Rigal minn Alla lill-Knisja tiegħu.

Print Friendly, PDF & Email

“Annuntio vobis gaudium magnum. Nagħtikom aħbar ta’ ferħ kbir.” Waqt li bdejt insegwi kollox fuq it-televiżjoni, jiena stess kont għadni ma bdejtx nifhem sewwa l-implikazzjonijiet kbar ta’ dik l-aħbar.  L-oriġni tal-kliem bil-Latin li min jaf kemm drabi tħabbar minn dik il-gallerija majestuża fuq Pjazza ta’ San Pietru, imur lura tal-anqas elfejn sena.  Kien tħabbar l-ewwel darba mill-anġlu lil ftit rgħajja foqra mir-raħal ta’ Betlehem.  X’fehmu dawk dakinhar?  U x’qed nifhmu aħna llum dwar l-implikazzjonijiet kbar ta’ din l-aħbar unika.

Ngħid li hija aħbar unika, għaliex minkejja l-użanza antika tal-Knisja Kattolika li tippreżenta l-papa ġdid b’dawn il-kliem mill-evanġelju, imma l-aħbar hija waħda ġdida u għalhekk unika kull darba li tixxandar għaliex kull papa huwa differenti minn dawk kollha ta’ qablu u jrid iwettaq missjoni fiċ-ċirkustanzi uniċi ta’ żmienu.

Wara dak kollu li nkiteb tul l-aħħar ġimgħat u wara l-previżjonijiet kollha tal-media, jkolli nistqarr li anke fija kienet inġabret ċerta tensjoni.  Għalhekk dawk il-ftit mumenti qosra mill-aħbar tal-ħatra sakemm il-Papa ġdid tfaċċa fil-gallarija, ħsibthom li ma kienux se jgħaddu.

Mal-ewwel dehra, anke qabel ma beda jitkellem, stħajjiltu l-Papa Roncalli, mhux biss minn persuntu, ħarira imbaċċa, għalkemm mhux daqs dik ta’ Ġwanni XXIII. Anke t-tbissima u s-sempliċità tiegħu u t-tislima umli fakkruni fil-Papa li din is-sena nfakkru l-ħamsin sena minn mewtu.  Nemmen ukoll li min jifhem jaqra l-lingwaġġ tal-ġisem ikun kapaċi jikteb dwaru komponimenti twal.

Ismu

L-isem li l-Papa l-ġdid għażel għalih nnifsu, għall-ewwel darba fl-istorja tal-papiet, Franġisku, jista’ waħdu jixħet dawl fuq ix-xejra tal-pontifikat li se jkollna.  Bla dubju li fis-sempliċità tiegħu dan il-Papa huwa ammiratur kbir ta’ Franġisku ta’ Assisi.  Imma anke bħala Ġiżwita ma jistgħax jonqos li f’moħħu kellu wkoll lil missjunarju kbir Franġisku Saverju.  Ċert li fil-jiem li ġejjin ikun huwa stess li jfissrilna l-iskop għaliex għażel dan l-isem.

Niżbaljaw jekk nippruvaw nqabblu papa ma’ ieħor, imma minkejja li għaddew kważi tmien snin, f’moħħ bosta, kif ukoll fil-filmati tal-Youtube għadha ċara l-figura ta’ Benedittu XVI mill-istess gallarija. Kontra dakinhar,  il-Papa Franġisku deher liebes biss bl-abjad bla ma uża l-mozzetta ħamra kif kien għamel il-predeċċisur tiegħu.  Anke meta minħabba r-ritwal ħtieġlu juża l-istola ħamra biex jagħti l-barka, huwa reġa neħħiha immedjatament kif lesta. Ma stajtx ma ninutax  ukoll is-sempliċità tas-salib pettorali li kellu, aktarx l-istess wieħed li kien imdorri juża bħala isqof.

Kliemu

Minn dak li qal fil-ftit minuti li dam jitkellem, imma forsi ferm aktar minn dak li ma qalx wieħed jista’ jkompli jifhem min huwa Jorge Mario Borgolio u min se jkun l-Papa Franġisku.

Is-sempliċità tal-persuna dehret qawwija fis-sempliċità ta’ kliemu. “Mill-abundanza tal-qalb jitkellmu x-xuftejn.” U tassew jidher li f’qalb dan il-bniedem hemm imħabba bl-abbundanza.

Jinħass ukoll fi kliemu, is-sens ħelu ta’ umoriżmu, “Intom tafu li d-dmir tal-konklav kien dak li jagħti Isqof lil Ruma.  Jidher li ħuti l-Kardinali marru jfittxuh kważi f’tarf id-dinja.  Imma issa qegħdin hawn.”

Fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ din il-ħatra, meta l-Papa ta’ qabel għadu ħaj, imma anke kieku ma kienx, il-Papa l-ġdid ma jonqosx li jirreferi għall-predeċissur.  Imma l-impressjonanti din id-darba hu kif il-Papa Franġisku mhux biss appella biex l-insara jkompli jżommu lil Benedittu XVI fit-talb tagħhom, imma kif huwa stess, f’dak il-mument important talab mal-folla t-talb sempliċi, imma b’tant tifsira; il-Missierna, is-Sliema u l-Glorja għall-Papa ta’ qablu. Ma nemminx li dan kien sempliċi ġest, u l-folla ntebħet bil-ġenwinità tal-bniedem li kellha quddiema għax esprimiet l-approvazzjoni tagħha bl-applaws enormi.

It-Talb

Iżda dan ma kienx l-uniku mument f’dan id-diskors qasir, li l-Papa talab mal-folla u tkellem dwar it-talb.  Huwa ħeġġeġ lil dawk preżenti, “Nitolbu dejjem għal xulxin, wieħed għall-ieħor. Nitolbu għad-dinja kollha biex ikun hemm fratellanza kbira.”

Imma forsi l-aktar li laqgħat lil kull min kien qed jisemgħu, kemm mill-pjazza u kemm minn fuq it-televiżjoni kien l-att ta’ umiltà tiegħu li qabel ma ta l-barka, Urbi et Orbi, talab lill-folla biex titlob il-barka ta’ Alla fuqu.

“U issa nixtieq nagħti l-benedizzjoni, imma qabel, qabel nitlobkom pjaċir.  Qabel ma l-Isqof ibierek lill-poplu, nitlobkom biex intom titolbu lill-Mulej jbierek lili. It-talba tal-poplu li jitlob il-benedizzjoni għall-Isqof tiegħu.  Nagħmlu fis-silenzju din it-talba tagħkom fuqi.”

U hawn huwa baxxa rasu għal ftit sekondi waqt li dawk preżenti talbu għalih.  Nistqarr li għalija kienet xena tassew li qanqlitni u li mlietni b’kuraġġ u tama.

Fl-aħħar tad-diskors tiegħu, qabel daħal lura, tenna mill-ġdid, “Itolbu għalija.”

Petrus Romanus

Żgur ukoll li ma kienx kumbinazzjoni li tul id-diskors kollu tiegħu, il-Papa Franġisku ma uża qatt il-kelma, “Papa”, imma rrefera dejjem għalih inifsu bħala l-Isqof ta’ Ruma.  “Il-komunità djoċesana ta’ Ruma għandha l-Isqof tagħha.” Anke meta semma lil Benedittu XVI, huwa rrefera għalih bħala l-Isqof Emeritu tagħna.

Qal ukoll, “U issa nibdew din il-mixja, l-Isqof u l-poplu, Isqof u poplu; din il-mixja tal-Knisja ta’ Ruma.”   Kien propju hawn li fisser il-primat tiegħu u tad-djocesi ta’ Ruma bħala wieħed ta’ presidenza fl-imħabba fuq il-Knejjes kollha.  Nemmen li kienet ukoll f’dan is-sens ir-referenza li għamel għall-Kardinal Vigarju li jgħinnu fl-“evanġelizzazzjoni ta’ din il-Belt sabiħa”.

Wara dan l-aġir, hemm tifsira kbira u profonda li dan l-Isqof ġdid ta’ Ruma xtaq iwassal, għaliex huwa wkoll li tassew jemmen fiha.  Dan huwa tassew Pietru, l-Isqof ta’ Ruma, li f’idejh il-Mulej Ġesù fada l-Knisja tiegħu.  Dan huwa Petrus Romanus.

Isqof tal-Poplu

Sa minn qabel il-konklav, kien inkiteb ħafna dwar il-mod ta’ ħajja sempliċi ta’ dan l-Isqof u Kardinal; li spiss kien jivvjaġġa bl-istess transport li juża l-pubbliku, li kien jgħix f’appartament sempliċi, li kien isajjar hu stess għalih innifsu, li kien tant qrib tal-fqar u tal-batuti.  Nistħajjel li ħafna minn dan issa jkollu jieqaf, għalkemm l-Papa l-ġdid bħal donnu jixtieq jibqa tassew qrib il-poplu tiegħu u forsi wkoll b’mod informali.   Huwa sa wasal li jgħidilhom x’kien bi ħsiebu jagħmel l-għada. “Għada rrid immur nitlob lill-Madonna biex tħares lil Ruma kollha.” Aktarx li l-anqas l-istaff tiegħu kien għadu ma jaf b’dan il-pjan li kellu.   Anke l-arriverderċi li ta fl-aħħar fiha ħafna x’tifhem u tapprezza, “Niltaqgħu ma ndumux.”

Jalla s-sistema spiss burokratika ta’ madwaru tħallih jagħmel dan u ma tibdlux ħafna.  Għalhekk, kif ħeġġiġna huwa stess, inkomplu nitolbu għalih.

Joe Farrugia

Ara d-diskors kollu tal-Papa bil-Malti …>

http://laikos.org/Fr1-%20L-ewwel%20diskors.doc

45 thoughts on “Rigal minn Alla lill-Knisja tiegħu.”

  1. Papa Frangisku giebna konxji biex naraw hwejjeg mhux bis-sensi tal- ghajnejn biss, izda ukoll bis-sens tal-qalb, tal-emozzjonijiet, fejn hemm ir-rieda tajba u l-ghemmejjel b’intenzjonijiet retti. X’hasra ghal dawk li ma’ segwux dawn il-hwejjeg, ghax il-ferh tal-mument jghaddi, izda il-ferh fil-Kelma t’Alla tibqa ghal dejjem.

  2. Ikun tajjeb jekk dan il-Forum ikompli jaġġorna lill-qarreja tiegħu fuq ħidmet Papa Franġisku. Sfortunatament dan hu l-uniku artiklu fuqhu u jmur lura għal 4 xhur ilu.

  3. Grazzi lil Alla ta’ dan il papa semplici u umli. Din hija prova ohra ta kif irridu imorru lejn l-gheruq tal fidi taghna biex nergew niskopru lill Alla f hajitna u nghejxu il vera hajja nisranija jnkunu xhieda ta imhabba ghal xulxin. Grazzi.paci u sliem.

  4. Għażiż Sur Saliba, kif jidher mill-ħin stess li hemm mal-ewwel kumment tiegħek, dan lilna waslilna fit-2.56 ta’ billejl, ħin ta’ Malta. Peress li dan il-blog huwa mmexxi minn voluntiera, allura matul ċerti ħinijiet tal-jum jew tal-lejl ma nkunux nistgħu npoġġu mill-ewwel il-kummenti li jaslulna. Nassiguraw però li sakemm il-kummenti jkunu jirrispettaw l-imħabba nisranija, aħna nkunu lesti nippublikawhom, anke jekk mhux bilfors naqblu mal-kontentut tagħhom.

  5. Għażiż Sur Saliba, żgur li qatt u bl-ebda mod ma xtaqna nqabblu l-aħbar tal-ħatra tal-Papa Frangisku mal-aħbar li l-anġlu ta li-rgħajja f’jum it-twelid tas-Salvatur uniku taghna, il-Mulej Ġesù Kristu. Fl-istess waqt ma nistgħux ma ninnutawx li waqt li l-Knisja tuża l-istess kliem biex twassal l-aħbar tal-ħatra ta’ Papa ġdid, hija ma tieqaf qatt tifraħ fit-twassil tal-Aħbar it-Tajba (l-Evanġelju) li hija rċeviet 2000 sena ilu minn għand l-Imgħallem tagħha, Ġesù Kristu, u li llum trid tibqa’ twassal lid-dinja.

    Bħala suċċessur ta’ Pietru, il-Papa għandu l-ewwel obligu li jkompli jwassal din l-aħbar ta’ ferħ lil ħutu l-insara l-oħra, u għalhekk l-aħbar li l-Knisja tat nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Marzu mill-gallarija tal-bażilika ta’ San Pietru hija tkomplija tal-aħbar imwassla mill-anġlu, għax kif kiteb l-Appostlu Pawlu, anke aħna llum irridu nkomplu f’ġisimna dak li huwa nieqes mit-tbatijiet ta’ Kristu, għall-poplu tiegħu li hu l-Knisja (Kol 1:24).

    Madankollu, kif qal il-Papa Franġisku nnifsu fl-udjenza li kellu nhar is-Sibt filgħodu mal-ġurnalisti, “Kristu huwa ċ-ċentru, mhux is-suċċessur ta’ Pietru, imma Kristu” Għalhekk post Kristu ma jista’ jieħdu ħadd. Dwar jekk Kristu ħalliex lil San Pietru biex ikompli jindokra l-merħla tiegħu u jsaħħaħha fil-fidi, ippermettili nirreferik għall-Evanġelju skont San Luqa (22:32). Hemm nemmen li għandek issib tweġiba.

    Insellimlek ħabib. Alla Missierna jberikna lkoll, għax lkoll uliedu.

  6. Ghadni kif ghamilt ftit kummenti fuq dan l-artiklu u milli jidher u kif stennejt ma gewx accettati mill-moderatur. Mhijiex sorpriza ghalija. Ma stennejtx mod iehor minn dawk li jridu jibqghu maghluqin fid-dlam cappa u ma jridux jafu l-verita’. Meta jigi lura Kristu tkunu tafu bil-gideb li ghallimtu lill-fidili taghkom.
    Hasra! Hasra! Hasra! Nithassarkom!

  7. X’daghwa fahxija li l-awtur ta’ dan l-artiklu fil-bidu tieghu iqabbel l-ahbar ta’ ferh tat-twelid tal-Messija,l-Iben Mahbub t’Alla, mal-hatra tal-papa l-gdid!!! L-ebda bniedem komuni (u kulhadd hu komuni u midneb)ma jista’ qatt jitqieghed fuq l-istess livell tar-Redentur taghna. Nghid lill-Kattolici kollha, specjalment lill-Maltin, li Kristu qatt ma halla lil xihadd iehor (vigarju) biex jiehu postu wara li hu kellu jhalli did-dinja u jmur ghand Missieru. La lil San Pietru u lanqas lil dawk li l-Knisja Kattolika matul is-snin ghazlet bhala s-successuri tieghu. Aqraw il-Bibbja sewwa, ifthu ghajnejkom, u ssibu li dan hu veru.
    THE TRUTH SHALL MAKE YOU FREE. God bless.

  8. Grazzi tal-artiklu nteressanti. Iva, hawn fl-Awstralja kien hawn interess kbir dwar il-hatra ta’ Papa gdid u minhabba d-differenza fil-hin hafna damu jistennew anki sas-sieghat bikrin ta’ filghodu taghna. Jidher bniedem umli u qaddis u nittamaw li jkun ta’ gid kbir ghall-Knisja fit-tmexxija tieghu. Ninghaqdu ma’ l-Insara kollha madwar id-dinja biex Alla jghinu jaghmel dan.

  9. Dal-Papa diġa għeżżeż lil Knisja…BL-UMILTÀ SPONTANJA tiegħu. Papa li ma jibżax itella’ ‘l fuq, fil-wiċċ, lil KRISTU, mit-tradizzjoni li ħoloq iż-żmien.

  10. Exclusive: Pope Francis visits Cardinal Jorge Mejía in the hospital

    March 15, 2013. (Romereports.com) (-ONLY VIDEO-) In a surprise visit, Pope Francis went to a local Roman hospital to visit his friend and fellow Argentinian, Cardinal Jorge Mejía, who suffered a stroke last Thursday. The unplanned visit lasted about 30 minutes and it was not announced to the public. This marks the Pontiff’s second public outing since being elected Pope on March 13th.

    Aqra aktar u ara l-filmat esklussiv … ikklikkja

  11. Kwotazzjoni tal-Papa Frangisku dwar id-devozzjoni lejn it-talba tar-Ruzarju Mqaddes.

    After the death of Pope John Paul II in 2005, then-Cardinal Jorge Mario Bergoglio recounted how John Paul II’s example inspired him to “recite the fifteen mysteries of the Rosary every day.”

    “If I remember well it was 1985. One evening I went to recite the Holy Rosary that was being led by the Holy Father [John Paul II]. He was in front of everybody, on his knees. The group was numerous; I saw the Holy Father from the back and, little by little, I got lost in prayer. I was not alone: I was praying in the middle of the people of God to which I and all those there belonged, led by our Pastor.

    I felt that this man [John Paul II], chosen to lead the Church, was following a path up to his Mother in the sky, a path set out on from his childhood. And I became aware of the density of the words of the Mother of Guadalupe to Saint Juan Diego: ‘Don’t be afraid, am I not perhaps your mother?’ I understood the presence of Mary in the life of the Pope.

    That testimony did not get forgotten in an instant. From that time on I recite the fifteen mysteries of the Rosary every day.”

  12. Interessanti kemm nies kkummentaw dwar dan il-Papa gdid li Alla berikna bih. Donnu minn jumejn ilu fil-Knisja bdiet xi haga gdida, rih gdid u frisk.

    Nittama u nitlob biex ma nibqax fuq il-livell ta’ ammirazzjoni misthoqqa, imma li nhalli ix-xhieda ta’ dan il-vigarju ta’ Gesu’ tibdilni, u tibdilna bhala komunita’ li tixtieq ukoll tevangelizza.

    Kemm kienet aktar effettiva l-istedina tieghu biex nitolbu flimkien mieghu, minn mitt diskors fuq it-talb! F’temp ta’ 5 minuti mhux biss ghallimna, imma dahhalna mieghu f’esperjenza awtentika ta’ talb. Min jaf kemm nies fi Pjazza San Pietru iqisu ruhhom atei jew ma jipprattikawx, u dak il-hin talbu!
    J’Alla ahna wkoll nitghallmu nkunu nies ta’ talb genwin, ghalkemm forsi t-talb taghna fqir ukoll, li nsibu mod naqsmu din l-esperjenza ma’ ohrajn. nitghallmu nibnu l-komunjoni, jew aktarx naccettawha bhala rigal minnghand Alla, permezz tat-talb, talb komunitarju imma hiereg mill-qalb.
    J’Alla wkoll inhallu l-ghazla tieghu tal-faqar mhux biss tinterpellana bis-serjeta’ imma tibdilna u tibdel l-agir, l-ghazliet, il-gosti, u l-motivazzjonijiet taghna, biex nikbru f’dak li hu tassew faqar evangeliku, u mhux sempliciment faqar materjali ‘sterili’.

    Grazzi Mulej ta’ dan ir-rigal li tajtna. Grazzi wkoll tal-isfida li qed tipprezentalna fih. Ghinna nergghu niskopru bis-serjeta’ il-valuri li qed jipproponi lilna u lid-dinja kollha, nilqghu din l-isfida li nghixuhom, biex lil din id-dinja mifxula nwasslulha Ahbar Tajba, mhix facli, imma mimlija ferh u hena tal-qalb.

  13. Ghalija kienet u ma kienetx sorpriza l-elezzjoni tal-Papa Frangisku. L-ewelnett kien hemm hafna talb u fuq kollox naf li Alla dejjem qieghed mall-Knisja tieghu u ghalhekk nemmen li kien ser jaghtiha l-Mexxej li ghandha bzonn fil-prezent.

    Jidher bic-car li diga seraq il-qlub tá kulhadd. S´intendi l-ghedewwa jibqghu ghedewwa li dejjem huwa difficli tikkonvencihom. Diga ghandna ahbarijiet mill-BBC fejn ghall-bidu fahhruh u issa qed jippruvaw joskoruh. Pero dan ma jipprekupanhiex. Ghandna Papa b´mohh tá Geswita pero b´qalb tá Frangiskan: dawn huma zewg komponenti li jekk hu jirnexxilu jghaqqadhom flimkien ikun tassew ir-Raghaj li tant ghandna bzonn.

    Tajjeb li ahna nkomplu nitolbu ghalih u li dawk tá madwar, l-aktar nies qrib tieghu jaghmnluhielu facli halli jkompli johrog il-karizmi tieghu ghall-gid tal-Poplu tá Alla. Diga tana x´nifhmu li huwa BNIEDEM KARIZMATIKU. Alla li sejjahlu jkun Alla li jibqá jghinu.
    L-unika haga li xtaqt aktar minn dawk li ghandu diga hija: LI KIEKU KIEN INQAS FL-ETÁ KIEN IKUN AHJAR…Ghandu 77 sena…hafna ghal hafna xoghol li hemm jistennieh. Nitolbu li Alla jaghtih ghomor twil mimli sahha fizika u mentali halli jaqdi d-dmirijet tieghu minghajr tbatija.

    Il-kwalitajiet sbieh li ghandu nemmen fihom u nifhimhom ghaliex wara 12-il-sena nghix mall-LatinAmerikani naf bizzejjed is-sbuhija tal-karattru taghhom u anke il-kwalitajiet pozitivi li ghandhom frott l-ambjent, hafna drabi iebes u tá faqar li jghixu fih. Affarijiet pozitivi li jiena ppruvajt u ghadni nipprova li jkolli fija.

    Grazzi Mulej ghar-rigal li tajtna.

  14. I believe most of the youths are touched by HIS WAY OF BEING DETTACHED FROM EARTHLY THINGS AND IS VERY SIMILAR TO ST. FRANCIS WHO LOVES TO BE POOR WITH THE POOR OF TODAY . WITH ONE LUNG TO BREATH ALL HIS GOODNESS OUT AND SHOUT WITH HIS PRESANCE THAT EVERYTHING IS POSSIBLE FOR THOSE WHO LOVE HIM

  15. Kemm huwa faċli li bniedem jintefa fuq il-keyboard u jagħfas it-tipi, il-kliem jibdew jinbnew mill-ideajat li joħorġu … iżda l-importanti hu, dawk il-ħsibijiet, kemm huma validi u maħsubin, kemm huma qaddisa u ġenwini ? Qabel il-Konklavi kienu ħafna dawk il-kurrenti kiesħa li kienu qed jiċċirkulaw ma’ Malta kollha permezz tal-medja; e-mails, taħditiet ta’ opinjonijiet, korrispondenza, programmi sħaħfuq it-televiżżjoni u r-radju.

    Nibdew bl-e-mails; ħarġet l-idea li taddotta Kardinal. Huwa tajjeb li titlob, iżda mhux għal dak il-Kardinal partikulari biss, imma, għall-Kulleġġ kollha tal-Kardinali. Programmi ta’ opinjonijiet fuq it-televiżżjoni forsi kienu l-aktar li għamlu ħsara, mhux għall-Papa elett, iżda minħabba ż-żerriegħa li nxterdet, ormaj, ilha tinxtered, ukoll minn opinjonijiet li taw ċerti Saċerdoti. Kemm hija ħaġa ta’ stmellija, tal-biki, li tisma’ Saċerdot jistqarr li l-Papa l-ġdid għandu jikkunsidraw li jwarrab iċ-ċelebat, u li hu personalment (dak li kien qed jitkellem), lest li kieku jiżżewweġ. Tgħiduli, dik hija opinjoni. Hekkhu.

    Iżda, f’ġieħ is-sewwa, ma nippretendix kummenti bħal dawn min-nies li suppost moħħhom miftuħ, li studjaw, li jafu l-Istorja tal-Knisja, li suppost huma ‘Alter Christus’. Jien min jien biex nazzarda nissuġġerixxi, jew nuri xewqa kif għandu jkun il-papa l-ġdid? Qatt ma waqafna naħsbu li l-Papa Franġisku ilu magħżul minn Alla mill-eternita? Qatt ma qallha lill-kongregazzjoni, dan l-individwu, u oħrajn, waqt xi omelija tal-Ħadd. Papa Franġisku ilu mill-eternita magħżul, bl-isem li għażel b’kollox. L-Argument hu li huwa l-Ispirtu s-Santu li jnebbaħ l-imħuħ tal-Kardinali, biex iwarrbu ċerti preferenzi, kwalitajiet, gosti, nteressi personali … sakemm huma jaslu f’dak l-istat li moħhom ikun qed jiffunzjona, jaħdem fuq l-istess frekwenza ta’ l-Ispirtu s-Santu. Imbagħad joħroġ ‘id-duħħan l-abjad.’

    Jien min jien, lanqas biss nazzarda naħseb li għandi nagħti opinjoni. Minn dak kollu li smajt, qrajt u nkwetani minħabba l-faqar ta’ l-ispirtu veru kristjan, kelli konsolazzjoni waħda biss; daqs jumejn qabel l-għażla waqt li qed insegwi program fuq TV2000, ċemplet persuna u qalet li kienet qed titlob ‘l Alla li jkollna Papa li jimxi fuq il-passi ta’Franġisku ta’ Assisi biex jerġa’ jibni l-Knisja Tiegħu. Kienet telefonata providenzjali, anzi, profetika.

    Għall-grazzja t’Alla Papa Franġisku jidher li hu mżejjen b’umilta u sempliċita kbira, IŻDA, aħna lkoll għandna bżonn li nimitaw dawn iż-żewġ virtujiet. Nevitaw li nikkumentaw li issa wasal Papa kbir u qaddis, karismatiku u mexxej kbir. Iva, nemmen li hekk hu. IŻDA, kull Papa li kellna, għall-grazzja t’Alla, kien qaddis, kbir u kariżmatiku u mexxej kbir. Kollha kienu differenti minn xulxin bħala karattru. Hija prużunzjoni li ngħidu li, għax Papa Emeritus Benedittu rreżenja, b’sens ta’ rġulija… ergo hekk imissu għamel Papa Ġwanni Pawlu II meta kien marid. Min jikkumenta hekk huwa minħabba li ma jafx x’ġid spiritwali kbir ħareġ mill-eżempju ħaj dak iż-żmien ta’mard, ma jafx kemm saru konverżjionijiet. Hemm elf ħaġa oħra xi tgħid.

    Fl-aħħar irrid nuri l-qbil tiegħi ma’ dawk li qalu li possibilment ma għandux jissejjaħ ‘Petrus Romanus’ għax dan it-titolu jista’ jkun interpretat (…u, Alla jbierek ħafna huma kapaċi jinterpretaw) b’mod falz, ħażin u allarmanti għal min hu dgħajjef jew sajjem fit-Tagħlim. Nappella lil kulħadd biex ningħaqdu fi spirtu kristjan u nitolbu għall-maħbub Papa Franġisku, kif dejjem tlabna qabel, mhux biex Alla jagħtih is-saħħa, iżda biex jingħaqad aktar u aktar ma’ Kristu, fil-qdusija biex ikun ta’dawl għalina. Nawguraw, lill-maħbub Ragħaj, li jesperjenza it-Trasfigurazzjoni tiegħu; sinjal li jkun wasal fil-quċċata tal-qdusija. Amen.

    Tony Mahoney

  16. Our Beloved Shepherd is truly a humble man, may the Lord bless him – I am reminded of Morris West’s book ‘The shoes of the Fisherman’, we should not be surprised to find him going out of his apartments and walking amongst the people. Lord watch over him and give him all the wisdom and discernment he needs, the insight and foresight to see the pitfalls and the right people around him to be shepherds of this your beautiful church. – Amen.

  17. F’jumejn dan il-Papa ġdid qal kliem u għamel mossi li huma evidenti parti mis-sempliċita’ tiegħu. J’Alla dawn ikunu l-marka tal-Pontifikat tiegħu biex il-Knisja timxi spalla ma’ spalla man-nies tat-triq, tidħol fid-djar tan-nies, tilqa’ liż-żgħażagħ u l-minoranzi, u tkun hemm għalihom. Għalkemm għandu biċċa xogħol iebsa, il-Papa Franġisku se jkollu wkoll l-id t’Alla tmexxih u dan iħaffiflu mhux ftit il-piż kbir li waqa’ fuqu. Nitolbu għalih biex ikun jista’ jagħmel ir-rieda t’Alla.

  18. I discussed my first impressions on Pope Francis in a post I wrote for zuntier.com – This can be viewed on: http://zuntier.com/2013/03/my-first-impression-of-francesco/

    An extract from the post: “If you go around asking what people appreciated most in those 15 minutes, I am almost sure most would say the Pope bowing his head. Before he blessed the whole world, he asked us to pray for him so that God blesses their Bishop. And then silence. Total silence. Silence was only broken when the formal preparations for his first Urbi et Orbi was to be prayed.”

    In this article I discussed the first few minutes of the new Pope. Would appreciate your comments :)

  19. in my opinion it is too early to pass a correct judgement after 2 days as christ’s vicar; most of the judgements ,might be based on his appearance at the vatican balcony and his short address to the largest audience. his curriculum vitae and his role as archbishop and his way of life and his pastoral mission need to be made more manifest. we admire his simplicity, his humility his way of addressing his audience and how he passed the first triduum as a vicar of christ. i do not think i can take part in a discussion; yet i thank u a lot. i rely on the holy spirit who can do wonders
    blessings
    anton mallia borg

  20. M’ghandix dubju li ser ikun Papa u ‘papa” tal popli kollha. j’Alla l-Ispirtu s-Santu jkompli jimlieh b’intelligenza u l-hegga li ghandu bzonn. Nitolbu ghalih biex is-Sahha kemm mentali kemm fizika tibqa tajba halli jkompli jghamel il-gid fit-tigdid tal-Knisja Kattolika.

  21. Impressed when the Holy Father asked the gathering to pray for him and all the square went silent.

  22. Jiena skantajt kif sar Papa wiehed Gizwita fis-sens li jiena mingħalija li l-Gizwiti qatt ma setghu u ghandhom vot specjali extra ta’ ubbidjenza lejn il-Papa.
    Nixtieq kieku risposta minghand xi hadd li hu intiz.
    Jien li laqatni dan il-Papa hu kemm hu bniedem li jemmen fit-talb. U jemmen fit-talb b’mod relaxed b’lingwagg li anki fi pjazza san Pietru fehmuha mal-lewwel u kienu pronti kkomunikaw miegħu bl-istess lingwagg. Kont tista’ biex nghid hekk tmiss il-prezenza ta’ Gesu fill-Knisja tieghu permezz tan-nies prezenti.
    Il-fundatur tal-Gizwiti San Injazju qal: Ahdem daqslikieku kollox jiddependi minnek u itlob daqslikieku kollox jiddependi minn Alla.
    Grazzi

  23. Prosit u grazzi. Jehtieg li naghmlu kuragg ghaliex jien perswazz li Papa Francis sejjer ikun mexxej kbir ghall-Insara kollha, f’mument tassew delikat ghal Knisja. Meta tqis kollox, dak li gara gimghat ilu u issa, zgur li hemm id Alla. Konvint min dan, jehtieg li lkoll nibqghu nishru u nitolbu sabiex ahna nwiegbu ghall-grazzi li Alla, fil-hniena tiegHu qed jxerred fuqna.

  24. Papa li diga seraq il-qlub tad-dinja Kattolika bis-semplicita u umilta tieghu. Jidher li mdorri jghix mal-foqra u ghalhekk jista’ jiffiemhom hafna ahjar. L-unika zvantagg li ghandu hija l-eta, ghax mhux zghir, biss nitolbu ‘l Alla biex jaghtih l-ghajnuna u s-sahha li ghandu bzonn biex immexxi l-knisja f’dal mumenti hekk difficli.

  25. Jien nahseb li anqas ma nuzaw l-espressjoni PETRUS ROMANUS ahjar ghax fiha konnotazzjonijiet ta’ hafna spekulazzjonijiet apokalittici li nahseb ma jaghmlu gid lil hadd, specjalment certi ghejjun anti-Kattolici li jidentifikaw lil Papa ma figuri negattivi (euphemism) fil-Ktieb ta’ l-Apokalissi. San Malakija ma nemminx li kien infallibli.

  26. F’parti ohra ta’ dan il-blog ilha zmien ghaddejja diskussjoni dwar id-djakni permanenti f’Malta. Donnu li waqt li bosta jaqblu mal-kuncett imma r-ragunijiet ghadhom mhumiex cari. Naqbel hafna li ghandhom jidhlu u malajr. Basta ma jkunux biss ghac-cerimonji.
    Il-Papa l-gdid qed jaghti l-ewwel sinjali. Qed juri li c-cerimonji ftit huma ghal qalbu. Barra minn hekk il-hajja tieghu ta’ isqof u kardinal uriet fejn ghandha tkun il-hidma tal-Knisja ; fost il-fqar u l-batuti.
    Hemm ghandhom iwettqu il-ministeru taghhom id-djakni permanenti, lebsin il-fardal madwar l-imwejjed u mhux fic-cerimonji lebsin it-tunicelli.

  27. Vatican City, 14 March 2013 (VIS) – It was no secret. Like one who has no cares that everyone knows what he intended to do, at 8:24pm last night in his first public appearance he stated: “Tomorrow I am going to pray to the Virgin, for the safekeeping of all of Rome.”

    Dal-kliem mir-rapport tal-Vatikan stess jikkonferma dak li inti kont diga’ ktibt qabel fil-kummenti tiegek ta’ hawn fuq, li meta l-Papa Frangisku habbar li l-ghada kien fi hsiebu jmur jitlob quddiem il-Madonna, aktarx li l-anqas l-istaff tiegħu kien għadu ma jaf b’dan il-pjan li kellu.

  28. L-umilta li wera u li qrajt fuqu il-lum igalni nitlob lill Mulej biex izomm idejh fuqu ghax se jkun asset kbir ghal Knisja.
    Immagina Kardinal Arcisqof ta djocesi kbira jghix gio appartament wahdu, isajjar ghalih u jghin Gizwita inkapacitat u kull fejn imur jew bit tram jew bil-karozzatal-linja.
    Il-bierah mar lura ma l-ahhar mini bus li l-KardinalI kellhom u skond Kard. Dolan ha l-gurament ta lejalta minn ghand il-Kardinali minn fuq is-siggu li kien qieghed bhal Kardinal. Veru SERV tas SERVI.
    Qieghed nisthajlu Papa Gwanni I

  29. Kont rassenjat u inkwetat ghax hsibt li l-hwejjeg li qed jaghmel u s-sinjali li qed jaghti dan il-Papa ma konna qatt se narawhom fil-Knisja, ta’ l-anqas fi zmienna. Imma fortunatament kont zbaljat. Iva l-Mulej ghadu anke llum mal-Knisja tieghu.

  30. Ir-referenza fil-kitba tiegħi hija ġejja biss mill-insistenza ta’ dan il-Papa li jkun l-ewwel u qabel xejn, l-Isqof tad-djoċesi ta’ Ruma. Huwa biss bħala tali li huwa wkoll Suċċessur tal-Appostlu Pietru u b’hekk kif qal huwa stess għandu wkoll Presidenza ta’ mħabba fuq il-Knejjes l-oħra kollha.

  31. Meta fl-artiklu tirreferi ghal Papa Frangisku bhala, Petrus Romanus, b’dan qed talludi ghall-ahhar papa msemmi fil-profeziji ta’ San Malakija?

  32. Nirringrazzja ‘l Alla li tana Papa semplici u umli biex fuq il-passi ta’ Kristu, bhar-raghaj it-tajjeb, imexxina u jiggwidana. Meta talab lill-folla titlob ghalih, kien verament mument specjali li zgur dawk prezenti qatt m’huma se jinsew!

    Diga’ beda jghallimna – li nitolbu ghal xulxin.

  33. I believe that his greatest obstacle would not be from his security personnel but from the Roman Curia.

  34. Tahseb li jirnexxilu jinfed il-kurdun tas-security li soltu jdawwru lill-Papiet ta’ qablu biex hekk ikun jista’ jibqa tassew fost il-poplu?

  35. Jekk il-Papa l-gdid jghinna napprezzaw mill-gdid il-qawwa u l-bzonn tat-talb, allura jkun diga’ wettaq hafna. It-talb semplici tieghu mal-poplu, Missiera, Sliema u Glorja kien ta’ ezemplju kbir.

  36. Tassew Alla jaghti lill-Knisja, mexxejja ghal qalbu skont il-bzonn taz-zmien.

  37. Hu interssanti, li l-Papa gie maghzul mill-Amerika Latina, ghal raguni principali: l-Knisha f´dak il-kontinent wara l-Koncilju ghamlet mixja originali hafna, bil-laqghat kbar maghrufin bhala ta Medellin u Puebla,li fihom ippartecipaw l-Isqijiet kollha. Baqghu maghrufin minhabba l-Ghazla Evangelika u Preferenzjali Favur il-Fqar.

    U li imbaghad frott ta hafna diskussjoni u riflessjoni ta´teologi u ta nies gejjin minn xjenzi ohrajn, waslu ghal konkluzjoni li l-kawza jew kawziet tal-faqar u mizerja fid-dinja huma strutturali. Jigifier li flimkien mal-karita li ahna mqanqalin naghmlu mill-Evangelju irridu wkoll nippreokkupaw ruhhna bir-riformi strutturali mehtiega.Il-Vangelu heggigna wkoll biex ikollna l-ghatx tal-gustizzja kif johrog car fil-priedka tal-muntanja.
    Internament fil-Knisja frott tal-maghmudija gew inkoraggiti l-ministeri bhala responsabilta tal-lajci. Xejn kompletament gdid: l- gdid kien l-enfasi li inghatghat ghal dawn iz-zewg aspetti, flimkien ma l-inkoraggiment tak-kkomuitajiet zghar: li l-parrocci ghandhom ikunu “komunita tal-komunitajiet”.Kwistjoni ta enfasi.
    Grazzi.
    Dun Gwann Caruana, Dar tal-Kleru.

  38. Veru Papa Uman – L’isem li ghazel jghati sinjal kif sejjer immexxi, Semplicita, Imhabba u jidher li jaf xi jrid. Ad Multos Annos.

  39. Qabel il-konklavi, il-mezzi tax-xandir u l-opinjonisti fasslu lil kull kardinal li kien “papabbli” fuq il-mudell uman, jiġifieri aktar fuq il-ħiliet maniġerjali tiegħu milli fuq il-virtuwijiet meħtieġa biex il-Vigarju ta’ Kristu jmexxi l-merħla lejn il-veru għan aħħari tagħha: il-ħajja eterna. Imma l-Ispirtu s-Santu jirraġuna b’mod differenti għal kollox għax għal Alla l-umiltà, it-tjubija tal-qalb, is-sempliċità, kwalitajiet li jmorru ‘l hinn mill-kriterji li bihom ikejjel il-bniedem mogħmi mill-mabizzjoni u l-poter, huma ferm aktar importanti, anzi huma l-kriterji uniċi. Jekk kien hemm bżonn ta’ prova oħra li minkejja li l-Knisja hi mmexxija mill-bnedmin bid-difetti kollha tagħhom, hija xi ħaġa li ma nistgħux inkejluha bil-qisien esklussivi tagħna għax tittraxxenti l-bniedem, żgur li hi l-elezzjoni tal-Papa Bergoglio bħala Suċċessur ta’ Pietru. Il-ġudizzji kollha tal-bniedem li, fis-suppervja tiegħu jaħseb li hu minflok Alla u jgħix fl-illużjoni ta’ omnipotenza mistħajla, jiġġarfu quddiem l-omnipotenza vera u waħdanija ta’ dak Alla li, minkejja li l-bniedem qed jipprova jwarrbu biex jgħaddi mingħajru, juri ruħu bil-qawwa tiegħu kollha f’ċirkostanzi bħal dawn.

  40. May the Holy Spirit guide him and protect him and may we in turn follow his example in doing God’s will.

  41. very pleased to read what u wrote on the new pope;
    his first appearance and the contents of his speech gives a clue of his future performance as head of the church. much to learn from what he said in its simplicity
    may the holy spirit bless him and protect him
    dun anton

  42. Hal Ghaxaq: Il-Papa Frangisku rajnieh ghal ftit minuti biss. Xejn specjali. Ta` ftit kliem u ftit mossi. Pero l-ewwel impressjonijiet taghna dwaru huma hafna, bhal ma ktibt sew int hawn fuq.
    Ghandu l-kwalitajiet kollha ta` San Frangisk. Semplici u jhobb lil min hu semplici. Jhobb il-faqar. Irid ikun man-nies. Ha jkun Papa iehor missjunarju. Jidher li mohhu hemm u jaf xi jrid. Ha jkollna replika qaddisa ta` San Frangisk..

Leave a Reply to NNCancel reply

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading