Il-Knisja – Kariżmi: diversità u għaqda

8. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 1 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Il-Mulej sawwab sa mill-bidu fuq il-Knisja d-doni ta’ l-Ispirtu tiegħu, u hekk għamilha dejjem ħajja u għammiela bid-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu. Fost dawn id-doni, jingħażlu xi wħud li huma partikularment prezzjużi għall-bini u l-mixja tal-komunità Nisranija: dawn huma l-kariżmi. F’din il-katekeżi nixtiequ nsaqsu lilna nfusna: X’inhi eżattament kariżma? Kif għandna nagħrfuha u nilqgħuha? U fuq kollox: il-fatt li fil-Knisja hemm diversità u kotra ta’ kariżmi, għandna nħarsu lejh f’sens pożittiv, bħala xi ħaġa sabiħa, jew bħala problema? Continue reading Il-Knisja – Kariżmi: diversità u għaqda