Immutu fi Kristu

25. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 27 ta’ Novembru 2013

Għeżież ħuti,

L-għodwa t-tajba u nifirħilkom għax kontu kuraġġjużi ġejtu fil-pjazza f’din il-kesħa kollha. Nifirħilkom tassew.

Nixtieq nikkonkludi l-katekeżi fuq il-Kredu, li għamilna tul din is-Sena tal-Fidi, li għalqet il-Ħadd li għadda. F’din il-katekeżi u f’li ġejja nixtieq nittratta t-tema tal-qawmien tal-ġisem mill-imwiet, billi naqbad żewġ aspetti hekk kif jippreżentahom il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, jiġifieri l-mewt tagħna u l-qawmien tagħna f’Ġesù Kristu. Il-lum se nieqaf fuq l-ewwel aspett, “immutu fi Kristu”. Continue reading Immutu fi Kristu