Konċistorju għall-Kanonizzazzjoni

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn 11 ta’ Frar, fl-Awla tal-Konċistorju fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan inżamm Konċistorju Pubbliku Ordinarju fejn ġew kanonizzazzjoni dawn il-Beati:

– Antonio Primaldo u sħabu, martri;
– Laura di Santa Caterina da Siena Montoya Y Upegui, verġni, fundatriċi tal-Kongregazzjoni tal-Missjonijiet ta’ Marija Immakulata u Santa Katerina ta’ Siena;
– Maria Guadalupe Garcia Zavala, ko-fundatriċi tal-Kongergazzjoni ta’ dawk magħrufa bħala Handmaids of St Margaret Mary (Alacoque) u dawk li jgħinu lill-foqra.

One thought on “Konċistorju għall-Kanonizzazzjoni”

  1. Nitolbu għall-Papa Benedittu XVI f’dawn il-jiem iebsa għalih. Ħasra li kellu jsofri ħafna minn min suppost assistih fil-Ministeru tiegħu. Jalla dan il-ġest kuraġġjuż iwassal għall-għaqda mill-ġdid fi ħdan il-Knisja Kattolika.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading