“Hi l-koppja miżżewġa x-xbieha ta’ Alla: ir-raġel u l-mara”. Dan huwa kliem il-Papa Franġisku, “Mhux ir-raġel waħdu, mhux il-mara waħidha, imma t-tnejn li huma flimkien.” (Mill-Udjenza tat-2 ta’ April 2014)
Din id-dimensjoni taż-żwieġ naturali ma tantx nitkellmu dwarha., l-aktar fid-diskussjoni dwar forom ġodda ta’ żwieġ. Hawn, il-Papa mhux qed jitkellem biss dwar iż-żwieġ nisrani li huwa sagrament, imma dwar kull żwieġ ieħor bejn mara u raġel.
U allura jekk il-koppja tgħaddi fl-ulied naturali tagħha bosta mill-karatteristiċi naturali li għandhom l-omm u l-missier, kemm aktar fuq livell spiritwali tgħaddilhom ukoll dan ix-xebħ li tagħha ma’ Alla nnifsu?