Il-Papa f’Santa Marta: Meta s-skiet ikun mużika

Il-Ħamis, 12 ta’ Diċembru 2013: Il-Milied huwa festa li fiha jsir tant ħoss. Waqt li ngħixu dan il-perjodu ta’ stennija jkun importanti li minflok nerġgħu niskopru s-skiet, bħala waqt ideali biex niġbru l-mużikalità tal-lingwaġġ li bih il-Mulej ikellimna. Lingwaġġ – qal il-Papa Franġisku waqt il-quddiesa ċċelebrata fil-kappella tad-Dar Santa Marta, nhar il-Ħamis, 12 ta’ Diċembru 2013, filgħodu – li tant jixbah lil dak ta’ missier u ta’ omm: rassikuranti, mimli mħabba u ħlewwa.

aktar