Mietet biex issalva lil binha.

Print Friendly, PDF & Email

Ftit qabel tibda is-Sena tal-Fidi:

Omm żagħżugħa tmut biex tkun xhieda ta’ Fidi, Tama u Mħabba

Ruma 16 ta’ Ġunju 2012: Mijiet ta’ Taljani nġabru llum fil-Knisja ta’ Santa Francisa Romana ġewwa Ruma biex jieħdu sehem fil-quddiesa funebri ta’ Chiara Corbella, mara żagħżugħa kattolika li mietet biex issalva l-ħajja ta’ binha li kien għadu ma twelidx.

Wara li Chiara u żewġha Enrico kienu tilfu l-ewwel żewġ uliedhom minħabba kumplikazzjonijiet li żviluppaw fit-twelid tagħhom, huma bdew ikunu mfittxija ħafna għad-diskorsi li kienu jagħmlu favur il-ħajja. Fl-2010, Chiara ħarġet tqila għat-tielet darba u skont l-eżamijiet mediċi, it-tarbija fil-ġuf kienet qed tikber u tiżviluppa b’mod normali.

Imma matul it-tqala tagħha, lill-Chiara tfaċċalha kanċer u hija kienet mogħtija il-parir mit-tobba li tibda t-trattament immedjatament. Il-problema kienet li dan it-trattament kien se jaffettwa t-tarbija u għalhekk l-omm iddeċidiet li tipposponi t–trattament sa wara li jitwieled binha.

Franċesco twieled fit-30 ta’ Mejju 2011, iżda l-marda qerrieda li kellha Chiara kompliet tinfirex tant li fi ftit żmien hija l-ewwel tilfet id-dawl minn għajn minnhom u wara mietet fit-13 ta’ Ġunju 2012. Ftit jiem qabel ma mietet kitbet ittra biex binha Franceso jkun jista’ jaqrha meta jikber. Fiha qaltlu, “Jien sejra l-ġenna niltaqa’ ma’ ħutek Marija u David. Inti ibqa’ hawn mal-papa’. Jiena se nkun qed nitlob għalik.”

Waqt il-quddiesa tal-funeral, il-Kardinal Agostino Vallini, Vigarju Ġenerali ta’ Ruma, qal li Chiara kienet it-tieni Gianna Berretta Molla, tabiba kattolika li kienet mietet f’ċirkustanzi simili biex issalva t-tarbija tagħha. Gianna Beretta Molla kienet dikjarata qaddisa mill-Papa Ġwanni Pawlu II fis-16 ta’ Mejju 2004.

7 thoughts on “Mietet biex issalva lil binha.”

  1. Chiara offriet ħajjitha , biex tati l-ħajja lit-tarbija tagħha……imxiet wara l-passi ta’ KRISTU…ċaħdet lilha nfissa u mxiet warajH.

  2. What an inspiration ! An enrichment, a meditation, vis- a’- vis abortion. “The priceless gift of LIFE”

  3. m hemmx imhabba ikbar min din ,l wiehed jaghti hajtu ghal hadiehor.Dawn huma l eroj vera tas socjeta tal lum li sfortunatament ma jinstmawx fl ahbarijiet.

  4. What an ultruistic woman!! The love of a mother for her offsprings is boundless!! To me she is a living example to those who opt for abotion

  5. God bless such women and may they be an example to many others.

  6. F’dinja fejn jirrenja egozmu sfrenat, Alla l-Imbierek jaghtina persuni bhal Chiara Corbella li juruna d-dawl u jqawwu fina tama f’futur sabih ghall-umanita’. Min jaf kemm persuni ohra, li ma jaf bihom hadd, illum ghadhom kuljum jaghmlu l-istess.

  7. How magnificent humankind can be! Reading about Chiara Corbella has broken my heart, strengthened my faith and brought peace to my spirit.

Leave a Reply to mario aquilinaCancel reply

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading