Ix-Xirka tal-Qaddisin

21. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 30 t’Ottubru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nixtieq nitkellem fuq realtà sabiħa ferm tal-fidi tagħna, jiġifieri fuq ix-“xirka tal-qaddisin”. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jfakkarna li b’din l-espressjoni nifhmu żewġ realtajiet: xirka fil-ħwejjeġ qaddisa u xirka bejn persuni qaddisa (nru 948). Ħa nieqaf fuq it-tieni tifsira: hawn qed nitkellmu fuq waħda mill-iżjed veritajiet konsolanti tal-fidi tagħna, għax tfakkarna li m’aħniex waħidna, imma teżisti xirka ta’ ħajja bejn dawk kollha li huma ta’ Kristu. Xirka li tiġi mill-fidi; fil-fatt, it-terminu “qaddisin” jirriferi għal dawk li jemmnu fil-Mulej Ġesù u huma mxierka f’ġismU fil-Knisja permezz tal-Magħmudija. Għalhekk l-ewwel Insara kienu msejħin ukoll “il-qaddisin” (ara Atti 9,13,32,41; Rum 8:27; 1 Kor 6:1). Continue reading Ix-Xirka tal-Qaddisin