Il-Ġimgħa, 16 ta’ Mejju 2014: Mhux biżżejjed l-istudju, mhumiex biżżejjed l-ideat biex inkunu nafu lil Ġesù. Biex inkunu nafuh jeħtieġ nitolbuh bil-qalb, niċċelebrawh u nimitawh. Dan id-diskors qalu l-Papa Franġisku dalgħodu waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta. Il-Papa ġedded l-istedina biex nerġgħu naqraw l-Evanġelju li, xi drabi, hu mimli trab għax qatt ma jinfetaħ.