Il-Vaganzi Tagħna u l-Fika tal-Iżvediżi

Minn Joe Farrugia

Is-Sibt, 16 ta’ Awwissu 2014:  Għadni kif qrajt b’interess, kitba fil-Gaurdian tallum dwar dak li l-Iżvediżi jsejħulha “fika”.  Il-kelma hija użata kemm bħala verb kif ukoll bħala nom u tirreferi għall-waqfa mix-xogħol għall-mistrieħ.  Imma aktar minn hekk hija waqfa li joħduha flimkien, waqfa sinkronizzata tal-ħaddiema kollha f’daqqa.  L-artiklu jsemmi kif Terry Hartig, li huwa psikologu u riċerkatur fil-qasam tas-saħħa tkellem dwar il-ħtieġa li l-mistrieħ tagħna, breaks jew vaganzi, noħduhom flimkien għaliex hekk iservu ta’ restawr kollettiv – collective restoration. Continue reading Il-Vaganzi Tagħna u l-Fika tal-Iżvediżi