(Ftit ħsibijiet minn Joe Farrugia)
Din mhix bħad-domanda, għal bosta bla tweġiba, tal-bajda jew it-tiġieġa. Id-domada li qed inpoġġi lili nnifsi u li nixtieq li min jaqra jaħseb dwarha ukoll hija fuq dak li qed jiġri fid-dinja llum, pajjiżna mhux eskluż. Meta ngħid id-dinja, mhux qed nitkellem dwar blat, ħxejjex u annimali, qed nitkellem dwarna l-bnedmin. Qed nitkellem dwar l-umanità. Qed nistaqsi dwar il-persuni. Qed nistaqsi dwari nnifsi. Għalija x’jiġi l-ewwel? Din id-domanda tressaq quddiemi ruxmata ta’ sitwazzjonijiet, uħud minnhom niltqgħu magħhom kuljum. Continue reading “X’għandu jiġi l-ewwel?”