Diskussjoni Pubblika: It-Tisħiħ tal-Familja jnaqqas il-Faqar

Print Friendly, PDF & Email

Ħu sehem fid-diskussjoni inti wkoll. 

  1. Minnu li aktar ma jkollna familji mfarrka aktar jikber il-faqar fil-pajjiż?
  2. Knisja, Stat, NGOs u Poplu – Qegħdin inkunu kuraġġużi biżżejjed biex niddefendu u nsaħħu l-familja?
  3. F’soċjetà li dejjem tinbidel, hemm prinċipji li ma jinbidlux?
  4. Nistgħu naħdmu flimkien għat-tisħiħ tal-familja jekk lanqas biss qed naqblu bejnietna dwar x’inhi l-familja?  U jekk naqblu llum, nistgħu għada jerġa jibdielna?

Jekk jogħġbok ara l-filmat. Wara napprezzaw il-kummenti tiegħek.  Nitolbu biss li dawn isiru b’rispett u ma jkunux indirizzati lejn xi persuni jew gruppi. Grazzi.

8 thoughts on “Diskussjoni Pubblika: It-Tisħiħ tal-Familja jnaqqas il-Faqar”

  1. Diskussjoni nteressanti ħafna li għoġbitni tassew. Jekk ikunu ser isiru oħrajn bħala nieħu gost jekk tinfurmawni bihom. Grazzi ħafna.

  2. Tassew laqatni l-kummenti ta’ Sinjura fl-udjenza li qalet li anke jekk zwieg jitkisser, imma l-genituri ghandhom jibqghu fidili ghall-weghdiet li ghamlu dakinhar li zzewwgu. Nahseb ta’ min nahsbu fuq dan il-kumment u naghtuh importanza l-aktar fil-laqghat ma’ persuni li z-zwieg taghhom tkisser,

  3. Denise, bir-rispett kollu lejn l-opinjoni tieghek, hawn mhux qed nitkellmu dwar shades differenti tal-istess kulur. Hawn qed nitkellmu dwar kuluri drastikament opposti ghal xulxin. Hawn qed nitkellmu dwar l-abjad u l-iswed. L-abjad li jaghti d-dawl, l-iswed li huwa n-negazzjoni totali tad-dawl.

  4. Fid-diskussjoni laqatni hafna l-argument ta’ Mons. Gouder. Il-fatt li hawn certa realta’ ma jfissirx li trid taccettha. Mons. Gouder iddistingwa bejn tirrikonoxxi u taccetta. Nirrikonoxxi li hawn stat ta’ fatt, imma dan ma jfissirx li naccettah. Huwa gab l-ezempju tajjeb hafna bil-kaz tal-mard. Nirrikonoxxu li hawn hafna kazi ta’ cancer, imma ma rriduhomx u allura nahdmu kontrihom kemm bhala kura u kemm bhala prevenzjoni.

    Allura fil-familja ghax ma naghmlux l-istess? Nirrikonoxxi li hawn hafna sitwazzjonijiet difficli. Naghmlu minn kollox biex nghinu lil min qieghed f’dawn is-sitwazzjonijiet. Naghmlu minn kollox bhala prevenzjoni. Imma mhux naccettawhom

    Ir-rikonoxximent huwa importanti ghax fih insibu l-ewwel pass lejn is-soluzzjoni. Imma l-accettazzjoni tfisser disfatta. Tfisser li quddiem id-diffikulta, cedejna.

  5. F’socjeta pluralista, ghaliex nibqu noggezzjonaw ghal forom differenti ta’ familja? Ghaliex il-Knisja tibqa ma tridx taccetta? Ghaliex m’ghandux ikun hemm shades differenti tal-istess kulur? Mela l-ahmar kollu l-istess? Mela l-blu kollu l-istess? Hemm tant shades differenti ta’ l-istess kulur, ghaliex m’ghandux ikun l-istess ukoll f’dak li ghandu x’jaqsam mal-familja?

  6. Inti staqsejt jekk il-principji jistghux jinbidlu. Jekk jinbidlu, xi principji huma? Kif turi l-istess kelma, “principju” tfisser “bidu”. Dak li kien sa mill-bidu. Forsi kien ghalhekk li meta Kristu tkellem dwar id-divorzju qal, “Fil-BIDU ma kien hekk”.

    Il-principju huwa dak li Alla halaq fin-natura. “Ragel u mara ghamilhom. … u qalilhom nisslu u oktru u imlew l-art” (Genesi). Dak hu l-principju, Dak kien fil-bidu fin-natura anke ghal dawk li ma jafux jew ma jemmnux f’Alla. U fin-natura ghadu hekk sallum. Ghalhekk nitkellmu dwar “familja naturali”.

    Dan huwa l-principju u jaghmel x’jaghmel il-bniedem, jghaddi kemm jghaddi ligijiet il-principju jibqa’ li kien. In-natura hekk biss tiffunzjona. Kemm ghal dawk li jemmnu u kemm ghal dawk li ma jemmnux

  7. Dwar l-ewwel domanda hawn fuq – Minnu li aktar ma jkollna familji mfarrka aktar jikber il-faqar fil-pajjiż?

    F’pajjizna, imma nahseb mhux hawn biss, nirragunaw bil-maqlub. Nahsbu li jekk insahhu l-ekonomija tal-pajjiz, allura insahhu l-familja. Imma mhux qed nintebhu li fic-centru qed inpoggu l-flus u mhux lil bniedem?

    Fil-prattika qed jigri li biex insahhu l-ekonomija, qed infarrku l-familaj. Mhux qed inhallu hin bizzejjed la ghall-koppja bejniethom u lanqas ghall-genituri ma’ uliedhom.

    Ftit jiem ilu l-Papa Frangisku qal, ghandna generazzjoni ta’ tfal u zghazagh iltiema.

  8. Irċevejna dawn is-suġgerimenti minn għand Dun Pawl Camilleri. L-istess suġgerimenti huwa għamilhom waqt id-diskussjoni li saret fl-Iklin.

    Ladarba, kif kollox jixhed u kulħadd jaqbel, RELAZZJONIJIET PERMANENTI JAGĦMLU BISS ĠID LILL-ISTAT, Gvern għaqli ma jistax u mgħandux jidher u jinħass indifferenti għalihom, imma għandu ċar u tond jippreferihom u jippromovihom, billi jagħti sinjali ċari u qawwija fid-direzzjoni tagħhom — minghajr ma jinjora relazzjonijiet oħra.

    Xi suġġerimenti biex jingħata das-sinjal qawwi lis-soċjetà Maltija:

    — 01. Jibdew isiru regolarment korsijiet ta’ tħejjija għal dawk li jkunu sa jidħlu għż-żwieg civili , li n-numru tagħhom qed jiżdied, u li mhi ssirilhom ebda tħejjija. billi probabilment ebda gvern ma jkun irid jagħmel obligatorji dawn il-korsijiet, almenu jsiru inċentivi. L-Ingilterra sa waslu biex jintroduċu supermarket vouchers, biex iħajru lil dawk interessati.

    — 02. Jibdew isiru korsijiet kontinwi ta’ relationship enhancement, għal kategoriji differenti ta’ nies, per eżempju qabel iż-żwieġ, qabel l-ewwel tarbija, meta jiżżewwġu t-tfal eċċ.esperjenza li tidher pożittiva ħafna hi dik ta’ Bristol — bil-Bristol Community Family Trust. Il-Gvern jista’ joħloq kuntatt ma’ Harry Benson, li konna ġibnih Malta. Jista’ jgħin ħafna.

    — 03. Edukazzjoni relazzjonali għandha tingħata regolarment fis-sistema edukattiva kollha, sa qabel l-universita almenu, b’emfasi fuq komunikazzjoni pożittiva.

    — 04. Immedjatament tinħoloq kummissjoni żgħira , ad hoc , ta’ nies adattati, biex jistudjaw il-kawżi ( raġunijiet ) l-iktar komuni fil-Kawżi (każi ) ta’ Separazzjoni u Annullamenti Ċivili, u fi żmien raġonevoli u determinat jippreżentaw lill-Gvern qafas ta’ Pjan ta’ Azzjoni li ghandu jsir biex nilqgħu lil dawn il-kawzi. Il-Knisja tista’ tagħmel l-istess dwar il-kawżi ta’ annullament fit-tribunal tagħha. Il-konfront bejn iż-żewġ rapporti jkun validissimu.

Leave a Reply to Chris TaboneCancel reply

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading