Qatt ma qsamna xejn bejnietna ħlief is-sodda.

Irċevejna din l-ittra biex nippublikawha.  Magħha kellna d-dettalji ta’ min kitibha, imma l-isem li jidher taħt mhux dak veru.  Jalla, kif xtaqet dik li kitbitha, minnha joħroġ il-ġid.

Ilni żmien twil biex niktiblek ħalli naqsam miegħek u mal-qarrejja tal-Laikos dak li għaddejt minnu, mhux biex jitħassruni, imma biex forsi ħadd minnhom ma jagħmel l-iżbalji li għamilt jiena. U forsi biex xi ħadd jgħid talba għalija.

L-ewwel li daħalli f’moħħi li nikteb kien meta fil-blog tal-Laikos kont qrajt l-esperjenza ta’ Ruth u Tony, naħseb fi tmiem is-sajf tas-sena l-oħra.  Daqshekk ilni ntella u nniżel jekk niktibx.  Jumejn ilu smajt fuq l-aħbarijiet dwar dik l-omm mis-Sudan li ġiet kundannata għas-swat u għall-mewt għax hija nisranija, u f’qalbi ħsibt li jekk din waslet sa hawn biex tkun xhud ta’ dak li temm, allura jiena lanqas ftit linji ma lesta nikteb biex forsi joħroġ ftit ġid?

Continue reading “Qatt ma qsamna xejn bejnietna ħlief is-sodda.”