Il-Papa f’Santa Marta: Il-ferħ tat-tifkira nisranija

Il-Ħamis, 3 ta’ Ottubru 2013: Meta n-Nisrani jibdel it-tifkira tal-istorja tal-fidwa mwettqa minn Ġesù f’sempliċi tifkira, jitlef minn quddiem għajnejh il-valur ta’ wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-fidi nisranija: it-tifkira li tagħmel il-ferħ. U hekk jgħix l-Ewkaristija, jiġifieri t-tifkira li tagħmel il-Knisja, bħala ġrajja soċjali li ddejjaq. Dan qalu l-Papa Franġisku waqt li kkummenta l-ewwel qari tal-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, il-Ħamis 3 ta’ Ottubru 2013, fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

aktar