Il-Papa f’Santa Marta: Fit-triq tan-Nisrani dejjem se jkun hemm is-salib

It-Tlieta, 4 ta’ Marzu 2014: Fit-triq tan-Nisrani dejjem se jkun hemm is-salib, afferma l-Papa Franġisku waqt il-quddiesa ta’ dalgħodu fid-Dar Santa Marta.   Il-Papa ffoka l-omelija li għamel fuq il-persekuzzjoni tal-Insara u saħaq li llum in-numru ta ’martri jiżboq dak tal-ewwel żminijiet tal-Knisja.  Franġisku afferma wkoll li l-ħajja nisranija mhix xi vantaġġ kummerċjali, imma hija sempliċiment mixja wara Ġesù. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Fit-triq tan-Nisrani dejjem se jkun hemm is-salib”