Il-Griżma tal-Isqof, Inħarsu lejha f’kontinwità mal-Magħmudija

3. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 29 ta’ Jannar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

F’din it-tielet katekeżi dwar is-Sagramenti, sa nieqfu nitkellmu fuq il-Konfirmazzjoni jew Griżma ta’ l-Isqof, li għandna nħarsu lejha f’kontinwità mal-Magħmudija, li magħha hi marbuta b’mod inseparabbli. Dawn iż-żewġ Sagramenti, flimkien ma’ l-Ewkaristija, jiffurmaw ġrajja waħda salvifika, li tissejjaħ l-“inizjazzjoni Kristjana”, li fiha aħna niġu inseriti f’Ġesù Kristu li miet u rxoxta u nsiru ħlejjaq ġodda u membri tal-Knisja. Hu għalhekk li għall-bidu dawn it-tliet Sagramenti kienu jiġu ċċelebrati f’mument wieħed, fi tmiem il-mixja katekumenali, normalment fil-Velja ta’ l-Għid. Hekk kienet tiġi ssiġillata l-mixja ta’ formazzjoni u ta’ dħul gradwali fil-komunità Nisranija li setgħet ittul anki għal xi snin. Kien isir pass wara l-ieħor biex wieħed jasal għall-Magħmudija, imbagħad għall-Griżma u mbagħad għall-Ewkaristija. Continue reading “Il-Griżma tal-Isqof, Inħarsu lejha f’kontinwità mal-Magħmudija”