Il-Kunsill

3. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 7 ta’ Mejju 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Għadna kemm smajna l-qari ta’ dik is-silta mill-ktieb tas-Salmi li tgħid: “Inbierek lill-Mulej li tani l-fehma; mqar bil-lejl qalbi tgħallimni” (Salm 16:7). U dan hu don ieħor ta’ l-Ispirtu s-Santu: id-don tal-kunsill. Nafu kemm hu importanti li fil-mumenti l-aktar delikati nkunu nistgħu nserrħu fuq is-suġġerimenti ta’ persuni għarfa u li jridulna l-ġid. Issa, permezz tad-don tal-kunsill, hu Alla nnifsu li, bl-Ispirtu tiegħu, idawwal il-qalb tagħna, hekk li jgħinna nifhmu x’inhu l-mod xieraq li bih għandna nitkellmu u nġibu ruħna u t-triq li għandna nimxu. Imma kif jaħdem fina dan id-don? Continue reading “Il-Kunsill”