“Fil-bidu, Alla ħalaq is-sema u l-art.”
Meta l-awtur tal-ewwel ktieb tal-Bibbja, il-Ġenesi, fl-ewwel vers tal-ewwel kapitlu kiteb dan il-kliem, ma naħsibx li kienet l-intenzjoni tiegħu li jwasslilna fatt storiku, imma li jagħtina prinċipju bażiku.
“Fil-bidu, Alla ħalaq is-sema u l-art.” Dan huwa il-prinċipju li minnu toħroġ kull eżistenza u li fuqu trid tkun ibbażata kull ħidma tal-bniedem. Għaliex il-ħolqien huwa kollu kemm hu proġett ta’ Alla; mhux għalih innifsu. Huwa proġett ta’ mħabba li fih Alla ried iseħibna fit-twettieq tiegħu. Dan jidher ċar mhux biss minn barket Alla lill-bniedem, “Nisslu u oktru, u imlew l-art u aħkmunha”, imma wkoll mill-mod stess kif taħdem u toktor in-natura maħluqa minnu. U għaliex il-bniedem nnifsu huwa parti minn dan il-ħolqien ta’ Alla, allura l-umanità wkoll hija proġett ta’ Alla. Continue reading “Meta l-proġetti ta’ Alla, nagħmluhom tagħna.”