Il-Knisja: Waħda u Qaddis

4. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 27 t’Awwissu 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Kull darba li nġeddu l-istqarrija tal-fidi tagħna billi ngħidu l-“Kredu”, aħna naffermaw li l-Knisja hi “waħda” u “qaddisa”. Hi waħda, għax għandha l-bidu tagħha f’Alla Trinità, misteru ta’ għaqda u ta’ xirka sħiħa. Il-Knisja mbagħad hi qaddisa, għax hi mwaqqfa fuq Ġesù Kristu, tieħu l-ħajja mill-Ispirtu Qaddis tiegħu, hi mogħnija bl-imħabba u l-fidwa tiegħu. Imma fl-istess waqt li hi qaddisa, hi magħmula minn midinbin, ilkoll kemm aħna, midinbin, li ta’ kuljum inħabbtu wiċċna mad-dgħufijiet tagħna u x-xejn tagħna. Mela din il-fidi li nistqarru tressaqna għall-konverżjoni, biex bil-kuraġġ kollu ngħixu ta’ kuljum l-għaqda u l-qdusija, u jekk aħna m’aħniex magħqudin, jekk m’aħniex qaddisin, dan għax m’aħniex fidili lejn Ġesù. Imma Hu, Ġesù, ma jitlaqniex waħidna, qatt ma jħalli lill-Knisja tiegħu waħidha! Hu jimxi magħna, Hu jifhimna. Jifhem id-dgħufijiet tagħna, id-dnubiet tagħna, jaħfrilna, dejjem jekk aħna nħalluh jaħfrilna. Hu dejjem magħna, biex jgħinna nsiru inqas midinbin, iktar qaddisin, iktar magħqudin. Continue reading Il-Knisja: Waħda u Qaddis