27. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 11 ta’ Diċembru 2013
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Il-lum nixtieq niftaħ l-aħħar serje ta’ katekeżi fuq l-istqarrija tal-fidi tagħna billi nittratta l-affermazzjoni “Nemmen fil-ħajja ta’ dejjem”. B’mod partikulari nieqaf fuq il-ġudizzju fl-aħħar taż-żmien. Imma m’għandniex għax nibżgħu: nisimgħu x’tgħidilna l-Kelma ta’ Alla. Dwar dan, naqraw hekk fil-Vanġelu ta’ Mattew: Dak in-nhar Kristu “jiġi fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu… U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… U dawn imorru fit-tbatija ta’ dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta’ dejjem” (Mt 25:31-33,46). Continue reading “Nemmen fil-ħajja ta’ dejjem”