort?

    Mhux ahjar flok niddiskutu fuq id-djakni permanenti qed niddiskutu u nahdmu u nitolbu dwar kif se nsahhu il-poplu fil-Kelma ta’ Alla u fis-Sagramenti?

    Dan l-ahhar ircevejt email mid-direzzjoni ta’ dan is-sit dwar ittra li l-Papa Gwanni Pawlu II kiteb 10 snin ilu dwar il-htiega urgenti ta’ qawmien gdid fis-Sagrament tal-Qrar. Qatt smajna jew qrajna xi diskussjoni dwar dan?

    Sar studju biex naraw x’gara f’pajjizi ohra wara l-introduzzjoni tad-Djakonat Permanenti – il-firdiet li nholqu bejnhom u l-presbiteru kif ukoll bejnhom u l-lajci?

    U l-ahhar domanda li donnu hadd ghadu ma staqsa jew wiegeb. Jekk ikollna djakno permantenti, dan ifisser li kull min ihossu mhajjar jew imsejjah ghal din il-vokazzjoni, wara li jkollu l-vokazzjoni tieghu ezaminata, jista’ jersaq ghal dan il-ministeru? Jew se jkun stabbilit numru u nghidu ghalissa daqshekk biss ghandna bzonn?

    Hbieb, mhux ahjar naraw x’inhuma r-ragunijiet VERI li ghalihom qed nipproponu dan il-pass?

  46. Jiena mara ghawdxija. Hadt pjacir b`dina l-ahbar u ftit xhur ilu smajt xi haga fuq it-Tv. Nixtieq nistaqsi, din ser tapplika ghal Ghawdex ukoll jew Malta biss? Lil Ghawdex qatt ma smajtu jissemma rigward djakni permanenti! Ta min jaghti ftit ideat cari! Ma nahsibx li Ghawdex ma hawnx irgiel u guvintur idoneji ghall-dan il-ministeru sabih?

  47. Nahseb li hemm mod biex b`mod imminenti nibdew ninvestu ghall-futur. Ma jistax jithalla aktar zmien ghaz il-Knisja lokali qed titbattal. Din tad-Djakni ahbar ferm sabiha u ta` min jinkorragiha ferm. Jiena nemmen li hemm irgiel u guvintur tajbin u msejhin ghal din il-karizma sabiha. Jiena sifirt hafna u kull fejn mort dejjem rajt fil-parrocci djakni permanenti. Jiena dejjem emmint li biex insebbhu u nkabbru il-Knisja, hemm bzonn li nhallu dawn id-doni u karizmi jidhlu. Il-bqija jekk minghalina ser insebbhu il-Knisja bid-damask u l-linef u kemm nonfqu fil-murtali, ser jgharralna nu nitkissru f`qasir il-ghomor. Ghaliex hafna maltin qed ihallu il-Knisja u jmorru ma xi knisja pentekostali? Ghaliex xi kultant irrendejna l-Ispirtu s-Santu trux u mutu. Jekk minghalina huwa ahna li nkabbru u nsebbhu il-knisja minghajr l-Ispirtu s-Santu, nerga nghid ser nitkissru. Nahsbu kmieni qabel ikun tard wisq, diga qeghdin tard hafna!!!

  48. Din ahbar sabiha hafna u zgur li ser iggedded il-Knisja. Bhal dejjem f`Malta jispikkaw pseudo-teologi li jaghtu verdetti negattivi meta lanqas biss jikkonsultaw mad-dokumenti tal-Knisja. Kellu ragun korrispondent li kiteb hawn ikkwota lil Sant`Injazju minn Antijokja li jghid li ma hemmx knisja minghajr Isqof, presbiteri u djakni. Mela sa issa fil-knisja lokali kellna aspett nieqes tal-gerarkija, bl-introduzzjoni tad-djakni permanenti ser ikollna gerarkija kompluta u wara kollox nobdu dak li talab l-ahhar Koncilju. Dan ikun l-isbah rigal ghall-Knisja lokali f`dawn l-ahhar snin u l-ahjar mod biex infakkru l-Hamsin sena tal-Koncilju Vatikan II.

  49. Ma nistax nifhem il-mod aggressiv kif certi persuni jibdew jattakkaw l-ideja tad-djakonat permanenti meta bir-rispett kollu lanqas ghandhom ideja tal-Iskrittura u tat-taghlim tal-Koncilju Vatikan II. Malta u Ghawdex huma ftit mid-djocesjiiet tad-dinja kattolika li ghad ma` ghandiex djakonat permanenti. L-argument tan-nuqqas tas-sacerdoti ma japplikax, kien hemm djocesijiet li ma kellhoms problemi ta` nuqqas ta sacerdoti u xorta dahhlu d-djakni permanenti! Din hija sejha, karizma fiha nnifisha. Mhux kwistjoni ta` bzonn u mhux bzonn.

  50. Id-djakni permanenti m`ghandhomx jiddahlu sempliciment minhabba nuqqas ta` sacerdoti ( li fil-fatt hafna parrocci qed ibatu diga minn dan) imma ghaliex hija vokazzjoni fiha nnifisha! Jien nemmen li hawn irgiel u zghazagh li jhossuhom imsejhin ghal din il-vokazzjoni, hemm bzonn li lil dawn tinghatalhom attenzjoni xierqa.

  51. Hemm bzonn li hafna ideat Tridentini jinqerdu ghax lil Knisja hsara qed jamlulha. Ma nistax nifhem certa idear tridentini minn nies li twieldu wara l-Koncilju Vatikan II. Kuragg Isqfijiet ta` Malta, kopmlu ghinu lill-Ispirtu s-Santu f`din is-sejha sabiha. Bid-djakni permanenti, il-Knisja tidher aktar rikka. Wasal iz-zmien biex dak li talab il-Koncilju inwettquh u mhux nibqghu marbutin ma mitt sena ilu.

  52. Ahbar sabiha li f`Malta ser ikollna d-Djakni permanenti. Hemm bzonn li nhallu l-Ispirtu s-Santu jonfoh fejn irid hu. Xi kummenti li kitbu hawn kienu xi ftit negattivi u juru li ma jafdawx bizzejjed f`Alla. B`dawn l-affarijiet insebbhu il-Knisja, kif talab il-Koncilju mhux mohhna f`affarijiet li lil Knisja qed jitfeghha hafna snin lura.

  53. @Sur Borg,

    a) Quddiesa Tridentina tfisser quddiesa bil-Latin, hux hekk? – Iva.

    b) Quddiesa Tridentina tfisser quddiesa fejn is-sacerdot ikun dahru lejn il-kongregazzjoni, hux hekk? U dan ghalfejn? – Iva. U ma jkunx dahru lejn it-tabernaklu (dejjem jekk it-tabernaklu ma jkunx fil-ġenb). Jekk qed nifhmek sew Sur Borg, Quddiesa Tridentina għalik hija xi ħaġa ‘ħażina’? Allura l-Papa meta jqaddes bil-Latin (Forma Ordinarja) jagħmel ‘ħażin’? U meta qaddes, bħala Kardinal, bil-Forma Straordinarja (Rit Tridentin) għamel ‘ħażin’? Kieku tafu bl-ammont kbir ta żgħażaġħ li jattenduha. Anki f’Madrid fil-WYD (World Youth Day) kellna Quddies Tridentin. Jiġifieri min jaħseb li xi ħaġa għall-anzjani sejjer żmerċ. Quddies bil-Latin ma jeskludix dak bil-Malti imma jikkumplimenta. Bħal ma’ għandek ir-Rit Grieg Kattoliku fil-Belt wara kollox…

    ċ) Kultant tisma’ min igerger li lanqas nifhmu meta s-sacerdot ikun wiccu lejna u jitkellem bil-Malti! Sinjal li min hu ma jagħtix kas. Jeżistu missali bil-Latin u tradotti bl-ilsien tal-post għal min irid isegwi (jekk ma jkunx jaf Latin).

    d) U din tal-quddiesa Tridentina, kif dahlet fid-diskussjoni dwar id-djakni permanenti? – Għadd ta’ djakni permanenti jagħtu sehemhom f’dan ir-Rit. Jekk se jidħlu hawn Malta, irridu naraw l-iskop tagħhom f’sens usa.

    e) Mela tassew li rridu d-djakni permanenti biex jkollna min juza t-tunicelli? – Hawn ma segwejtekx. Skużani.

    f) Mhux ahjar naraw x’inhuma l-veru bzonnijiet kbar tal-Poplu ta’ Alla u nindirizzaw lilhom, bhala meta fl-ewwel komunita’ nisrani ghazlu lil Stiefnu u lil shabu biex jaqdu u jservu. – Kull saċerdot, iqaddes b’liema rit iqaddes, għandu jaqdi. Jekk hemm bżonn ta’ Quddies Tridentin biex jaqdi l-bżonnijiet ġenwini ta’ għadd ta’ Maltin (qed nitkellem fuq mijiet fiċ-ċert), għaliex għandna nċaħħduhom? L-istess jekk hawn bżonn ta’ djakni permanenti.

    Naħseb li tajjeb li dan is-sit jiftaħ diskussjoni dwar dan is-suġġett b’mod speċifiku. Ninsab ċert li jkollna diskussjoni interessanti.

    Is-sliem lil kulħadd.

  54. @Ġanni B – Quddiesa Tridentina tfisser quddiesa bil-Latin, hux hekk? Quddiesa Tridentina tfisser quddiesa fejn is-sacerdot ikun dahru lejn il-kongregazzjoni, hux hekk? U dan ghalfejn? Kultant tisma’ min igerger li lanqas nifhmu meta s-sacerdot ikun wiccu lejna u jitkellem bil-Malti!

    U din tal-quddiesa Tridentina, kif dahlet fid-diskussjoni dwar id-djakni permanenti? Mela tassew li rridu d-djakni permanenti biex jkollna min juza t-tunicelli?

    Mhux ahjar naraw x’inhuma l-veru bzonnijiet kbar tal-Poplu ta’ Alla u nindirizzaw lilhom, bhala meta fl-ewwel komunita’ nisrani ghazlu lil Stiefnu u lil shabu biex jaqdu u jservu.

  55. Punt interessanti Sur Mifsud. Naħseb il-potenzjal tal-MUSEUM mhux qed ikun użat kif suppost.

  56. Naqbel prefettament ma’ Dun Camilleri. Xi ħaġa li hi nieqsa ħafna Malta hija l-Quddiesa bil-Forma Straordinarja (jew kif magħrufa wkoll Quddiesa Tridentina). Hawn Malta kważi ma teżistix u għalxejn saru appelli lill-Kurja biex il-Maltin li jixtiequha – minkejja x-xewqa tal-Papa nnifsu – ikollhom aċċess kif suppost. Mela nħallu knejjes u kappelli jinqerdu jew jintużaw bħala mħażen (xxxxxxx ) jew swali u ma nħallux saċerdoti jqaddsu b’dan ir-Rit. Xejn sew f’dan il-pajjiż…

  57. Nixtieq nagħmel suġġeriment li qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet jekk isirux djakni permanenti jew le, l-ewwel isir studju jekk hux qed isir quddies (ta’ kuljum) żejjed f’diversi parroċċi. Sabiħ li jkollna l-quddies imma rridu nifhmu li s-saċerdoti qegħdin jikbru fl-eta’ u saċerdoti oħra qed ikunu mimlijin b’xogħol ieħor. Barra minn dan naħseb li jista’ jkun li hemm saċerdoti li qed jagħmlu xogħol amministrattiv li lajk ittrenjat jista’ jagħmlu hu u b’hekk s-saċerdoti jkollhom iktar ħin għal dak li proprjament ġew imsejjħin għalih, dak ta’ xogħol pastorali. Jien m’għandi xejn kontra d-djakonat permanenti u jekk wara li jsir studju tajjeb u sinċier jinħass li hu bżonnjuż, merħba bih u jalla nkunu miftuħin għal dan, barra minn hekk, l-Arċisqof stess qed jgħid li għandu jiġi adattat għas-sitwazzjoni partikolari ta’ Malta.

  58. Nahseb jien li b’dan il-pass li jidher li ser jimxu l-affarijiet u jekk
    titiehed decizjoni fil-pozzitiv l-ewwel djakni jigu ordnati mill-inqas
    5 snin ohra. Nistaqsi il-Knisja bejn 5 jew 10 snin ohra fejn tkun?
    Nitolbu hafna ghall-vokazjonijiet u hekk ghandu jkun pero
    ghaliex ghas-sacerdozju u ghal sorijiet iva u jekk hawn lajci
    mizzewga li huma vera nies tal-MULEJ ma jkunux grazzja u
    rikezza fi hdan il-Knisja? Meta wiehed ikollu xi ferita mhux ahjar
    jibda jiehu hsiebha milli jhalliha tikkankra u wara jkun tard wisq u
    jsiru l-affarijiet bl-ghaggla.
    META L-ISPIRTU JIBDA JONFOH MA NALQULUX IL BIEBIEN.
    Il-Paci Maghkom.

  59. Iva, fil-fatt nemmen li hawn hafna bzonnijiet ta’ hidmiet fil-qasam tal- karita’, fil-fatt wahda mill-areas tad-djaknu permanenti hija il-karita. Din tista’ tkun opportunita’ kbira ta’ tigdid fid-djocesi taghna. Niftakru dejjem li l-kelma djaknu tfisser servitur ta l-ohrajn. Gesu’ kien is-servitur taghna, ghalhekk dan il-karattru iggeddidna lkoll. Hemm hafna oqsma fejn hemm bzonn ta’ xhieda gdida fosthom u wahda minnhom hija fl-isptarijiet u d-djar ta l- anzjani.

    Hemm bzonn li nuzaw il-karizmi kollha li jaghtina l-Ispirtu s-Santu biex anke ahna nkunu nistghu nghidu li qeghdin naghmlu l-almu taghna kollu u b’hekk inkunu qed inhallu l-Ispirtu t’Alla imexxi Hu.

    San Injazzju ta’ Antiokja kien qal li Knisja minghajr Isqof, qassis u djaknu hija Impossibli ( unthinkable)

    Id-djaknu qieghed jaghti hafna xhieda importanti fil-Knisja, illum il- gurnata. Mhux sempliciment biex inkunu bhal ohrajn. Wahda mix-xhieda hi lid-djaknu mizzewweg huwa rapprezentant ta’ kif ghandha timxi familja u ta’ kif il-koppja ghandha tkun fidila lejn xulxin kif Kristu huwa fidil lejna.

    Naqbel ma l-ideja li ghandhom jigu organizzati il-‘parametri’ sa fejn id-djaknu ghandhu jasal u maghha edukazzjoni tajba lil poplu t’Alla dwar dan kollu.

    Li ma naqbilx huwa meta jintqal li d-Djaknu jigi stitwit fid-djocesi minhabba nuqqas ta’ sacerdoti. Id-djakonat hija vokazzjoni ohra u ghandna naghtuha l- ispazzju taghha wkoll. B’hekk il-Knisja taghna tisbih u tissahhah.

    Kurragg

  60. Ghalfejn irridu li f’Malta jkollna djakni permanenti? Jekk irriduhom biex jassisstu ghall-funerali u zwigijiet jew funzjonijiet ohra biss ghalissa ma narax il-bzonn taghhom. Imma jekk lesti li jiehdu hsieb it-tfal, ix-xjuh jew istituzzjonijiet ohra ta’ karita, nahseb li wasal iz-zmien li nikkunsidraw li jkollna dawn id-djakni. Importanti li sa mill-bidu irridu nkunu cari fl-iskop u l-hidma taghhom biex nevitaw certu nkwiet ‘l quddiem

  61. Fl-opinjoni tieghi, irridu inkunu cari dwar l-iskop u l-bzonn sabiex ikollna Djakni Permanenti, u naddattaw skond il-bzonnijiet fil-pajjiz / realta’ taghna, u mhux ghax isir hekk f’pajjizi ohra jew ghax kien isir hekk fi zmien iehor. Irid isir evalwazzjoni u process sabiex l-ewwel naraw il-htiega ghalihom.
    Jiena nahseb li l-ewwel u wiehed mill-ahjar rizors ghal Djakni huma is-soci / superjuri (rgiel) tal-MUSEUM li jigu mhajjra jistudjaw u jaghmlu l-kors ta’ tlett snin kif suggerit, u jekk hemm lajci ohra li jithajjru, ghandhom jinghaqdu mas-socjeta’ tal-MUSEUM sabiex jiksbu iktar formazzjoni u preparazzjoni adattata ghal mistier mitlub.
    Nahseb dawn il-membri huma l-isbah ezempju ta’ lajci impennjati, ta’ operaturi pastorali u evangelizzaturi fil-komunita’, u jisthoqqilhom iktar rispett ghal hidma li qed jaghmlu.
    Nahseb din kienet il-vizjoni ta’ Dun Gorg Preca – u ghadna ma gharafnihiex.

  62. Hi utli l-esperjenza personali tad-djakni prospettivi; izda narah wisq
    opportun il-point of view tal-kappillani u retturi tal-knejjes; b’hekk
    jirrizultaw l-attitudni u d-disponibbilta’ taghhom fis-servizz li
    jkunu mitluba jaghtu.
    Attenzjoni specjali mill-ispirtu ta’ pika eventwali, ghax facilment
    jipparagunaw hidmiethom ma’ dik tal-presbiteri, l-aktar ma’ dawk ta’
    attitudni aktarx bierda; ikunu ta’ certa skola dotati b’formazzjoni
    spiritwali soda, kapaci jitkellmu bis-sens fil-pubbliku u li jwasslu
    taghlima, ma jiddifferux mit-taghlim ufficjali tal-knisja, ikunu docli
    u sottomessi, bla pretensjoni ghas-superjuri taghhom.

  63. Hbieb tieghi, nirreflettu ftit fuq kif inhass il bzonn li jergaw jigu institwiti id- djakni permanenti fil-Knisja taghna. Kien fiz-zmien it-tieni gwerra dinija li grupp ta qassissin minn Dachau Camp hassew il-bzonn li jkollna id-djakni permanenti. Din twasslet il-Vatikan u halliet il-frott taghha fil-Koncilju Vatikan II.

    Il-Koncilju Vatikan II halla hafna frott siewi u fl-ahhar mill-ahhar ghadna qed niskopruh wkoll. imma jidher car li wahda mill-htigijiet li il-Knisja ghandha bzonn hija li tivvangelizza, dik li insejhula l-evangelizzazjoni il- gdida.

    Ta’ min jghid li wahda mill ‘areas’ li jahdem fiha d-djaknu permanenti hija l-evangelizazzjoni, l-ohrajn huma ghas-servizz (l-ghajnuniet kollha li ghandhu bzonn il-poplu t’Alla) u l-ohra ghal-liturgija.

    Meta persuna tigi ordnata tirciva qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu biex il-hidma li tkun qed issir tal-bniedem li gie ordnat ikollha effett specjali hafna. Kif nafu id-djaknu jista’ jbierek waqt li il-lajk ma jistax. Ghaliex? Ghax hemm din il-qawwa specjali li dak li gie ordnat ircieva u l-effetti taghha huma kbar li anqas il-bniedem ma jista’ jifhem.

    Fi zmien fejn qed jinhassu certu bzonnijiet ta’ servizzi, ghax hawn in- nuqqas taghhom, u li l-huma servizzi jistghu jigu imwettqa mid-djakni permanenti nahseb li allura l-Ispirtu s-Santu qieghed jitkellem b’mod li nifmuh jekk irridu. Minn fommi ghandu dejjem johrog il-kliem tkun maghmula il-volonta tieghek Mulej u mhux tieghi.

    Paci.

  64. Grazzi hafna lil Dun Marc Andre ta’ l-ispjega tieghu. Naqbel perfettament mieghu. It-teologija tad-djakonat hija sabiha imma nahseb li fil-prattika hija biss glorifikazzjoni ta numru ta’ lajci li ghandhom ix-xewqa li jilbsu l-kullar u l-liebes liturgiku. Nahseb li l-veru sens tal-qadi huwa xi ftit il-boghod mir-realta’. Nemmen wkoll li kulturalment in-nisrani f’Malta mhux lest ghal din l-haga u lanqas tinhass il-htiega ghaliha.

  65. Id-djakni permanenti ma vvintajnihomx ahna f’Malta, imma donnu kif nigu biex inwettqu xi haga f’pajjizna, iqumu l-irwiefen kollha. L-Arcisqof jaf aktar minn kulhadd kemm hawn nuqqas ta’ qassisin, u ghalhekk dahal ghal dan il-process ghax qed jara l-bzonn tad-djakni permanenti. Ejjew ma noqtluhomx qabel jibdew.

  66. Hu minnu li kull inizjattiva jkun hemm min hu favuriha u min hu anqas,
    jew saħansitra kontriha. Xi wħud mill-kummenti li hawn s’issa jidhru li aktar milli analiżi oġġettiva huma opinjonijiet pjuttost aggressivi dwar suġġeriment. L-aħwa, qed nintebħu jew le, li aħna l-Insara Kattoliċi li għadna prattikanti f’Malta u Għawdex, ikkundizzjonati għal kollox mill-mentalita’ konsumistika moderna u minflok oġġettivament nivvalutaw l-idea, nibdew nisparaw il-ġudizzji qiesna qed niddikjaraw xi domma?

  67. Hemm hafna modi kif there’s lejn dan is-suggest hekk sabih,dinjituz u important I kemm ghall-knisja, kif ukoll ghall-lajci.
    Min-Naha tal-Knisja,jiswa’ ghax jista’ jtaffi bzonn li jinhass kultant ta’ nuqqas ta’ sacerdoti; imma min-Naha tal-lajci, jiena Nara l-fiducja li l-Knisja ghandna fihom u kemm tixtieq li ddahalhom flimkien mas-sacerdoti mhux biss fl-apostolat u fis-servizz liturgiku bhal meta waqqfet il-ministri. Straordinarji tat-Tqarbin, imma Issa wkoll billi taghti lid-Djakni Permanenti,sehem shih ministerali mis-Sacerdozju ta’Kristu.

  68. Fil-Gimgha l-Kbira ta’ din is-sena, rajna fuq it-televizjoni, irgiel lajci lebsin suttana, spellizza u beritin biex jakkumpanjaw il-monument minflok il-qassisin. Fil-festi tal-qaddisin, spiss naraw lajci lebsin bil-kapep. Issa jekk ikollna d-djakni permanenti, nkunu nistghu nibdew nohorgu wkoll it-tunicelli.

  69. Fl-ewwel komunita’ nisranija ta’ zmien l-appostli, twaqqaf dak li llum insejhulu “djakonat” ghax inhass il-bzonn ta’ persuni biex jaqdu lir-romol u jservu fl-imwejjed. (Ara Atti,Kap 6.1-7) Illum x’inhuwa l-bzonn? Biex jaqdu lill-qassisin u jservu madwar l-artal? Jekk inhuwa ghalhekk biss, allura ma narax li hemm bzonnhom ghalissa.

  70. Meta kont il-brasil jien rajt sitwazzjonijiet fejn kien hemm ftit sacedoti u hafna komunitajiet li ma setax ikollhom quddies kul nhar ta Hadd. Imma ic-celebrazjoni tal-kelma bit-tqarbin kienet titmexxa minn lajk mhux djaknu. Ghalkemm wiehed izomm f’mohhu li din ghanda issir in extremis( kif wera bic-car il-papa beneditu XVI u l-isqfijiet ta l-amerika latina meta ltaqghu fil-konferenza li saret fl-2007) meta veru l-ewkarisitja ma tistax tigi iccelebrata minhabba nuqqas serju ta sacerdoti u parrocci b’arja vasta. Nahseb li biex naslu f’din is-sitwazzjoni malta huwa impossibli. Tant ahna pajjiz ckejken li anke b’ numru zghir ta qassisin, id-distanzi zghar jaghmluha facli li min ikunu nisrani konvint imur isib x’imkien fejn titqaddes quddiesa.
    Fil-brasil anke zwigijiet kienu jigu assistiti minn lajk( wara kollox il-ministri taz-zwieg huma l-koppja mhux il-qassis jew id-djaknu). kif ukoll maghmudijiet kienu jsiru minn lajci meta kien hemm il-bzonn.(kull nisrani jista jaghmmed b’mod validu f’kaz ta bzonn)
    Li nsaqsi huwa liema ministeru li jista jaghmel i-djaknu permanenti ma jistax isir minn lajk iffurmat sew? sa fejn naf jien l-ebda wiehed.
    Allura x’inhu il-bzonn urgenti li ghandna ghalihom f’malta?

  71. Nahseb se nkomplu nifirdu lajci minn lajci u kleru minn kleru. Ghax dawn mhux se jibqghu jissejhu lajci. Imma ghalkemm parti mill-kleru mhux se jkunu sacerdoti. U onestament, x’se nirbhu?

  72. Ghadni ma fhimtx l-iskop sewwa li f’Malta jkollna dawn id-djakni. Jippredikaw, jaghmlu l-funerali, jistghu jmexxu zwigijiet, jistghu jghammdu. U l-qassisin, x’se jaghmlu? Forsi biex ikollhom aktar hin x’jiddedikaw ghall-qrar?

  73. Nimxu b’kawtela u sensibilita ghax se jweggghu hafna persuni…. M’ahniex daqshekk f’sitwazzjoni kritika. Izjed ghandna bzonn insahhu u nimbuttaw lil xi whud li hemm, biex jaqdu dmirhom sew. Ghax meta ghandek 50% tal poplu ma jattendiex quddies il-Hadd, xi bzonn hemm? Il-haga m’ghandniex namluha biex semplicement inkunu bhal ohrajn!

  74. Nahseb li l-ewwel mistoqsija ma gietx mwiegba kollha kemm hi. Il-mistoqsija tistaqsi wkoll jekk Malta hawnx bzonn tad-djakni permanenti. Jidhirli li ma nghatatx risposta ghal din.

Leave a Reply to Phyllis Rose MizziCancel reply

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading