Il-Knisja hija Omm

14. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 11 ta’ Settembru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nerġgħu naqbdu l-katekeżi fuq il-Knisja f’din is-Sena tal-Fidi. Qalb ix-xbihat li l-Konċilju Vatikan II għażel biex jgħinna nifhmu aħjar in-natura tal-Knisja, hemm dik ta’ “omm”: il-Knisja hi omm tagħna fil-fidi, fil-ħajja sopranaturali (ara Kostituzzjoni dommatika Lumen gentium, 6.14.15.41.42). Din hi waħda mix-xbihat li l-aktar jużaw Missirijiet il-Knisja fl-ewwel sekli u naħseb li tista’ tkun utli għalina wkoll. Ngħid għalija hi waħda mill-isbaħ xbihat tal-Knisja: il-Knisja omm! F’liema sens u b’liema mod il-Knisja hi omm? Nitilqu mir-realtà umana tal-maternità: x’tagħmel l-omm? Continue reading Il-Knisja hija Omm