Ġesù għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin

7. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 24 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Kredu aħna nistqarru li Ġesù “għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin”. L-istorja tal-bniedem tibda bil-ħolqien tar-raġel u tal-mara fuq is-sura u x-xbieha ta’ Alla u tagħlaq bil-ġudizzju finali minn Kristu. Spiss ninsew dawn iż-żewġ poli ta’ l-istorja, u fuq kollox il-fidi fil-miġja mill-ġdid ta’ Kristu u fil-ġudizzju finali kultant m’hix daqshekk ċara u soda fil-qlub ta’ l-Insara. Continue reading Ġesù għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin

Ġesù tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier

6. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 17 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Kredu nsibu l-istqarrija li Ġesù “tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier”. Il-ħajja ta’ Ġesù fuq din l-art tilħaq il-qofol tagħha fil-ġrajja tat-Tlugħ is-Sema, meta Hu jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier u jitla’ joqgħod fil-leminija tiegħu. X’tifsira għandha din il-ġrajja? X’inhuma l-konsegwenzi tagħha għal ħajjitna? Xi jfisser tikkontempla lil Ġesù li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier? Dwar dan, ejjew inħallu lill-evanġelista Luqa jdawwalna. Continue reading Ġesù tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier

It-tifsira salvifika tal-Qawmien ta’ Kristu u għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa

5. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 10 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Katekeżi tal-ġimgħa l-oħra waqafna nitkellmu fuq il-ġrajja tal-Qawmien ta’ Ġesù, li fiha n-nisa kellhom rwol partikulari. Il-lum nixtieq nirrifletti fuq it-tifsira salvifika tagħha. U għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa? Il-fidi tagħna hi mibnija fuq il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu, l-istess kif dar tistrieħ fuq il-pedamenti: jekk dawn iċedu, tikkrolla d-dar kollha. Continue reading It-tifsira salvifika tal-Qawmien ta’ Kristu u għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa