Jiena nemmen f’Alla: Il-Missier li jista’ kollox

2. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Benedittu XVI. 30 ta’ Jannar 2013

Għeżież ħuti,

Fil-katekeżi ta’ nhar l-Erbgħa li għadda waqafna fuq l-ewwel kelmiet tal-Kredu: “Jiena nemmen f’Alla”.  Imma l-istqarrija tal-fidi tispeċifikaha din l-affirmazzjoni: Alla hu l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art.  Għalhekk nixtieq li issa nirrifletti magħkom fuq l-ewwel definizzjoni fundamentali ta’ Alla li jippreżentalna l-Kredu: Hu Missier. Continue reading Jiena nemmen f’Alla: Il-Missier li jista’ kollox