Il-Papa f’Santa Marta: Tfal mejtin bil-ġuħ fil-kampijiet tar-rifuġjati filwaqt li min jiffabbrika l-armi jiċċelebra fis-salotti

It-Tlieta, 25 ta’ Frar 2014: Tfal mejtin bil-ġuħ fil-kampijiet tar-rifuġjati filwaqt li min jiffabbrika l-armi jiċċelebra fis-salotti:  din kienet l-istqarrija qawwija li għamel dalgħodu l-Papa Franġisku waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta.  L-omelija kollha tal-Qdusija Tiegħu kienet appell imqanqal għall-paċi u kontra kull gwerra, kemm fid-dinja kif ukoll fi ħdan il-familja.  Il-Papa saħaq li l-paċi ma tistax tkun biss kelma u ħeġġeġ lill-Insara kollha biex ma jidrawx jaċċettaw l-iskandlu tal-gwerer. Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: Tfal mejtin bil-ġuħ fil-kampijiet tar-rifuġjati filwaqt li min jiffabbrika l-armi jiċċelebra fis-salotti