Il-Magħmudija , Biha insiru membri tal-Ġisem ta’ Kristu

2. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 15 ta’ Jannar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

L-Erbgħa li għaddiet tajna bidu għal serje qasira ta’ katekeżi fuq is-Sagramenti, ibda mill-Magħmudija. U fuq il-Magħmudija nixtieq nieqaf anki l-lum, biex nagħfas fuq frott importanti ħafna ta’ dan is-Sagrament: hu jagħmilna membri tal-Ġisem ta’ Kristu u tal-Poplu ta’ Alla. San Tumas ta’ Aquino jafferma li min jirċievi l-Magħmudija jiġi inkorporat fi Kristu kważi bħala membru ta’ l-istess ġismu u jingħaqad mal-komunità tal-fidili (ara Summa Theologiæ, III, q. 69, art. 5; q. 70, art. 1), jiġifieri mal-Poplu ta’ Alla. Skond it-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II, il-lum aħna ngħidu li l-Magħmudija ddaħħalna fil-Poplu ta’ Alla, tagħmilna membri ta’ Poplu f’mixja, Poplu pellegrin fl-istorja. Continue reading “Il-Magħmudija , Biha insiru membri tal-Ġisem ta’ Kristu”