It-tifsira salvifika tal-Qawmien ta’ Kristu u għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa

5. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 10 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Katekeżi tal-ġimgħa l-oħra waqafna nitkellmu fuq il-ġrajja tal-Qawmien ta’ Ġesù, li fiha n-nisa kellhom rwol partikulari. Il-lum nixtieq nirrifletti fuq it-tifsira salvifika tagħha. U għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa? Il-fidi tagħna hi mibnija fuq il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu, l-istess kif dar tistrieħ fuq il-pedamenti: jekk dawn iċedu, tikkrolla d-dar kollha. Continue reading “It-tifsira salvifika tal-Qawmien ta’ Kristu u għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa”