It-Tieġ mhux iż-Żwieġ

Ittra li rċevejna u li tirrakonta l-esperjenza ta’ ġuvni u tfajla li marru jgħixu flimkien bla ma żżewġu biex jiffrankaw l-ispejjeż tat-tieġ. L-ismijiet ġew mibdula biex jostru l-identità tal-persuni.  Napprezzaw jekk wara li taqra din l-esperjenza tħallilna l-kummenti tiegħek.

Jisimni Ruth. Żewġi jismu Tony. Minn sentejn u nofs ilu ‘l hawn sirt nifraħ u nħossni kburija meta nuża din il-kelma – żewġi. Ilna ngħixu flimkien kważi ħames snin, imma huwa biss f’dawn l-aħħar sentejn u nofs, li bdejt insejjaħlu żewġi. Qabel kont ngħid li kien il-partner li ngħix miegħu. In-nies kienu jgħidu li aħna poġġuti. Tant tweġġani din il-kelma! Naf li hemm min kien jgħidhielna b’disprezz, imma mhux kulħadd, għax anke ommi stess, li m’għandi ebda’ dubju mill-imħabba kbira tagħha lejja, mhux darba jew tnejn kienet użatha magħna stess. Continue reading It-Tieġ mhux iż-Żwieġ