Il-Ħamis, 31 ta’ Ottubru 2013: Quddiesa ċċelebrata fuq il-qabar tal-Beatu Ġwanni Pawlu II
Żewġ ikoni u mistoqsija. Il-Papa Franġisku pproponiehom dalgħodu, il-Ħamis 31 ta’ Ottubru 2013, fil-quddiesa ċċelebrata fuq il-qabar tal-Beatu Ġwanni Pawlu II fil-kappella ta’ San Bastjan tal-bażilika Vatikana. Flimkien mal-Papa, ikkonċelebraw mija u għoxrin saċerdot, il-biċċa l-kbira minnhom Pollakki, fosthom l-elemonier pontifiċju Monsinjur Konrad Krajewski. Waqt li kkummenta l-qari tal-jum meħud mill-Ittra lir-Rumani (8, 31-39) u mill-Evanġelju ta’ Luqa (13, 31-35), il-Papa għamel l-omelija li ġejja.
aktar