Il-Papa f’Santa Marta: Kemm jagħmlu ħsara lill-Knisja s-saċerdoti li jdellku!

Is-Sibt, 11 ta’ Jannar 2014: Aħna magħqudin bis-saħħa tal-Ispirtu u meta saċerdot jitbiegħed minn Ġesù Kristu jista’ jitlef id-dilka. F’ħajtu le, għax essenzjament id-dilka tibqa’ fih… imma jitlifha. U minflok midluk jispiċċa biex ikun idellek. Kemm jagħmlu ħsara lill-Knisja s-saċerdoti li jdellku! Dawk li jqiegħdu l-enerġija tagħhom fl-affarijiet artifiċjali, fil-vanità, f’atteġġjament u f’lingwaġġ superfiċjali… Kemm-il darba, b’għafsa ta’ qalb, nisimgħu min jgħid: ‘Das-saċerdot qisu farfett’! Għax moħħu dejjem fil-vanità… Dan m’għandux rapport tajjeb ma’ Ġesù Kristu, tilef id-dilka u sar idellek!

aktar