Il-Papa f’Santa Marta: Tqasqis xejn, biża’ xejn

Is-Sibt, 13 ta’ April 2013: Biex insolvu l-problemi tal-ħajja hemm bżonn li niffaċċjaw ir-realtà, lesti, bħall-gowlkiper ta’ tim tal-futbol, biex nilqgħu l-ballun minn kwalunkwe naħa li jiġi. U bla ma nċedu għall-biża’ jew għat-tentazzjoni tat-tgergir, għaliex Ġesù huwa dejjem qrib kull bniedem, ukoll u fuq kollox fil-mumenti l-iktar diffiċli. Dan qalu l-Papa Franġisku fil-quddiesa ċċelebrata filgħodu tas-Sibt 13 ta’ April 2013, fil-kappella tad-Domus Sanctæ Marthæ. Fost oħrajn, preżenti kien hemm id-Direttur tas-Sikurezza u Protezzjoni Ċivili, Domenico Giani flimkien mal-familjari, aġenti tal-Korp tal-Ġendarmerija u tal-Vigili del Fuoco, omm il-Monsinjur Alfred Xuereb u diversi ħandikappati li qegħdin jieħdu sehem f’laqgħa fil-Vatikan.

aktar