Sekularizzazzjoni jew Sekulariżmu

Holqien tal-Bniedem

“Kollox għandu żmienu … hemm żmien biex tiskot u żmien biex titkellem” [Koħèlet 3:1, 7] F’termini moderni, dawk aktar sekulari, ngħidu li kollox għandu l-moda tiegħu, u dan mhux biss fil-ħwejjeġ u l-ilbies, imma wkoll fil-kliem. Kultant ċertu kliem jew espressjonijiet bħal donnhom isiru moda, allura ħallina nużawhom u nfajruhom, anke jekk mhux dejjem nifhmu sewwa x’inkunu ngħidu u dwar xhiex qegħdin nitkellmu. L-importanti li nimxu mal-moda, anke jekk din ma tkunx tixirqilna jew tgħodd għalina. Continue reading Sekularizzazzjoni jew Sekulariżmu

Is-Sodda Artal u l-Isptar Santwarju tal-Ħajja.

F’soċjetà li dejjem tfittex aktar l-effiċjenza u l-produttività, f’dinja li tqim lil min jipproduċi l-aktar bħala eroj, f’kultura li bħal donnu l-aktar li tista’ toffri lill-marid u lill-batut huwa biss il-ħasra, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech jikteb, “hija xewqa tiegħi li fid-Djoċesi nieħdu b’aktar impenn il-pastorali mal-morda.” Continue reading Is-Sodda Artal u l-Isptar Santwarju tal-Ħajja.