Huma jiftħu u aħna nagħlqu

Is-Sibt, 12 ta’ Lulju 2014: Qed niktiblek minn raħal ċjejken ħafna fis-Slovenia fejn ġejt ma’ marti biex ngħaddu ftit jiem ta’ mistrieh għall-arja friska tal-muntanji.  Onestament l-ismijiet ta’ dawn il-postijiet lanqas biss nippronunzjhom ma naf, aħseb u ara kemm naf niktibhom.  Imma għal dak li se ngħid, l-isem mhux daqstant importanti.

Għall-ħabta tas-seba’ ta’ filgħodu nżilna bil-mixi sa ħdejn il-knisja, imma l-bibien kienu kollha magħluqin.  Wieħed minnhom deher li kien ilu sewwa ma jinfetaħ għax sa l-għanqbut kien intiseġ mal-koxox tiegħu. Staqsejt wieħed li nzerta kien għaddej minn hemm, “It’s still too early”, qalli. “Maybe they open later”“But the shops are already open”, għidtlu jiena. “The shops have to sell”, qalli dak bi tbissima, “but the priest can open when he likes.  He’s an old man, and often very tired”.  Tbissimtlu u ħallejtu b’tislima.  Imma ġewwa fija bkejt. Continue reading “Huma jiftħu u aħna nagħlqu”