Il-Knisja hi Ommna

5. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 3 ta’ Settembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Fil-katekeżi li għaddew kelli ċ-ċans nirrimarka iżjed minn darba li Nsara ma nsirux waħidna, jiġifieri bis-saħħa tagħna, b’mod awtonomu, lanqas insiru Nsara f’xi laboratorju, imma niġu mnissla u mrawma fil-fidi fi ħdan dan il-ġisem kbir li hu l-Knisja. F’dan is-sens il-Knisja hi tabilħaqq omm, ommna l-Knisja – kemm hu sabiħ li nsejħulha b’dan il-mod: ommna l-Knisja – omm li tagħtina l-ħajja fi Kristu u flimkien ma’ ħutna l-oħra kollha tgħajjixna f’għaqda waħda ma’ l-Ispirtu s-Santu. Continue reading Il-Knisja hi Ommna