
Minn isimha stess, insejħulha, il-“Festa tal-Laħam”. Mhix festa bħal tant oħrajn ta’ xi prodotti agrikoli jew tal-ikel li minn żmien għal żmien jorganizza xi Kunsill Lokali, anzi din tkun ċelebrata fuq skala nazzjonali, għalkemm f’xi bliet u rħula bħal donnu jiffesteġjawha ħafna aktar bil-kbir. Bosta jaraw fiha r-renju tal-bluha, għalkemm oħrajn jsostnu li dan jaħkem matul is-sena kollha. Imma dawk li jmorru lura fis-snin u jfittxu fl-għeruq tal-istorja jgħidu li aktarx oriġinat bħala l-aħħar okkażjoni li l-poplu kellu qabel jidħol fl-erbgħin jum ta’ sawm strett u astinenza perfetta li l-Knisja Kattolika kienet titlob minnu kull sena għal żmien ir-randan. Continue reading “Festa tal-laħam jew karnival is-sena kollha?”