Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu lil Alla għall-vokazzjonijiet

It-Tnejn, 3 ta’ Marzu 2014: Nitolbu lil Alla għall-vokazzjonijiet u biex jibgħat saċerdoti u sorijiet li qalbhom tkun biss għaliH, ħielsa mill-idolatrija, mill-vanità, mill-poter u mir-rabta mal-flus.  Din l-eżortazzjoni għamilha l-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta.  L-Evanġelju tar-raġel għani li jinxteħet f’riġlejn Ġesù biex jitolbu jgħidlu x’kellu jagħmel biex jikseb il-ħajja ta’ dejjem, kien il-qofol tal-omelija tal-Papa Franġisku.  Dan ir-raġel, enfasizza l-Papa, kellu tant ħerqa biex jisma’ kliem Ġesù.  Kien raġel tajjeb għax sa minn żgħożitu kien josserva l-kmandamenti.  Għalhekk kien raġel tajjeb.  Imma dan ma kienx biżżejjed għalih, ried aktar. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu lil Alla għall-vokazzjonijiet”