Għandna bżonn ta’ Demm Ġdid!

Omelija tal-Isqof Mario Grech fiż-Żjara tar-Relikwa tad-Demm ta’ San Lawrenz minn Amaseno Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz, Għawdex.  ( Il-Ħadd, 27 ta’ Lulju 2014.)

demm-s-lawrenz

Meta d-demm jitlef is-sustanza tiegħu u jimrad, il-bniedem isir bla saħħa, jintelaq u jieħu bixra ta’ mewt; meta mbagħad ikun hemm trasfużjoni ta’ demm ġdid, il-bniedem jieħu s-saħħa, jikseb enerġija ġdida u jitwieled mill-ġdid.  F’din l-okkażjoni taż-żjara tar-Relikwa tad-Demm ta’ San Lawrenz Martri, filwaqt li napplika dan kollu għall-ħajja tal-Knisja lokali, nitlob lil San Lawrenz jagħtina anki qatra demm minn tiegħu biex iġedded demmna bħala komunità Nisranija. Continue reading Għandna bżonn ta’ Demm Ġdid!