Il-Knisja fid-dmir li tiddefendi x-xbieha ta’ Alla.

Se nikteb ta’ kattoliku u se nikkwota minn sorsi kattoliċi, madankollu dak li se nesprimi jista’ forsi jkollu rilevanza wkoll għal dawk li tilfu jew li qatt ma ħaddnu t-twemmin nisrani.

1.     Ix-xbieha ta’ Alla.

Ir-reliġjonijiet monoteistiċi l-kbar, dawk li jemmnu f’Alla wieħed, qed nirreferi għalina l-Insara, għal-Lhud u għall-Musulmani, kollha jgħallmu li Alla qiegħed ix-xbieha tiegħu fil-bniedem, xbieha li tista’ tkun riflessa f’diversi aspetti, imma l-aktar fil-kumplimentarjetà tar-raġel u l-mara.  Dan naqrawh fl-ewwel paġni tal-Bibbja, “U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbihietu, fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom” (Ġen 1:27). Il-kumplimentarjetà tar-ragel u tal-mara, tagħmilhom jixbħu lill-Alla Ħallieq għaliex lilhom tagħtihom il-kapaċità li jissieħbu miegħu fl-opra tal-ħolqien.  Hija don li permezz tiegħu, huma t-tnejn flimkien ikomplu f’ġisimihom dak li beda Alla nnifsu meta ħalaq l-umanità.  Biha huma “jikkontribwixxu b’mod adegawat għall-prokreazzjoni u s-sopravivenza tal-ispeċi umana”.[i] Continue reading Il-Knisja fid-dmir li tiddefendi x-xbieha ta’ Alla.