Meta l-proġetti ta’ Alla, nagħmluhom tagħna.

“Fil-bidu, Alla ħalaq is-sema u l-art.”

Meta l-awtur tal-ewwel ktieb tal-Bibbja, il-Ġenesi, fl-ewwel vers tal-ewwel kapitlu kiteb dan il-kliem, ma naħsibx li kienet l-intenzjoni tiegħu li jwasslilna fatt storiku, imma li jagħtina prinċipju bażiku.

“Fil-bidu, Alla ħalaq is-sema u l-art.”  Dan huwa il-prinċipju li minnu toħroġ kull eżistenza u li fuqu trid tkun ibbażata kull ħidma tal-bniedem.  Għaliex il-ħolqien huwa kollu kemm hu proġett ta’ Alla; mhux għalih innifsu. Huwa proġett ta’ mħabba li fih Alla ried iseħibna fit-twettieq tiegħu.  Dan jidher ċar mhux biss minn barket Alla lill-bniedem, “Nisslu u oktru, u imlew l-art u aħkmunha”, imma wkoll mill-mod stess kif taħdem u toktor in-natura maħluqa minnu.  U għaliex il-bniedem nnifsu huwa parti minn dan il-ħolqien ta’ Alla, allura l-umanità wkoll hija proġett ta’ Alla. Continue reading Meta l-proġetti ta’ Alla, nagħmluhom tagħna.

Il-Papa ma rriżenjax imma …

 

IL-PAPA MA RRIŻENJAX MINN SEJĦA

IMMA WIEĠEB GĦAL OĦRA

Fl-2009, kien żar il-qabar tal-Papa Ċelestinu V

BXVI-makturWara li bil-mod il-mod bdiet tgħaddi l-ħasda tal-aħbar li Benedittu XVI kien se jwarrab mill-pontifikat tiegħu u jirtira f’ħajja ta’ talb u kontemplazzjoni, dawk li jsegwu mill-qrib il-kitbiet u d-diskors tiegħu bdew jifhmu kemm din ma kinitx deċiżjoni li huwa ħa f’salt, imma kemm dan il-papa, ilu snin jiddixxerni l-possibiltà li jagħmel dak li qed jagħmel.

Kienet kumbinazzjoni li fil-bidu stess tal-pontifikat tiegħu, Joseph Ratzinger għażel għalih innifsu l-isem ta’ Benedittu, l-istess isem tal-qaddis minn Norcia, li għix bejn is-snin 480 u 547, u li llum għadu mfakkar għall-ħajja kontemplattiva li għix, għall-monasteri li waqqaf u r-regola monastika li kiteb? Continue reading Il-Papa ma rriżenjax imma …