Nistqarr Magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet

23. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 13 ta’ Novembru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Kredu, li permezz tiegħu kull nhar ta’ Ħadd nagħmlu l-istqarrija tal-fidi tagħna, aħna naffermaw: “Nistqarr Magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet”. Hawn għandna l-uniku riferiment espliċitu għal Sagrament fil-Kredu. Fil-fatt il-Magħmudija hi l-“bieb” tal-fidi u tal-ħajja Nisranija. Ġesù Rxoxt ħalla lill-Appostli dan il-mandat: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva” (Mk 16:15-16). Il-missjoni tal-Knisja hi li tevanġelizza u taħfer id-dnubiet permezz tas-sagrament tal-Magħmudija. Imma nerġgħu lura għall-kelmiet tal-Kredu. L-espressjoni nistgħu naqsmuha fi tliet punti: “nistqarr”; “Magħmudija waħda”; “għall-maħfra tad-dnubiet”. Continue reading Nistqarr Magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet