L-Ewkaristija, Ir-Rabta tagħha mal-ħajja tagħna

5. Katekeżi dwar is-Sagramenti mill-Papa Franġisku. 12 ta’ Frar 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

Fl-aħħar katekeżi kellimtkom dwar kif l-Ewkaristija ddaħħalna fil-komunjoni vera ma’ Ġesù u mal-misteru tiegħu. Issa nistgħu nagħmlu xi mistoqsijiet dwar ir-rabta bejn l-Ewkaristija li niċċelebraw u l-ħajja tagħna, bħala Knisja u bħala Nsara individwali. Kif ngħixuha l-Ewkaristija? Meta mmorru għall-Quddiesa l-Ħadd, kif ngħixuha? Hi biss mument ta’ festa, tradizzjoni b’saħħitha, okkażjoni biex niltaqgħu jew biex inħossuna f’postna, jew hi xi ħaġa iżjed minn hekk? Continue reading L-Ewkaristija, Ir-Rabta tagħha mal-ħajja tagħna