22. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 6 ta’ Novembru 2013
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Nhar l-Erbgħa li għadda tkellimt dwar ix-xirka tal-qaddisin bħala komunjoni bejn il-persuni qaddisa, jiġifieri bejnietna li nemmnu. Il-lum nixtieq ninżel fil-fond ta’ l-aspett l-ieħor ta’ din ir-realtà – tiftakru li kien hemm żewġ aspetti: l-ewwel ix-xirka, l-għaqda bejnietna; u l-aspett l-ieħor kien ix-xirka mal-ħwejjeġ qaddisa, mal-ġid spiritwali. Iż-żewġ aspetti huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin, u fil-fatt il-komunjoni bejn l-Insara tikber permezz tas-sehem tagħna fil-ġid spiritwali. B’mod partikulari nikkunsidraw: is-Sagramenti, il-kariżmi, u l-imħabba (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, nri 949-953). Aħna nikbru fl-għaqda bejnietna, fil-komunjoni, bis-Sagramenti, bil-kariżmi li kull wieħed u waħda jirċievi mill-Ispirtu s-Santu, u bl-imħabba. Continue reading “Ix-Xirka tal-Qaddisin: is-Sagramenti, il-Kariżmi, u l-Imħabba”