6. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 17 ta’ April 2013
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Fil-Kredu nsibu l-istqarrija li Ġesù “tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier”. Il-ħajja ta’ Ġesù fuq din l-art tilħaq il-qofol tagħha fil-ġrajja tat-Tlugħ is-Sema, meta Hu jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier u jitla’ joqgħod fil-leminija tiegħu. X’tifsira għandha din il-ġrajja? X’inhuma l-konsegwenzi tagħha għal ħajjitna? Xi jfisser tikkontempla lil Ġesù li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier? Dwar dan, ejjew inħallu lill-evanġelista Luqa jdawwalna. Continue reading “Ġesù tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier”