Il-Papa f’Santa Marta: Inħarsu lilna nfusna mill-vanità li tbegħidna  mill-verità u tagħmilna qisna bżieżaq tas-sapun

Il-Ħamis, 25 ta’ Settembru 2014: Inħarsu lilna nfusna mill-vanità li tbegħidna mill-verità u tagħmilna qisna bżieżaq tas-sapun.  Hekk afferma l-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta. Il-Papa ħa spunt mill-qari meħud mill-Ktieb ta’ Koħelet u saħaq li anke meta jkunu qed jagħmlu l-ġid, l-Insara jridu jaħarbu t-tentazzjonijiet li jidhru.  Jekk fik m’hemmx xi ħaġa li hija konsistenti, anke int tgħaddi bħalma jgħaddi kollox.  Din is-silta mill-Ktieb ta’ Koħelet tat l-okkażjoni lill-Papa biex jitkellem dwar il-vanità. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Inħarsu lilna nfusna mill-vanità li tbegħidna  mill-verità u tagħmilna qisna bżieżaq tas-sapun”